02017D1219 — MT — 15.03.2019 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1219 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali (notifikata bid-dokument C(2017) 4245) (ĠU L 180 12.7.2017, p. 79) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/993 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-11 ta' Lulju 2018 |
L 177 |
14 |
13.7.2018 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/418 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-13 ta' Marzu 2019 |
L 73 |
188 |
15.3.2019 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1219
tat-23 ta' Ġunju 2017
li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali
(notifikata bid-dokument C(2017) 4245)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Il-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” għandu jinkludi d-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), li huma kkummerċjalizzati u maħsubin biex jintużaw minn persunal speċjalizzat f'faċilitajiet industrijali u istituzzjonali.
Dan il-grupp ta' prodotti jinkludi sistemi b'diversi komponenti li jinkludu iktar minn komponent wieħed li jintużaw biex jinħoloq deterġent komplet jew programm għall-ħasil tal-ħwejjeġ għal sistema ta' dożar awtomatiku. Is-sistemi b'diversi komponenti jista' jkun fihom għadd ta' prodotti bħal, pereżempju, l-prodotti tat-tlaħliħ tal-ħwejjeġ, l-aġenti li jneħħu t-tbajja' u l-aġenti għat-tlaħliħ, u għandhom jiġu ttestjati bħala prodott wieħed sħiħ.
Dan il-grupp ta' prodotti m'għandux jinkludi prodotti li jwasslu biex it-tessuti jiksbu ċertu karatteristiċi bħal pereżempju li ma jgħaddix l-ilma minnhom, li jkunu reżistenti għall-ilma jew li jkunu reżistenti għan-nar. Barra minn hekk, dan il-grupp ta' prodotti m'għandux jinkludi prodotti li jkunu ddożati permezz ta' trasportaturi bħal folji, biċċiet ta' drapp jew materjali oħra, jew aġenti awżiljarji għall-ħasil li jintużaw mingħajr ħasil sussegwenti bħal pereżempju aġenti li jneħħu t-tbajja' għat-twapet u għat-tapizzerija tal-għamara.
Id-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ maħsubin biex jintużaw f'magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi huma esklużi minn dan il-grupp ta' prodotti.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “sustanzi mdaħħlin” tfisser sustanzi miżjudin bi ħsieb, prodotti sekondarji u impuritajiet mill-materja prima fil-formulazzjoni finali tal-prodott [(inkluż il-fojl li jdub fl-ilma, jekk jintuża)];
(2) “imballaġġ primarju” tfisser:
(a) għal dożi fi qratas individwali li jkunu maħsubin biex jitneħħew qabel l-użu, il-qratas tad-dożi individwali u l-imballaġġ maħsub biex jikkostitwixxi l-iżgħar unità tal-bejgħ għad-distribuzzjoni lill-utenti jew lill-konsumaturi finali fil-post fejn jinxtara, inkluża t-tikketta jekk dan ikun applikabbli;
(b) għat-tipi l-oħra kollha ta' prodotti, l-imballaġġ maħsub biex jikkostitwixxi l-iżgħar unità tal-bejgħ għad-distribuzzjoni lill-utenti jew lill-konsumaturi finali fil-post fejn jinxtara, inkluża t-tikketta jekk dan ikun applikabbli;
(3) “mikroplastiċi” tfisser partikoli tal-plastik makromolekulari li ma jinħallx b'daqs ta' inqas minn 5 mm, miksubin b'wieħed mill-proċessi li ġejjin:
(a) proċess ta' polimerizzazzjoni bħal pereżempju l-poliaddizzjoni, il-polikondensazzjoni jew proċess simili ieħor li fih jintużaw il-monomeri jew sustanzi oħra ta' bidu;
(b) il-modifika kimika ta' makromolekuli naturali jew sintetiċi;
(c) il-fermentazzjoni bil-mikrobi;
(4) “nanomaterjal” tfisser materjal naturali, inċidentali jew manifatturat li fih partikoli, fi stat maħlul jew bħala aggregat jew agglomerat, u fejn, għal 50 % jew iktar tal-partikoli fid-distribuzzjoni dimensjonali numerika, dimensjoni esterna waħda jew aktar hija fil-firxa ta' daqs 1 nm-100 nm ( 2 ).
Artikolu 3
Sabiex jingħataw l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, id-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għandhom ikunu jiffurmaw parti mill-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu konformi mal-kriterji u mar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati magħhom stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 4
Il-kriterji għall-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati magħhom għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” għandu jkun “039”.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE qed titħassar.
Artikolu 7
1. B'deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jiffurmaw parti mill-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” li jitressqu qabel id-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonjiiet stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE.
2. L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jiffurmaw parti mill-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” li jitressqu fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jissejsu jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE jew inkella fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li fuqhom jissejsu.
3. Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2012/721/UE jistgħu jintużaw sas-26 ta' Diċembru 2018.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
QAFAS
IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE
Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal deterġenti tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali
KRITERJI
1. Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi
2. Bijodegradabbiltà
3. Sorsi sostenibbli ta' żejt tal-palm, żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm u d-derivattivi tagħhom
4. Sustanzi esklużi u ristretti
5. Imballaġġ
6. Adegwatezza għall-użu
7. Sistemi ta' ddożar awtomatiku
8. Informazzjoni għall-utenti
9. Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
VALUTAZZJONI U VERIFIKA
(a) Rekwiżiti
Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f'kull kriterju.
Meta l-applikant jintalab jipprovdi lill-organi kompetenti dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri li hemm konformità mal-kriterji, dawn jistgħu jiġu mingħand l-applikant u/jew mingħand il-fornitur(i) tiegħu, kif ikun xieraq.
Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment iċ-ċertifikazzjonijiet li joħorġu korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar, u l-verifiki li jagħmlu korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi. L-akkreditament għandu jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).
Meta jkun jixraq, jistgħu jintużaw metodi oħra tal-ittestjar apparti dawk imniżżla għal kull kriterju, diment li l-korp kompetenti li jkun qed jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.
Meta xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' sostenn u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti jew żjarat fuq il-post.
Bħala prerekwiżit, il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti legali applikabbli kollha tal-pajjiż jew il-pajjiżi fejn il-prodott ikun intenzjonat li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dan ir-rekwiżit.
Il-lista “Il-Bażi tad-Dejta ta' Ingredjenti ta' Deterġenti” (il-lista DID), li tinsab fis-sit tal-Ekotikketta tal-UE, fiha l-aktar sustanzi li jintużaw fil-formulazzjonijiet ta' deterġenti u kożmetiċi. Din għandha tintuża biex tinkiseb id-dejta għall-kalkoli tal-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) u għall-valutazzjoni tal-bijodegradabbiltà tas-sustanzi mdaħħla. Għas-sustanzi li mhumiex fil-lista DID, tingħata gwida dwar kif għandha tiġi kkalkolata jew estrapolata d-dejta rilevanti.
Il-lista tas-sustanzi mdaħħla kollha għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti, u tindika l-isem kummerċjali (jekk ikun jeżisti), l-isem kimiku, in-numru tal-CAS, in-numru DID, il-kwantità mdaħħla, il-funzjoni u l-forma preżenti fil-formulazzjoni finali tal-prodott (inkluż folj li jinħall fl-ilma, jekk ikun hemm).
Priżervattivi, fwejjaħ u aġenti koloranti għandhom jiġu indikati irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom. Sustanzi mdaħħla oħra għandhom jiġu indikati meta jkunu f'konċentrazzjoni ta' 0,010 % jew iktar tal-piż skont il-piż.
Is-sustanzi mdaħħla kollha preżenti fil-forma ta' nanomaterjali għandhom jiġu indikati b'mod ċar fil-lista, bil-kelma “nano” miktuba fil-parentesi.
Għal kull sustanza mdaħħla elenkata, għandhom jiġu pprovduti l-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza (SDS) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ). Meta ma jkunx hemm SDS għal xi sustanza partikolari minħabba li tkun parti minn taħlita, l-applikant għandu jipprovdi l-SDS tat-taħlita.
(b) Limiti tal-kejl
Il-konformità mal-kriterji ekoloġiċi hi meħtieġa għal kull sustanza mdaħħla kif speċifikat fit-Tabella 1.
Tabella 1
Limiti tal-kejl applikabbli għas-sustanzi mdaħħla skont il-kriterju għad-deterġenti tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali (% piż skont il-piż)
Isem il-kriterju |
Aġenti tensjoattivi |
Priżervattivi |
Aġenti koloranti |
Fwejjaħ |
Oħrajn (pereż. enżimi) |
|
Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi |
≥ 0,010 |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
≥ 0,010 |
|
Bijodegradabbiltà |
Aġenti tensjoattivi |
≥ 0,010 |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Sustanzi organiċi |
≥ 0,010 |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
≥ 0,010 |
|
Sorsi sostenibbli ta' żejt tal-palm |
≥ 0,010 |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
≥ 0,010 |
|
Sustanzi esklużi jew limitati |
Sustanzi esklużi u limitati speċifikati |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
Sustanzi perikolużi |
≥ 0,010 |
≥ 0,010 |
≥ 0,010 |
≥ 0,010 |
≥ 0,010 |
|
SVHCs |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
|
Fwejjaħ |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
l-ebda limitu (*1) |
Mhux applikabbli |
|
Priżervattivi |
Mhux applikabbli |
l-ebda limitu (*1) |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
|
Aġenti koloranti |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
l-ebda limitu (*1) |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
|
Enżimi |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
l-ebda limitu (*1) |
|
(*1) ►M2 “l-ebda limitu” tfisser: irrispettivament mill-konċentrazzjoni (limitu analitiku ta' detezzjoni) għas-sustanzi mdaħħlin kollha bl-eċċezzjoni tal-prodotti sekondarji u l-impuritajiet mill-materja prima, li jistgħu jkunu preżenti sa konċentrazzjoni ta' 0,010 % tal-piż fil-formulazzjoni finali. ◄ N/A mhux applikabbli. |
DOŻAĠĠ TA' REFERENZA
Dan id-dożaġġ għandu jitqies bħala d-dożaġġ ta' referenza għall-kalkoli intiżi li jiddokumentaw il-konformità mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u għall-ittestjar tal-kapaċità ta' ħasil:
L-ogħla doża rakkomandata mill-manifattur għall-ħasil ta' kilogramm ħwejjeġ nexfin (indikata bħala g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil jew ml/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil) għal tliet gradi ta' ħmieġ (ħafif, medju u goff) u ebusija tal-ilma (artab, medju, iebes).
Fil-valutazzjoni tal-kriterji, il-prodotti kollha f'sistema ta' komponenti multipli għandhom jiġu inklużi flimkien mad-doża għall-agħar każ possibbli.
Eżempji ta' gradi ta' ħmieġ
Ħmieġ |
Grad ta' ħmieġ |
Ħafif |
Lukandi: lożor, kutri, xugamani eċċ. (ix-xugamani jistgħu jitqiesu li jkollhom ħafna ħmieġ) Xugamani tad-drapp, imrembla |
Medju |
Ħwejjeġ tax-xogħol: istituzzjonijiet/ħwienet tal-ħwejjeġ/servizzi, eċċ. Restoranti: dvalji, srievet, eċċ. Mopps/bċejjeċ tal-art u twapet żgħar |
Goff |
Ħwejjeġ tax-xogħol: industrija/kċina/ħanut tal-laħam, eċċ. Tessuti tal-kċina: dvajli, srievet, eċċ. Istituzzjonijiet bħalma hu sptar: lożor, kutri, lożor ta' taħt, ħwejjeġ tal-pazjenti, ġagagi jew ilbies protettiv tat-tobba, eċċ. |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi t-tikketta tal-prodott jew l-iskeda tal-istruzzjonijiet għall-utenti li tinkludi l-istruzzjonijiet dwar id-dożaġġ.
Kriterju 1 — Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi
Il-volum kritiku tad-dilwizzjoni (CDVkroniku) tal-prodott ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin għad-doża ta' referenza.
Ilma artab (< 1,5 mmol CaCO3/l) (l/kg ħwejjeġ għall-ħasil) |
|||
Grad ta' ħmieġ Tip ta' prodott |
Ħafif |
Medju |
Goff |
Trab |
30 000 |
40 000 |
50 000 |
Likwidu |
50 000 |
60 000 |
70 000 |
Sistema b'komponenti multipli |
50 000 |
70 000 |
90 000 |
Ilma medju (1,5–2,5 mmolCaCO3/l) (l/kg ħwejjeġ għall-ħasil) |
|||
Grad ta' ħmieġ Tip ta' prodott |
Ħafif |
Medju |
Goff |
Trab |
40 000 |
60 000 |
80 000 |
Likwidu |
60 000 |
75 000 |
90 000 |
Sistema b'komponenti multipli |
60 000 |
80 000 |
100 000 |
Ilma iebes (> 2,5 mmol CaCO3/l) (l/kg ħwejjeġ għall-ħasil) |
|||
Grad ta' ħmieġ Tip ta' prodott |
Ħafif |
Medju |
Goff |
Trab |
50 000 |
75 000 |
90 000 |
Likwidu |
75 000 |
90 000 |
120 000 |
Sistema b'komponenti multipli |
75 000 |
100 000 |
120 000 |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-kalkolu tas-CDVkroniku tal-prodott. Spreadsheet għall-kalkolu tal-valur tas-CDVkroniku tinsab fis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.
Is-CDVkroniku huwa kkalkulat għas-sustanzi kollha li jiddaħħlu (i) fil-prodott, bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Fejn:
id-dożaġġ(i) |
: |
il-piż (g) tas-sustanza (i) fid-doża ta' referenza; |
DF(i) |
: |
il-fattur ta' degradazzjoni tas-sustanza (i); |
TFkroniku(i) |
: |
il-fattur ta' tossiċità kronika tas-sustanza (i). |
Il-valuri tad-DF(i) u t-TFkroniku(i) għandhom ikunu kif mogħtija fil-Parti A l-iktar aġġornata tal-lista DID. Jekk sustanza mdaħħla ma tiġix inkluża fil-Parti A, l-applikant għandu jagħmel stima tal-valuri billi jsegwi l-approċċ deskritt fil-Parti B ta' dik il-lista u jehmeż id-dokumentazzjoni assoċjata.
Minħabba d-degradazzjoni ta' ċerti sustanzi fil-proċess tal-ħasil, japplikaw regoli separati għal dawn li ġejjin:
— perossidu tal-idroġenu (H2O2) — ma għandux jiġi inkluż fil-kalkolu tas-CDV,
— aċidu peraċetiku — għandu jiġi inkluż fil-kalkolu bħala “aċidu aċetiku”,
— aċidu ε-ftalimido-perossi-eżanojku (PAP) — għandu jiġi inkluż fil-kalkolu bħala aċidu ε-ftalimido eżanojku (PAC).
Il-valuri li jridu jintużaw fil-kalkolu tas-CDV[kroniku] għall-aċidu ε-ftalimido eżanojku (PAC) għandhom ikunu kif ġej:
DF(i) = 0,05
TF kroniku(i) = 0,256 mg/l
Aerobiku = R
Anaerobiku = O
Kriterju 2 — Il-bijodegradabbiltà
(a) Il-bijodegradabbiltà tal-aġenti tensjoattivi
L-aġenti tensjoattivi kollha għandhom ikunu faċilment degrababbli (ajrobikament).
L-aġenti tensjoattivi kollha kklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent akkwatiku: Il-Kategorija Akuta 1 (H400) jew il-Kategorija Kronika 3 (H412), skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) għandhom barra minn hekk ikunu bijodegradabbli anajrobikament.
(b) Il-bijodegradabbiltà tal-komposti organiċi
Il-kontenut ta' sustanzi organiċi fil-prodott li huma ajrobikament mhux bijodegradabbli (mhux bijodegradabbli malajr, aNBO) jew anajrobikament mhux bijodegradabbli (anNBO) ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin għad-doża ta' referenza:
aNBO (g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil)
Ilma artab (< 1,5 mmol CaCO3/l) |
|||
Grad ta' ħmieġ Tip ta' prodott |
Ħafif |
Medju |
Goff |
Trab |
0,70 |
1,10 |
1,40 |
Likwidu |
0,50 |
0,60 |
0,70 |
Sistema b'komponenti multipli |
1,25 |
1,75 |
2,50 |
Ilma medju (1,5–2,5 mmolCaCO3/l) |
|||
Grad ta' ħmieġ Tip ta' prodott |
Ħafif |
Medju |
Goff |
Trab |
1,10 |
1,40 |
1,75 |
Likwidu |
0,60 |
0,70 |
0,90 |
Sistema b'komponenti multipli |
1,75 |
2,50 |
3,75 |
Ilma iebes (> 2,5 mmol CaCO3/l) |
|||
Grad ta' ħmieġ Tip ta' prodott |
Ħafif |
Medju |
Goff |
Trab |
1,40 |
1,75 |
2,20 |
Likwidu |
0,70 |
0,90 |
1,20 |
Sistema b'komponenti multipli |
2,50 |
3,75 |
4,80 |
anNBO (g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil)
Ilma artab (< 1,5 mmol CaCO3/l) |
|||
Grad ta' ħmieġ Tip ta' prodott |
Ħafif |
Medju |
Goff |
Trab |
0,70 |
1,10 |
1,40 |
Likwidu |
0,50 |
0,60 |
0,70 |
Sistema b'komponenti multipli |
1,25 |
1,75 |
2,50 |
Ilma medju (1,5–2,5 mmolCaCO3/l) |
|||
Grad ta' ħmieġ Tip ta' prodott |
Ħafif |
Medju |
Goff |
Trab |
1,10 |
1,40 |
1,75 |
Likwidu |
0,60 |
0,70 |
0,90 |
Sistema b'komponenti multipli |
1,75 |
2,50 |
3,75 |
Ilma iebes (> 2,5 mmol CaCO3/l) |
|||
Grad ta' ħmieġ Tip ta' prodott |
Ħafif |
Medju |
Goff |
Trab |
1,40 |
1,75 |
2,20 |
Likwidu |
0,70 |
0,90 |
1,20 |
Sistema b'komponenti multipli |
2,50 |
3,75 |
4,80 |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni għad-degradabbiltà tal-aġenti tensjoattivi, kif ukoll għall-kalkolu tal-aNBO u tal-anNBO għall-prodott. Spreadsheet għall-kalkolu tal-valuri aNBO u anNBO tinsab fis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.
Għad-degradabbiltà tal-aġenti tensjoattivi u għall-valuri aNBO u anNBO tal-komposti organiċi, għandha ssir referenza għal-lista DID l-iktar aġġornata.
Għas-sustanzi mdaħħla li ma jkunux fil-Parti A tal-lista DID, għandha tingħata informazzjoni rilevanti mil-letteratura teknika jew minn sorsi oħra, jew jingħataw ir-riżultati xierqa tat-testijiet, li jkunu juru li huma ajrobikament u anajrobikament bijodegradabbli, kif tiddeskrivi l-Parti B ta' dik il-lista.
Fin-nuqqas ta' dokumentazzjoni dwar id-degradabbiltà, sustanza mdaħħla li ma tkunx aġent tensjoattiv tista' tiġi eżentata mir-rekwiżit tal-degradabbiltà anajrobika diment li tiġi ssodisfata waħda minn dawn it-tliet alternattivi:
(1) tkun faċilment degradabbli u jkollha assorbiment baxx (A < 25 %);
(2) tkun faċilment degradabbli u jkollha desorbiment għoli (D > 75 %);
(3) tkun faċilment degradabbli u ma tkunx bijoakkumulattiva ( 6 ).
L-ittestjar għall-assorbiment jew għad-desorbiment għandu jsir skont il-Linja Gwida tal-OECD Nru 106.
Kriterju 3 — Sorsi sostenibbli ta' żejt tal-palm, żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm u d-derivattivi tagħhom
Is-sustanzi mdaħħla li jintużaw fil-prodotti li ġejjin miż-żejt tal-palm jew miż-żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm għandhom jinkisbu minn pjantaġġuni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' skema ta' ċertifikazzjoni għall-produzzjoni sostenibbli li hija bbażata fuq organizzazzjonijiet b'diversi partijiet interessati u li għandha sħubija mifruxa, inklużi l-NGOs, l-industrija u l-gvern u li tindirizza l-impatti ambjentali inklużi dawk fuq il-ħamrija, il-bijodiversità, il-ħażniet tal-karbonju organiku u l-konservazzjoni tar-riżorsi naturali.
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi evidenza permezz ta' ċertifikati mingħand partijiet terzi u katina ta' kustodja li ż-żejt tal-palm u ż-żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm li jintużaw fil-manifattura tas-sustanzi mdaħħla jkunu ġejjin minn pjantaġġuni li huma mmaniġġjati b'mod sostenibbli.
Ċertifikati aċċettati jinħtieġ li jinkludu d-Diskussjonijiet Madwar Mejda Tonda dwar iż-Żejt tal-Palm Sostenibbli msejħa “Roundtable for Sustainable Palm Oil (RSPO)” (b'identità ppriżervata, segregata jew bilanċ tal-massa) jew kwalunkwe skema ta' produzzjoni sostenibbli ekwivalenti jew aktar stretta.
Għad-derivattivi kimiċi taż-żejt tal-palm u għaż-żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm, għandu jkun biżżejjed li tintwera sostenibbiltà permezz ta' sistemi “book&claim” bħalma huma ċ-ċertifikati GreenPalm jew ekwivalenti billi jingħataw l-ammonti ddikjarati tal-ACOP (l-Kommunikazzjonijiet ta' Progress Annwali) taċ-ċertifikati GreenPalm akkwistati jew mifdija matul il-perjodu ta' negozjar annwali l-aktar riċenti.
Kriterju 4 — Sustanzi esklużi u ristretti
(a) Sustanzi esklużi u ristretti speċifikati
(i)
Is-sustanzi indikati hawn taħt ma għandhomx jiġu inklużi fil-formulazzjoni tal-prodott irrispettivament mill-konċentrazzjoni:
— Alkilfenoletossilati (APEOs) u derivattivi oħra tal-alkilfenol;
— Atranol;
— Kloroatranol;
— Aċidu dietilenetriamminapentaaċetiku (DTPA);
— Aċidu etilendiamminatetraaċetiku (EDTA) u l-imluħa tiegħu;
— Il-formaldeid u r-rilaxxaturi tiegħu (pereż. 2-bromo-2-nitropropan-1,3-diol, 5-bromo-5-nitro-1,3-diossan, idrossimetilgliċinat tas-sodju, diażolidinilurea) bl-eċċezzjoni ta' impuritajiet tal-formaldeid f'aġenti tensjoattivi bbażati fuq il-kimika tal-polislkokdi sa konċentrazzjoni ta' 0,010 % tal-piż skont il-piż fis-sustanza mdaħħla;
— Glutaraldeid;
— Idrossisoeżil 3-ċikloeżen karboksaldeid (HICC);
— Mikroplastiċi;
— Nanofidda;
— Nitromiski u miski poliċikliċi;
— Alkaliti perfluworurati;
— Rodamina B;
— Imluħa kwaternarji tal-ammonju mhux faċilment bijodegradabbli;
— Komposti reattivi tal-kloru;
— Triklosan;
— Butilkarbamat tat-3-jodo-2-propinil.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, li jikkonfermaw li s-sustanzi elenkati ma ġewx inklużi fil-formulazzjoni tal-prodott irrispettivament mill-konċentrazzjoni.
(ii)
Is-sustanzi indikati hawn taħt ma għandhomx jiġu inklużi fil-formulazzjoni tal-prodott f'konċentrazzjonijiet ikbar minn dawk indikati:
— 2-Metil-2H-iżotijażol-3-on: 0,0050 % tal-piż skont il-piż;
— 1,2-Benżiżotijażol-3(2H)-on: 0,0050 % tal-piż skont il-piż;
— 5-kloro-2-metil-4-iżotijażolin-3-on/2-metil-4-iżotijażolin-3-on: 0,0015 % tal-piż skont il-piż.
Il-kontenut totali ta' fosforu (P) ikkalkolat bħala P elementali għandu jkun limitat għal:
— 0,50 g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil mhux maħmuġa ħafna;
— 1,00 g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil b'livell medju ta' ħmieġ;
— 1,50 g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil maħmuġin ħafna.
Sustanzi tal-fwejjaħ soġġetti għar-rekwiżit tad-dikjarazzjoni stipulat fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 ma għandhomx ikunu preżenti fi kwantitajiet ≥ 0,010 % tal-piż skont il-piż għal kull sustanza.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dawn id-dokumenti:
(a) Jekk jintużaw l-isotijażolinoni, dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, li jikkonfermaw li l-kontenut ta' isotijażolinoni użati huwa ekwivalenti għal-limiti stabbiliti jew inqas;
(b) Dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, li jikkonfermaw li l-ammont totali ta' P elementali huwa ekwivalenti għal-limiti stabbiliti jew inqas; Id-dikjarazzjoni għandha tiġi appoġġjata bil-kalkoli tat-total ta' kontenut P tal-prodott;
(c) Dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet jew dokumentazzjoni mingħand il-fornituri, li jikkonfermaw li s-sustanzi ta' fwejjaħ soġġetti għar-rekwiżit tad-dikjarazzjoni stipulat fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 mhumiex preżenti f'ammonti li jaqbżu l-limiti stabbiliti.
(b) Sustanzi perikolużi
(i)
Il-prodott finali ma għandux jiġi klassifikat u tikkettat bħala tossiku akut, bħala sustanza tossika speċifika għal organi ta' mira, bħala sensitizzatur respiratorju jew tal-ġilda jew bħala prodott karċinoġenu, mutaġenu jew tossiku għar-riproduzzjoni, jew bħala prodott perikoluż għall-ambjent akkwatiku, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u skont il-lista fit-Tabella 2, bl-eċċezzjoni tal-lista hawn taħt:
— prodotti li fihom l-aċidu peraċetiku u l-perossidu tal-idroġenu użati bħala aġenti għall-ibbliċjar jistgħu jiġu kklassifikati u tikkettati bħala perikolużi għall-ambjent akkwatiku [Kategorija Kronika 1 (H410), Kategorija Kronika 2 (H411), jew Kategorija Kronika 3 (H412)], jekk il-klassifikazzjoni u t-tikkettar huma ġġenerati mill-preżenza ta' dawn is-sustanzi.
(ii)
Il-prodott ma għandux ikollu sustanzi mdaħħla f'limitu tal-konċentrazzjoni ta' 0,010 % jew iktar tal-piż skont il-piż fil-prodott finali li jilħqu l-kriterji tal-klassifikazzjoni bħala tossiċi, perikolużi għall-ambjent akkwatiku, sensitizzaturi respiratorji jew tal-ġilda jew karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni, skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u skont il-lista fit-Tabella 2.
Meta jkunu aktar stretti, il-limiti ġeneriċi jew speċifiċi tal-konċentrazzjoni ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom jieħdu preċedenza.
Tabella 2
l-klassifikazzjonijiet ristretti tal-periklu u t-tqassim tagħhom f'kategoriji
Tossiċità akuta |
|
Kategoriji 1 u 2 |
Kategorija 3 |
H300 Fatali jekk jinbela' |
H301 Tossiku jekk jinbela' |
H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda |
H311 Tossiku jekk imiss mal-ġilda |
H330 Fatali jekk jinġibed man-nifs |
H331 Tossiku jekk jinġibed man-nifs |
H304 Jaf ikun fatali jekk jinbela' u jmur fil-pajp tan-nifs |
EUH070 Tossiku jekk imiss mal-għajnejn |
Tossiċità speċifika għal organi ta' mira |
|
Kategorija 1 |
Kategorija 2 |
H370 Jagħmel ħsara lill-organi |
H371 Jaf jagħmel ħsara lill-organi |
H372 Jagħmel ħsara lill-organi jekk jiġu esposti għalih fit-tul jew kemm-il darba |
H373 Jaf jagħmel ħsara lill-organi jekk jiġu esposti għalih fit-tul jew kemm-il darba |
Sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda |
|
Kategorija 1 A/1 |
Kategorija 1B |
H317 Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda |
H317 Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda |
H334 Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu |
H334 Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu |
Karċinoġenu, mutaġenu jew tossiku għar-riproduzzjoni |
|
Kategoriji 1 A u 1B |
Kategorija 2 |
H340 Jaf jikkawża difetti ġenetiċi |
H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi |
H350 Jaf jikkawża l-kanċer |
H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer |
H350i Jaf jikkawża l-kanċer jekk jinġibed man-nifs |
|
H360F Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità |
H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
H360D Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
H360FD Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
H360Fd Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
H362 Jaf jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa |
H360Df Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
|
Perikoluż għall-ambjent akkwatiku |
|
Kategoriji 1 u 2 |
Kategoriji 3 u 4 |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
H413 Jaf iħalli effetti dejjiema lill-organiżmi akkwatiċi |
H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
|
Perikolużi għas-saff tal-ożonu |
|
H420 Perikoluż għas-saff tal-ożonu |
|
Dan il-kriterju ma japplikax għal sustanzi mdaħħla li jkopri l-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistabbilixxu kriterji għall-eżenzjoni ta' sustanzi li hemm l-Annessi IV u V ta' dan ir-Regolament mir-reġistrazzjoni, mill-obbligi tal-utent downstream u mir-rekwiżiti tal-evalwazzjoni. Sabiex isib jekk dik l-esklużjoni tkunx tapplika, l-applikant għandu jgħarrex għal kull sustanza mdaħħla li tkun preżenti f'konċentrazzjoni aktar minn 0,010 % tal-piż skont il-piż.
Is-sustanzi u t-taħlitiet fit-Tabella 3 huma eżentati mill-punt (b)(ii) tal-Kriterju 4.
Tabella 3
Sustanzi derogati
Sustanza |
Dikjarazzjoni tal-Periklu |
Aġenti tensjoattivi |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
|
Subtiliżina |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
|
Enżimi (*1) |
H317 Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda |
H334 Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu |
|
ε-aċidu ftalimido perossieżanoiku (PAP) użat bħala aġent għall-ibbliċjar f'konċentrazzjoni massima ta' 0,6 g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
|
Aċidu peraċetiku/perossidu tal-idroġenu użat bħala aġent għall-ibbliċjar |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
|
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
|
NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (*2) |
H351:Suspettat li jikkawża l-kanċer |
(*1) Inklużi stabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħrajn fil-preparazzjonijiet. (*2) F'konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 0,2 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %. |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu juri konformità ma' dan il-kriterju għall-prodott finali u għal kull sustanza mdaħħla li jkun hemm f'konċentrazzjoni akbar minn 0,010 % tal-piż skont il-piż fil-prodott finali. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ tad-dikjarazzjonijiet tal-fornituri, jew SDS li jikkonfermaw li l-ebda waħda minn dawn is-sustanzi ma tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni b'waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet tal-periklu elenkati fit-Tabella 2 fil-forma jew forom u fl-istat(i) fiżiku/fiżiċi kif inhuma preżenti fil-prodott.
Għas-sustanzi mniżżla fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li huma eżentati mill-obbligi tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) ta' dak ir-Regolament, ikun biżżejjed li tingħata dikjarazzjoni tal-applikant għall-konformità.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, jew SDS li jikkonfermaw il-preżenza ta' sustanzi mdaħħla li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-deroga.
(c) Sustanzi ta' tħassib serju ħafna (SVHCs)
Il-prodott finali ma għandux ikun fih sustanzi mdaħħla li ġew identifikati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistabbilixxi l-lista tal-kandidati għal sustanzi ta' tħassib serju ħafna.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, jew SDS li jikkonfermaw li mhi preżenti ebda waħda mis-sustanzi fil-lista tal-kandidati.
Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għall-aħħar aġġornament tal-lista tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna.
(d) Fwejjaħ
Kull sustanza mdaħħla miżjuda mal-prodott bħala fwieħa għandha tkun immanifatturata u mmaniġġjata skont il-kodiċi tal-prattika tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwejjaħ (IFRA) li tinsab fuq http://www.ifraorg.org ( 7 ). Il-manifattur għandu jimxi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Istandards tal-IFRA fejn jidħlu l-projbizzjoni, l-użu ristrett u l-kriterji tal-purità speċifikati għas-sustanzi.
Valutazzjoni u verifika: il-fornitur jew il-manifattur tal-fwejjaħ għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata jekk ikun xieraq.
(e) Priżervattivi
(i) Il-prodott jista' jinkludi biss priżervattivi sabiex jippreżervaw il-prodott, u fid-dożaġġ xieraq għal dan l-iskop biss. Dan ma japplikax għall-aġenti tensjoattivi li jista' jkollhom ukoll proprjetajiet bijoċidali.
(ii) Il-prodotti jista' jkun fihom priżervattivi diment li dawn ma jkunux bijoakkumulattivi. Priżervattiv jitqies mhux bijoakkumulattiv jekk il-valur BCF ikun < 100 jew il-valur log Kow ikun < 3,0. Jekk il-valur BCF u l-valur log Kow ikunu disponibbli t-tnejn, għandu jintuża l-ogħla valur BCF imkejjel.
(iii) Huwa pprojbit li jkun iddikjarat jew issuġġerit fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li l-prodott jaġixxi kontra l-mikrobi jew għandu effett diżinfettanti.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, flimkien mal-SDS ta' kull priżervattiv miżjud, u informazzjoni dwar il-valur BCF jew log Kow tiegħu. L-applikant għandu wkoll jipprovdi l-grafika tal-imballaġġ.
(f) Aġenti koloranti
L-aġenti koloranti fil-prodott ma għandhomx ikunu bijoakkumulattivi.
Aġent kolorant jitqies mhux bijoakkumulattiv jekk il-valur BCF ikun < 100 jew il-valur log Kow ikun < 3,0. Jekk il-valur BCF u l-valur log Kow ikunu disponibbli t-tnejn, għandu jintuża l-ogħla valur BCF imkejjel. Jekk l-aġenti koloranti jkunu approvati biex jintużaw fl-ikel, mhemmx bżonn li titressaq dokumentazzjoni dwar il-potenzjal bijoakkumulattiv.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, flimkien mal-SDS ta' kull aġent kolorant miżjud, u informazzjoni dwar il-valur BCF jew log Kow tiegħu, jew dokumentazzjoni li tiżgura li l-aġent kolorant huwa approvat biex jintuża fl-ikel.
(g) Enżimi
Għandhom jintużaw biss enżimi inkapsulati (f'forma solida) u enżimi f'forma likwida jew sospensjonijiet magħquda.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, flimkien mal-SDS ta' kull enżima miżjuda.
Kriterju 5 — L-imballaġġ
(a) Sistemi ta' teħid lura tal-imballaġġ
Jekk il-prodott jitwassal f'imballaġġ li jkun parti minn sistema ta' teħid lura, dak il-prodott ikun eżentat mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-Kriterju 5.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti li tiddeskrivi jew turi li ġiet stabbilita sistema ta' teħid lura tal-imballaġġ.
(b) Proporzjon piż/utilità (weight/utility ratio, WUR)
Il-proporzjon piż/utilità (WUR) tal-prodott għandu jiġi kkalkulat għall-imballaġġ primarju biss u ma għandux jaqbeż dawn il-valuri għad-dożaġġ ta' referenza.
Ebusija tal-ilma Tip ta' prodott |
Artab < 1,5 mmol CaCO3/l (g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil) |
Medju 1,5–2,5 mmol CaCO3/l (g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil) |
Iebes > 2,5 mmol CaCO3/l (g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil) |
Trabijiet |
1,5 |
2,0 |
2,5 |
Likwidi |
2,0 |
2,5 |
3,0 |
Imballaġġ primarju magħmul minn iktar minn 80 % ta' materjal riċiklat huwa eżentat minn dan ir-rekwiżit.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkolu tal-WUR tal-prodott. Jekk il-prodott jinbiegħ f'imballaġġi differenti, jiġifieri b'volumi differenti, għandu jitressaq il-kalkolu għal kull daqs tal-imballaġġ li għalih trid tingħata l-Ekotikketta tal-UE.
Il-WUR jiġi kkalkulat kif ġej:
WUR = Σ ((Wi + Ui )/(Di * Ri ))
Fejn:
Wi |
: |
il-piż (g) tal-imballaġġ primarju (i); |
Ui |
: |
il-piż (g) tal-imballaġġ riċiklat mhux wara l-użu fl-imballaġġ primarju (i). Ui = Wi sakemm l-applikant ma jistax juri mod ieħor; |
Di |
: |
l-għadd ta' dożi ta' referenza fl-imballaġġ primarju (i); |
Ri |
: |
indiċi ta' rikariki. Ri = 1 (l-imballaġġ ma jerġax jintuża għall-istess skop) jew Ri = 2 (jekk l-applikant ma jiddokumentax li l-kontenut tal-imballaġġ jista' jerġa' jintuża għall-istess skop u jinbiegħu r-rikariki). |
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata li tikkonferma l-kontenut ta' materjal riċiklat wara l-użu, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti. L-imballaġġ jitqies bħala riċiklat wara l-użu jekk il-materja prima li tintuża għall-imballaġġ tkun inġabret minn manifatturi tal-imballaġġ fl-istadju tad-distribuzzjoni jew fl-istadju tal-konsumatur.
(c) Disinjar għar-riċiklaġġ
L-imballaġġ tal-plastik għandu jiġi ddisinjat b'mod li jiffaċilita r-riċiklaġġ effettiv billi jiġu evitati kontaminanti u materjali inkompatibbli potenzjali li huma magħrufin li jfixklu s-separazzjoni jew l-ipproċessar mill-ġdid jew li jnaqqsu l-kwalità tal-materjal riċiklat. Weħidhom jew flimkien, it-tikketta jew il-kaxxa, it-tapp u meta applikabbli, il-kisjiet tal-protezzjoni ma għandhomx jinkludu l-materjali u l-komponenti mniżżlin fit-Tabella 4. Il-mekkaniżmi tal-pompi (inklużi dawk tal-isprejs) huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.
Tabella 4
Materjali u komponenti li ma għandux ikun hemm fost l-elementi tal-imballaġġ
Element tal-imballaġġ |
Materjali u komponenti esklużi (*1) |
Tikketta jew “shrink wrap” |
— Tikketta jew “shrink wrap” PS flimkien ma' flixkun PET, PP jew HDPE — Tikketta jew “shrink wrap” PVC flimkien ma' flixkun PET, PP jew HDPE — Tikketta jew “shrink wrap” PETG flimkien ma' flixkun PET — Kwalunkwe materjal tal-plastik ieħor għal “shrink wraps”/għat-tikketti b'densità > 1 g/cm3 użat għal flixkun PET — Kwalunkwe materjal tal-plastik ieħor għal “shrink wraps”/għat-tikketti b'densità < 1 g/cm3 użat għal flixkun PP jew HDPE — Tikketti jew “shrink wraps” metallizzati jew iwweldjati mal-qafas tal-imballaġġ (tikketta fonduta) |
Tapp |
— Tapp PS flimkien ma' flixkun PET, HDPE jew PP — Tapp PVC flimkien ma' flixkun PET, PP jew HDPE — Tappijiet jew materjal tat-tappijiet PETG b'densità > 1 g/cm3 flimkien ma' flixkun PET — Tappijiet tal-metall, tal-ħġieġ jew tal-EVA li ma jisseparawx ruħhom faċilment minn mal-flixkun — Tappijiet tas-silikon. Ħlief tappijiet tas-silikon b'densità < 1 g/cm3 flimkien ma' flixkun PET u tappijiet tas-silikon b'densità > 1 g/cm3 flimkien ma' flixkun PEHD jew PP. — Folji jew siġilli tal-metall li meta jinfetaħ il-prodott xorta jibqgħu mwaħħla mal-flixkun jew mat-tapp tiegħu |
Kisjiet tal-protezzjoni |
Poliammid, poliolefini funzjonali, kisjiet ta' lqugħ metallizzati u ħfief |
(*1) EVA — Etilenvinilaċetat, HDPE — polietilen b'densità għolja, PET — poli etilentereftalat, PETG — polietilentereftalat glikol-modifikat, PP — Polipropilen, PS — Polistiren, PVC — Polivinilklorur |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u li tispeċifika l-kompożizzjoni tal-materjal tal-imballaġġ inklużi l-kontenitur, it-tikketta jew “shrink wrap”, il-kolol, it-tapp, u l-kisja tal-protezzjoni, jekk ikun xieraq, kif ukoll ritratti jew disinni tal-imballaġġ primarju.
Kriterju 6 — Adegwatezza għall-użu
Il-prodott għandu jkollu prestazzjoni ta' ħasil sodisfaċenti fl-inqas temperatura u dożaġġ rakkomandati mill-manifattur għall-ebusija tal-ilma skont il-“Qafas għall-ittestjar tal-prestazzjoni tad-deterġenti tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” li jinsab fis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE ( 8 ).
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi li l-prodott ġie ttestjat fil-kundizzjonijiet imniżżla fil-qafas u li r-riżultati wrew li l-prodott laħaq tal-inqas il-prestazzjoni minima tal-ħasil meħtieġa. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dokumentazzjoni li turi l-konformità mar-rekwiżiti tal-laboratorju li hemm fl-istandards armonizzati rilevanti tal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni, jekk ikun xieraq.
Jista' jintuża test tal-prestazzjoni ekwivalenti jekk l-ekwivalenza tiġi vvalutata u aċċettata mill-korp kompetenti.
Kriterju 7 — Sistemi ta' ddożar awtomatiku
Għas-sistemi b'komponenti multipli, l-applikant għandu jiżgura li l-prodott jintuża b'sistema ta' ddożar awtomatiku u kkontrollat.
Sabiex jiġi żgurat id-dożaġġ korrett fis-sistemi ta' ddożar awtomatiku, għandhom isiru żjarat tal-klijenti fil-binjiet kollha tal-manifatturi u tal-fornituri ta' dan il-prodott, tal-anqas darba fis-sena matul il-perjodu tal-liċenzja, u dawn għandhom jinkludu kalibrazzjoni tal-apparat għall-iddożar. Parti terzi tista' tagħmel dawn iż-żjarat tal-klijenti.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata flimkien ma' deskrizzjoni tal-kontenut taż-żjarat tal-klijenti, min hu responsabbli minnhom u l-frekwenza tagħhom.
Kriterju 8 — Informazzjoni għall-utenti
Il-prodott għandu jkollu miegħu struzzjonijiet dwar l-użu xieraq biex tittejjeb kemm jista' jkun il-prestazzjoni tal-prodott u jitnaqqas kemm jista' jkun l-iskart, filwaqt li t-tniġġis tal-ilma u l-użu tar-riżorsi jitnaqqsu wkoll. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jinqraw faċilment jew jinkludu disinni jew simboli, u għandu jkollhom informazzjoni dwar dawn:
(a) Struzzjonijiet dwar id-dożaġġ
L-istruzzjonijiet dwar id-dożaġġ għandhom jinkludu d-doża fi g jew ml u/jew sistema metrika oħra jew alternattiva (pereż. tappijiet, mekkaniżmi ta' sprej) u l-impatt tal-ebusija tal-ilma fuq id-doża.
Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal prodotti b' komponenti multipli li jużaw sistemi ta' ddożar awtomatiku
Għandhom jingħataw indikazzjonijiet dwar l-ikbar prevalenza tal-ebusija tal-ilma fiż-żona fejn il-prodott ikun maħsub li jitqiegħed fis-suq jew fejn tista' tinstab din l-infomazzjoni.
(b) Informazzjoni dwar ir-rimi tal-imballaġġ
L-imballaġġ primarju għandu jinkludi informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-rimi korrett tal-imballaġġ.
(c) Tagħrif dwar l-ambjent
Fuq l-imballaġġ primarju għandu jkun hemm test li jispjega l-importanza li jintużaw id-dożaġġ korrett u l-inqas temperatura rakkomandata biex jitnaqqsu kemm jista' jkun il-konsum tal-enerġija u tal-ilma u t-tniġġis tal-ilma.
Jekk il-prodott finali fih l-aċidu peraċetiku u l-perossidu tal-idroġenu bħala aġent tal-ibbliċjar u huwa klassifikat u tikkettat, fuq l-imballaġġ primarju jew id-dokument tekniku dwar il-prodott għandu jidher test li jiddikjara li l-klassifikazzjoni u t-tikkettar huma minħabba l-aċidu peraċetiku u l-perossidu tal-idroġenu li jiddegradaw f'sustanzi li mhumiex ikklassifikati matul il-proċess tal-ħasil.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata flimkien ma' kampjun tat-tikketta tal-prodott.
Kriterju 9 — L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
Il-logo għandu jkun viżibbli u għandu jkun leġibbli. In-numru tar-reġistrazzjoni/tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jidhru fuq il-prodott u għandhom ikunu leġibbli u viżibbli b'mod ċar.
L-applikant jista' jagħżel li jinkludi fuq it-tikketta kaxxa testwali bil-kliem li ġej:
— Impatt limitat fuq l-ambjent akkwatiku (li ma għandhiex tiġi inkluża jekk il-prodott ikun fih l-aċidu peraċetiku u l-perossidu tal-idroġenu li jiġġenera klassifikazzjoni u tikkettar tal-prodott finali);
— Ammont ristrett ta' sustanzi perikolużi;
— Ittestjat għall-prestazzjoni tal-ħasil tiegħu.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità flimkien ma' kampjun tat-tikketta tal-prodott jew tal-grafika tal-imballaġġ li turi fejn titqiegħed l-Ekotikketta tal-UE.
( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar diterġenti (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1).
( 2 ) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/696/UE tat-18 ta' Ottubru 2011 fuq id-definizzjoni tan-nanomaterjali (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 38).
( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
( 4 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
( 5 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
( 6 ) Sustanza titqies mhux bijoakkumulattiva jekk il-valur BCF ikun < 100 jew il-valur log Kow ikun < 3,0. Jekk il-valur BCF u l-valur log Kow ikunu disponibbli t-tnejn, għandu jintuża l-ogħla valur BCF imkejjel.
( 7 ) Disponibbli fis-sit elettroniku tal-IFRA: http://www.ifraorg.org
( 8 ) Disponibbli fuq: [Il-URL tas-sit elettroniku dwar il-protokoll tal-Ekotikketta tal-UE jiddaħħal iktar tard — attwalment il-proposti kollha tal-protokoll qegħdin fir-Rapport Tekniku]