02018D1904 — MT — 22.12.2022 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1904 tal-4 ta' Diċembru 2018 (ĠU L 310 6.12.2018, p. 25) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2542 tad-19 ta’ Diċembru 2022 |
L 328 |
105 |
22.12.2022 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1904
tal-4 ta' Diċembru 2018
li tawtorizza lin-Netherlands jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE, in-Netherlands huwa awtorizzat jeżenta lill-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 25 000 mill-VAT.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2024.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Netherlands.