02024R1485 — MT — 20.05.2025 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/1485 tas-27 ta’ Mejju 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja (ĠU L 1485 27.5.2024, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1488 tas-27 ta’ Mejju 2024 |
L 1488 |
1 |
27.5.2024 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2465 tal-10 ta’ Settembru 2024 |
L 2465 |
1 |
12.9.2024 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/958 tal-20 ta’ Mejju 2025 |
L 958 |
1 |
20.5.2025 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/1485
tas-27 ta’ Mejju 2024
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja
Artikolu 1
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“servizzi ta’ senserija” tfisser:
in-negozjar jew l-arranġament ta’ tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-forniment ta’ oġġetti u ta’ teknoloġija jew ta’ servizzi finanzjarji u tekniċi, inklużi dawk minn pajjiż terz, lil kwalunkwe pajjiż terz ieħor, jew
il-bejgħ jew ix-xiri ta’ oġġetti u teknoloġija, jew ta’ servizzi finanzjarji u tekniċi, inklużi meta jinsabu f’pajjiżi terzi biex jiġu ttrasferiti lejn pajjiż terz ieħor;
“pretensjoni” tfisser kwalunkwe pretensjoni, kemm jekk iddikjarata bi proċedimenti legali kif ukoll jekk le, li ssir qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b’rabta magħhom, u b’mod partikolari:
pretensjoni għall-prestazzjoni ta’ kwalunkwe obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b’rabta magħhom;
pretensjoni għall-proroga jew għall-ħlas ta’ bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta’ kwalunkwe forma;
pretensjoni għall-kumpens fir-rigward ta’ kuntratt jew tranżazzjoni;
kontropretensjoni;
pretensjoni għar-rikonoxximent jew l-infurzar, inkluż permezz tal-proċedura ta’ exequatur, ta’ sentenza, deċiżjoni arbitrali jew ekwivalenti, kull fejn issir jew tingħata;
“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni tkun kif tkun il-forma, u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, sew jekk tikkonsisti f’kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew differenti; għal dak l-iskop “kuntratt” jinkludi bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew le, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li tirriżulta mit-tranżazzjoni jew li tkun marbuta magħha;
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness III;
“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull tip, kemm jekk tanġibbli kif ukoll jekk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi, li iżda jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;
“finanzjament jew assistenza finanzjarja” tfisser kwalunkwe azzjoni, irrispettivament mill-mezzi partikolari li jintgħażlu, li biha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernati, kundizzjonalment jew inkondizzjonalment, jiżborżaw jew jimpenjaw ruħhom li jiżborżaw fondi jew riżorsi ekonomiċi tagħhom stess inklużi, iżda mhux limitati għal għotjiet, self, garanziji, rahan, bonds, ittri ta’ kreditu, krediti tal-fornitur, krediti tax-xerrej, avvanzi fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u t-tipi kollha ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni, inkluża assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni; il-pagament kif ukoll it-termini u l-kundizzjonijiet tal-pagament tal-prezz miftiehem għal oġġett jew servizz, li jsiru skont il-prattika kummerċjali normali, ma jikkostitwux finanzjament jew assistenza finanzjarja;
“iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta’ riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta’ fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom;
“iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni jew użu ta’, aċċess għal, jew in-negozjar b’fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta f’xi tibdil fil-volum, l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura jew id-destinazzjoni tagħhom jew tibdil ieħor li jippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż il-ġestjoni ta’ portafolli;
“fondi” tfisser assi u benefiċċji finanzjarji ta’ kull xorta, li jinkludu, iżda li mhumiex limitati għal, dan li ġej:
flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders u strumenti oħra ta’ pagament;
depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta’ dejn;
titoli u strumenti ta’ dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, titoli obbligazzjonarji u kuntratti tad-derivattivi;
imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew il-valur provenjenti jew iġġenerat minnhom;
kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;
ittri ta’ kreditu, poloz ta’ kargu, poloz ta’ bejgħ;
dokumenti li jagħtu prova ta’ interess f’fondi jew f’riżorsi finanzjarji;
“assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet, żvilupp, manifattura, muntaġġ, ittestjar, manutenzjoni jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista’ tieħu forom bħal istruzzjonijiet, pariri, taħriġ, trażmissjoni ta’ għarfien jew ħiliet tax-xogħol jew servizzi ta’ konsulenza, inkluż forom verbali ta’ assistenza;
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.
Artikolu 2
Għandu jkun ipprojbit:
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Russja jew għall-użu fir-Russja;
li tingħata assistenza teknika jew servizzi ta’ senserija relatati mat-tagħmir imsemmi fil-punt (a), direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Russja jew għall-użu fir-Russja;
li jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mat-tagħmir imsemmi fil-punt (a), direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Russja jew għall-użu fir-Russja.
B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment, l-esportazzjoni jew l-għoti tal-assistenza jew is-servizzi msemmija fih wara li jkunu ddeterminaw li dawn huma neċessarji:
għall-funzjonament tar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew pajjiżi sħab fir-Russja, inklużi delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet, jew organizzazzjonijiet internazzjonali fir-Russja li jgawdu minn immunitajiet f'konformità mad-dritt internazzjonali;
għall-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika mill-operaturi tat-telekomunikazzjoni tal-Unjoni, għall-forniment ta' faċilitajiet u servizzi assoċjati neċessarji għat-tħaddim, il-manutenzjoni u s-sigurtà ta' tali servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, fir-Russja, fl-Ukrajna, fl-Unjoni, bejn ir-Russja u l-Unjoni, u bejn l-Ukrajna u l-Unjoni, u għal servizzi ta' ċentri tad-data fl-Unjoni.
Artikolu 3
B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment, l-esportazzjoni jew l-għoti tas-servizzi msemmija fih, b'tali kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li dawn huma neċessarji:
għall-funzjonament tar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew pajjiżi sħab fir-Russja, inklużi delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet, jew organizzazzjonijiet internazzjonali fir-Russja li jgawdu minn immunitajiet f'konformità mad-dritt internazzjonali;
għall-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika mill-operaturi tat-telekomunikazzjoni tal-Unjoni neċessarji għat-tħaddim, il-manutenzjoni u s-sigurtà, inkluż iċ-ċibersigurtà, tas-servizzi ta’ kommunikazzjoni elettronika, fir-Russja, fl-Ukrajna, fl-Unjoni, bejn ir-Russja u l-Unjoni, u bejn l-Ukrajna u l-Unjoni, u għal servizzi ta' ċentri tad-data fl-Unjoni.
Artikolu 4
Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 3(1), għandu jkun ipprojbit li:
tiġi fornuta, direttament jew indirettament, għajnuna teknika jew servizzi ta’ senserija relatati mat-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software elenkati fl-Anness II, relatati mal-installazzjoni, il-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni, it-tiswija u l-użu tat-tagħmir u t-teknoloġija elenkati fl-Anness II, jew jew relatati mal-provvista, l-installazzjoni, l-operat jew l-aġġornament ta’ kwalunkwe software elenkat fl-Anness II lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Russja jew għall-użu fir-Russja;
jiġu fornuti, direttament jew indirettament, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mat-tagħmir, it-teknoloġija u s-software elenkati fl-Anness II lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Russja jew għall-użu fir-Russja;
jiġi fornut kwalunkwe servizz ta’ monitoraġġ jew ta’ interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet lil jew għall-benefiċċju dirett jew indirett tal-gvern, il-korpi pubbliċi, il-korporazzjonijiet jew l-aġenziji tar-Russja, jew ta’ kwalunkwe persuna jew entità li joperaw f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom.
Artikolu 5
Artikolu 6
L-Anness IV għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li:
ikunu responsabbli għal ksur serju jew abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, jew li l-attivitajiet tagħhom jimminaw serjament id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fir-Russja;
jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku, jew materjali għal, jew huma b'xi mod ieħor involuti fi, l-atti stabbiliti fil-punt (a), inkluż bl-ippjanar, id-direzzjoni, l-ordni, l-assistenza, il-preparazzjoni, l-iffaċilitar jew l-inkoraġġiment ta’ tali atti;
ikunu assoċjati mal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fil-punt (a) jew (b).
Artikolu 7
B’deroga mill-Artikolu 6(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:
neċessarji biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness IV, u tal-membri dipendenti tal-familji ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattamenti mediċi, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u spejjeż tas-servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-ħlasijiet ta’ tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi jew ta’ imposti ta’ servizzi għall-kustodja jew il-ġestjoni normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
neċessarji għal spejjeż straordinarji, dment li l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li jenħtieġ li tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni;
iridu jitħallsu f’kont jew minn kont ta’ missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet f’konformità mad-dritt internazzjonali, sakemm tali pagamenti jkunu maħsuba għall-iskopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali;
neċessarji għall-funzjonament tar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew pajjiżi sħab fir-Russja, inklużi delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet, jew organizzazzjonijiet internazzjonali fir-Russja li jgawdu minn immunitajiet f'konformità mad-dritt internazzjonali;
neċessarji għall-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika mill-operaturi tat-telekomunikazzjoni tal-Unjoni, għall-forniment ta' faċilitajiet u servizzi assoċjati neċessarji għat-tħaddim, il-manutenzjoni u s-sigurtà ta' tali servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, fir-Russja, fl-Ukrajna, fl-Unjoni, bejn ir-Russja u l-Unjoni, u bejn l-Ukrajna u l-Unjoni, u għal servizzi ta' ċentri tad-data fl-Unjoni; jew
neċessarji għall-bejgħ u t-trasferiment sat-28 ta’ Awwissu 2024, jew fi żmien 6 xhur mid-data tal-elenkar fl-Anness IV, skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti, tad-drittijiet proprjetarji f'persuna ġuridika, entità jew korp stabbiliti fl-Unjoni fejn dawk id-drittijiet proprjetarji jkunu direttament jew indirettament proprjetà ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV, u wara li jkun ġie ddeterminat li r-rikavat minn tali bejgħ u trasferiment jibqa' ffriżat.
Artikolu 8
Artikolu 9
B’deroga mill-Artikolu 6(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta’ deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 6 jkunu ġew elenkati fl-Anness IV, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament sabiex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet iggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f’deċiżjoni bħal din, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 10
B’deroga mill-Artikolu 6(1) u dment li jkun dovut pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV skont kuntratt jew ftehim li jkun ġie konkluż minn jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat qabel id-data ta’ meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness IV, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, skont il-kundizzjonijiet li jqisu li jkunu adattati, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV; u
il-pagament ma jiksirx l-Artikolu 6(2).
Artikolu 11
L-Artikolu 6(2) ma għandux japplika għal pagament f’kontijiet iffriżati ta’:
l-imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet;
pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 6 jkunu ġew inklużi fl-Anness IV; jew
pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali meħuda fi Stat Membru jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat,
dment li kwalunkwe mgħax, qligħ u pagament ieħor bħal dan ikun iffriżat f’konformitàt mal-Artikolu 6(1).
Artikolu 12
Persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom:
ifornu minnufih kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal informazzjoni dwar il-kontijiet u l-ammonti ffriżati f’konformità mal-Artikolu 6(1) jew informazzjoni miżmuma dwar fondi u riżorsi ekonomiċi fit-territorju tal-Unjoni li jappartjenu, huma sjieda ta’, jinżammu jew huma kkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness IV u li għadhom ma ġewx trattati bħala ffriżati mill-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi obbligati li jagħmlu dan, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru, lill-Kummissjoni; u
jikkooperaw mal-awtorità kompetenti f’kull verifika tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a).
Artikolu 13
Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness IV, għandhom:
jirrapportaw fi żmien 6 ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness IV il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru li jappartjenu lilhom, li huma proprjetà tagħhom, miżmuma jew ikkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi; u
jikkooperaw mal-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ tali informazzjoni.
Artikolu 14
Artikolu 15
L-ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kull forma, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness IV;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta’ waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-punt (a), jew inkella f’isimhom.
Artikolu 16
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari informazzjoni dwar:
fondi ffriżati skont l-Artikolu 6 u awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt id-derogi stabbiliti f’dan ir-Regolament;
problemi ta’ ksur u eżekuzzjoni u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.
Artikolu 17
Artikolu 18
Artikolu 19
Artikolu 20
Il-Kunsill,il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Dawk il-kompiti jinkludu:
fir-rigward tal-Kunsill,it-tħejjija u l-emendar tal-Anness IV;
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, il-preparazzjoni ta’ emendi għall-Anness IV;
fir-rigward tal-Kummissjoni:
l-inklużjoni tal-kontenut tal-Anness IV fil-lista elettronika, ikkonsolidata tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, il-gruppi u l-entitajiet soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni u fil-mappa interattiva dwar is-sanzjonijiet, li t-tnejn li huma jinsabu disponibbli għall-pubbliku;
l-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar l-impatt tal-miżuri ta’ dan ir-Regolament bħall-valur tal-fondi ffriżati u informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 21
Artikolu 22
Kwalunkwe informazzjoni mogħtija jew riċevuta f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ingħatat jew ġiet riċevuta.
Artikolu 23
Dan ir-Regolament għandu japplika:
fit-territorju tal-Unjoni, inkluż fl-ispazju tal-ajru tagħha;
abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta’ xi Stat Membru;
għal kwalunkwe persuna fiżika fit-territorju jew barra mit-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadin ta’ Stat Membru;
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp ġuridiku, fit-territorju jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru;
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ li jkun sar, interament jew parzjalment, fl-Unjoni.
Artikolu 24
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Lista ta’ apparat li jista’ jintuża għar-repressjoni interna kif imsemmija fl-Artikolu 2
1. |
Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej: 1.1. Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (ft) (“il-Lista Militari Komuni”); 1.2. Munizzjon iddisinjat speċifikament għall-armi tan-nar elenkati fil-punt 1.1 u komponenti ddisinjati apposta għalihom; |
2. |
Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mil-LM 14 tal-Lista Militari Komuni, għal taħriġ fl-użu ta’ armi tan-nar, u software ddisinjat speċifikament għalihom. |
3. |
Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni. |
4. |
Splussivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni u sustanzi relatati kif ġej:
a.
amatol;
b.
nitroglikol;
e.
klorur tal-pikril; |
5. |
Fildiferru mxewwek (barbed wire) bix-xfafar. |
6. |
Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b’xafra itwal minn 10 cm. |
7. |
Tagħmir ta’ produzzjoni ddisinjat speċifikament għall-oġġetti speċifikati f’din il-lista. |
ANNESS II
It-tagħmir, it-teknoloġija u s-software msemmijin fl-Artikolu 3
Nota Ġenerali
Minkejja l-kontenut ta’ dan l-Anness, huwa ma għandux japplika għal:
tagħmir, teknoloġija jew software li huma speċifikati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) jew il-Lista Militari Komuni;
software li huwa mfassal għall-installazzjoni mill-utent mingħajr appoġġ sostanzjali ulterjuri mill-fornitur u li jkun ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jinbiegħ mill-ħwienet, mingħajr restrizzjoni, permezz ta':
tranżazzjonijiet f’ħanut;
tranżazzjonijiet bil-korrispondenza;
tranżazzjonijiet elettroniċi; jew
transazzjonijiet ta’ ordni bit-telefon; jew
software li huwa fid-dominju pubbliku.
fejn japplika l-Artikolu 2a tar-Regolament (UE) Nru 833/2014.
It-taqsimiet A, B, C, D u E jirreferu għat-taqsimiet imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 2021/821.
Lista ta’ tagħmir
Mhux użati
Mhux użati
“Software” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” tat-tagħmir speċifikat f’A hawn fuq.
“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, “il-produzzjoni” jew “l-użu” tat-tagħmir speċifikat f’A hawn fuq.
Tagħmir, teknoloġija u software taħt dawn it-taqsimiet jaqgħu fl-ambitu ta’ dan l-Anness biss sal-punt li jaqgħu fid-deskrizzjoni ġenerali “sistemi ta’ interċettar u monitoraġġ tal-komunikazzjonijiet bl-Internet, bit-telefown u bis-satellita”.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, il-“monitoraġġ” tfisser l-akkwist, l-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi u l-arkivjar tal-kontenut tat-telefonati jew id-data tan-network.
Noti f’qiegħ il-paġna:
(4) IMSI tirreferi għal International Mobile Subscriber Identity (identità internazzjonali tal-abbonat mobbli). Hija kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni għal kull tagħmir ta’ telefonija mobbli, integrat fis-SIM card u li jippermetti l-identifikar ta’ tali SIM permezz ta’ networks tal-GSM u l-UMTS.
(5) MSISDN tirreferi għal Mobile Subscriber Integrated Services Digital Network Number (numru tas-servizzi integrati tan-network diġitali għall-abbonat ta’ telefonija mobbli). Huwa numru uniku li jidentifika l-abbonament f’network tal-mowbajls GSM jew UMTS. Fi kliem sempliċi, huwa n-numru tat-telefon għas-SIM card fit-telefon mobbli u għalhekk jidentifika lill-abbonat tat-telefon mobbli kif ukoll l-IMSI, iżda sabiex is-sejħiet jiġu trażmessi mingħandu.
(6) IMEI tfisser International Mobile Equipment Identity (identità internazzjonali tal-apparat tal-mowbajl). Huwa numru li normalment ikun uniku, biex jidentifika l-mowbajls GSM, WCDMA u IDEN kif ukoll xi telefowns satellitari. Normalment issibu stampat fil-kompartiment tal-batterija tal-mowbajl. L-interċettazzjoni telefonika tista’ tiġi speċifikata permezz tan-numru IMEI kif ukoll l-IMSI u l-MSISDN tiegħu.
(7) TMSI tfisser Temporary Mobile Subscriber Identity (identità temporanja tal-abbonat tal-mowbajl). Hija l-identità li tintbagħat l-aktar komunement bejn l-apparat mobbli u n-network.
(8) SMS tirreferi għal Short Message System (sistema ta’ messaġġi qosra).
(9) ċGSM tirreferi għal Global System for Mobile Communications (sistema globali għall-komunikazzjoni mobbli).
(10) GPS tirreferi għal Global Positioning System (sistema ta’ pożizzjonament globali).
(11) GPRS tirreferi għal General Package Radio Service (servizz ġenerali tar-radju f’pakketti).
(12) UMTS tirreferi għal Universal Mobile Telecommunication System (sistema universali ta’ komunikazzjoni mobbli).
(13) CDMA tirreferi għal Code Division Multiple Access (aċċess multiplu b’diviżjoni tal-kodiċi).
(14) PSTN tirreferi għal Public Switch Telephone Networks (networks telefoniċi pubbliċi kommutati).
(15) DHCP tirreferi għal Dynamic Host Configuration Protocol (protokoll ta’ konfigurazzjoni dinamika tal-host).
(16) SMTP tirreferi għal Simple Mail Transfer Protocol (protokoll sempliċi għat-trasferiment tal-posta elettronika).
(17) GTP tirreferi għal GPRS Tunneling Protocol.
ANNESS III
Siti web b’informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
IL-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions
IĊ-ĊEKJA
www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html
ID-DANIMARKA
https://um.dk/udenrigspolitik/sanktioner/ansvarlige-myndigheder
IL-ĠERMANJA
https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html
L-ESTONJA
https://vm.ee/sanktsioonid-ekspordi-ja-relvastuskontroll/rahvusvahelised-sanktsioonid
L-IRLANDA
https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955
L-ITALJA
ĊIPRU
IL-LATVJA
IL-LITWANJA
IL-LUSSEMBURGU
L-UNGERIJA
https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato
MALTA
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe
https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions
IL-PORTUGALL
https://portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas
IR-RUMANIJA
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
L-IŻVEZJA
https://www.regeringen.se/sanktioner
Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
Il-Kummissjoni Ewropea
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA)
Rue de Spa 2
B-1049 Brussels, Belgium
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu
ANNESS IV
Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6.
Α. Persuni fiżiċi
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Nikolai Pavlovich DUBOVIK (Николай Павлович ДУБОВИК) |
Pożizzjoni: Imħallef tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Nikolai Pavlovich Dubovik huwa mħallef tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa. Fil-pożizzjoni tiegħu, irrifjuta li jikkunsidra l-appell ta’ kassazzjoni ta’ Alexei Navalny kontra l-verdett fil-proċess “malafama ta’ veteran”. B’hekk, huwa skredita politikament lil Alexei Navalny qabel ir-referendum kostituzzjonali tal-2020 fir-Russja. Għalhekk, Nikolai Dubovik huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
2. |
Eduard Borisovich ERDYNIEV (Эдуард Борисович ЭРДЫНИЕВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Eduard Borisovich Erdyniev huwa mħallef tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa. Fil-pożizzjoni tiegħu, irrifjuta li jikkunsidra l-appell ta’ kassazzjoni ta’ Alexei Navalny kontra d-deċiżjoni li s-sentenza ta’ probation tiġi ssostitwita b’sentenza sħiħa. Konsegwentement, Alexei. Navalny instab ħati usnin wara, ġie inkarċerat f’kolonja penali ta’ sigurtà għolja sabiex ma jkunx jista’ jinvolvi ruħu f’attività politika. Għalhekk, Eduard Borisovich Erdyniev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
3. |
Andrey Vladimirovich FEDOROV (Андрей Владимирович ФЕДОРОВ / ФЁДОРОВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kirovsky District Court, il-belt ta’ Tomsk Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Andrey Vladimirovich Fedorov huwa mħallef Russu li jaħdem fil-Kirovsky District Court, il-belt ta’ Tomsk. Fil-pożizzjoni tiegħu, ċaħad l-ilment dwar in-nuqqas ta’ azzjoni tal-uffiċjali tal-Investigative Committee of the Russian Federation tat-Tomsk Oblast fir-rigward tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny. Id-deċiżjoni tiegħu wasslet għall-inkarċerazzjoni ta’ Alexei Navalny. Għalhekk, Andrey Vladimirovich Fedorov huwa responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
27.5.2024 |
4. |
Ekaterina Vasilevna FEDOTOVA (NAUMOVA) (Екатерина Васильевна ФЕДОТОВА (НАУМОВА)) |
Pożizzjoni: Rappreżentant tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tar-Russja għall-belt ta’ Khimki, Moscow Oblast Data tat-twelid: 06.11.1995 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Ekaterina Vasilevna Fedotova (Naumova) taħdem fir-Rappreżentanza tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tar-Russja għall-belt ta’ Khimki, Moscow Oblast. Fil-pożizzjoni tagħha, ħadet sehem fil-laqgħa tal-qorti tat-18 ta’ Jannar 2021, organizzata f’għassa tal-pulizija, u esiġiet l-estensjoni tad-detenzjoni illegali ta’ Alexei Navalny bi 30 jum. Għalhekk, Ekaterina Fedotova Vasilevna (Naumova) hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, billi kisret il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
5. |
Inna Alexandrovna FESENKO (Инна Александровна ФЕСЕНКО) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kirovsky District Court, il-belt ta’ Tomsk Data tat-twelid: 22.12.1968 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Inna Alexandrovna Fesenko hija mħallef Russa li taħdem fil-Kirovsky District Court, il-belt ta’ Tomsk. Fil-pożizzjoni tagħha, hija darbtejn irrifjutat ilmenti dwar in-nuqqas ta’ azzjoni mill-Pulizija tat-Trasport ta’ Tomsk fir-rigward tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny. Barra minn hekk, imponiet il-projbizzjoni ta’ ċerti azzjonijiet fuq Ksenia Fadeeva, l-eks kap tal-kwartieri ġenerali tal-organizzazzjoni ta’ Navalny f’Tomsk,. Għalhekk, Inna Alexandrovna Fesenko hija responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
27.5.2024 |
6. |
Ekaterina Viktorovna GALYAUTDINOVA (Екатерина Викторовна ГАЛЯУТДИНОВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kirovsky District Court, il-belt ta’ Tomsk Data tat-twelid: 1969 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Ekaterina Viktorovna Galyautdinova hija mħallef Russa li taħdem fil-Kirovsky District Court, il-belt ta’ Tomsk. Fil-pożizzjoni tagħha, hija ċaħdet darbtejn ilmenti dwar in-nuqqas ta’ azzjoni mill-Pulizija Tat-Trasport ta’ Tomsk fir-rigward tal-investigazzjoni tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny. Għalhekk, Ekaterina Viktorovna Galyautdinova hija responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
27.5.2024 |
7. |
Dmitry Evgenevich PANKRATOV (Дмитрий Евгеньевич ПАНКРАТОВ) |
Pożizzjoni: Investigatur Għoli tal-Main Military Investigation Department of the Investigative Committee of the Russian Federation, Kurunell tal-Ġustizzja Data tat-twelid: 29.12.1967 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Dmitry Evgenevich Pankratov huwa Investigatur Għoli tal-Main Military Investigation Department of the Investigative Committee of the Russian Federation. Fil-pożizzjoni tiegħu, irrifjuta li jiftaħ investigazzjoni fl-attentat ta’ qtil ta’ Alexei Navalny wara li Navalny ġie avvelenat bl-aġent nervin Novichok. Għalhekk, Dmitry Evgenevich Pankratov huwa responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
27.5.2024 |
8. |
Evgeniy Borisovich RASTORGUEV (Евгений Борисович РАСТОРГУЕВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tan-9th Arbitration Court of Appeal, Russja Data tat-twelid: 20.8.1970 Post tat-twelid: Vladimir Oblast, eks USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Evgeniy Borisovich Rastorguev huwa imħallef tan-9th Arbitration Court of Appeal, ir-Russja. Fil-pożizzjoni tiegħu laqa’ t-talba tal-kumpanija “Druzhba Narodov” kontra Alexei Navalny. Alexei Navalny kien sostna, fl-investigazzjoni tiegħu, li l-kumpanija hija involuta fi skema ta’ korruzzjoni mal-Gwardja Nazzjonali Russa (Rosgvardia). Għalhekk, Evgeniy Borisovich Rastorguev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir Russja, billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
27.5.2024 |
9. |
Alexander Sergeevich ERMOLENKO (Александр Сергеевич ЕРМОЛЕНКО) |
Pożizzjoni: Kap tal-fergħa Nru 15 tal-istituzzjoni governattiva federali “Criminal Executive Inspectorate of the Directorate of the Federal Penitentiary Service in the City of Moscow” Data tat-twelid: 11.11.1993 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Alexander Sergeevich Ermolenko huwa l-Kap tal-fergħa Nru 15 tal- tal-istituzzjoni governattiva federali “Criminal Executive Inspectorate of the Directorate of the Federal Penitentiary Service in the City of Moscow”. Fil-pożizzjoni tiegħu, appoġġa t-trasformazzjoni tas-sentenza sospiża ta’ Alexei Navalny f’piena ta’ kustodja matul is-seduta tal-qorti fil-kawża Yves Rocher. Għalhekk, Alexander Sergeevich Ermolenko huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
10. |
Irina Geroldovna KIM (Ирина Герольдовна КИМ) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kovrov City Court ta’ Vladimir Oblast Data tat-twelid: 14.8.1978 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Irina Geroldovna Kim hija mħallef tal-Kovrov City Court ta’ Vladimir Oblast. Mill-2022 hija kienet involuta direttament fil-ħolqien u ż-żamma ta’ kundizzjonijiet ta’ tortura għal Alexei Navalny billi ċaħdet ripetutament il-pretensjonijiet ta’ Alexei Navalny kontra l-kolonja penali IK-6 fir-rigward tat-trattament tiegħu, fejn kien qed jiskonta piena imposta b’riżultat ta’ prosekuzzjoni politikament motivata. Għalhekk, Irina Geroldovna Kim hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż it-tortura, u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
11. |
Kirill Sergeevich NIKIFOROV (Кирилл Сергеевич НИКИФОРОВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kovrov City Court ta’ Vladimir Oblast Data tat-twelid: 14.3.1992 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Kirill Sergeevich Nikiforov huwa mħallef tal-Kovrov City Court ta’ Vladimir Oblast. Mill-2022, huwa kien involut direttament fil-ħolqien u ż-żamma ta’ kundizzjonijiet ta’ tortura għal Alexei Navalny billi ċaħad ripetutament il-pretensjonijiet ta’ Alexei Navalny kontra l-kolonja penali IK-6 fir-rigward tat-trattament tiegħu, fejn kien qed jiskonta piena ta’ 12-il sena imposta b’riżultat ta’ prosekuzzjoni politikament motivata. Għalhekk, Kirill Sergeevich Nikiforov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż it-tortura, u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
12. |
Sergey Vladimirovich BLINOV (Сергей Владимирович БЛИНОВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Leninsky District Court ta’ Kirov Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Sergey Vladimirovich Blinov huwa mħallef tal-Leninsky District Court ta’ Kirov. Fl-2013, huwa ikkundanna lil Alexei Navalny għal 5 snin u lin-negozjant Pyotr Ofitserov għal 4 snin ħabs fuq akkużi ta’ miżapproprjazzjoni fil-proċess politikament motivat tal-’kawża Kirovles. Barra minn hekk, weħlu multa ta’ 500 000 rublu kull wieħed. Għalhekk, Sergey Vladimirovich Blinov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
13. |
Evgeny Vladimirovich BORISOV (Евгений Владимирович БОРИСОВ) |
Pożizzjoni: imħallef tan-Nikulinsky District Court ta’ Moska Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Evgeny Vladimirovich Borisov huwa mħallef tan-Nikulinsky District Court ta’ Moska. Fl-2015, huwa aċċetta l-pretensjoni tal-kumpanija Kirovles, biex tirkupra 16-il miljun rublu minn Alexei Navalny u żewġ konvenuti oħra fil-kawża politikament motivata “Kirovles”. Għalhekk, Evgeny Vladimirovich Borisov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
14. |
Tatyana Stanislavovna DODONOVA (Татьяна Станиславовна ДОДОНОВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Moscow City Court Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Tatyana Stanislavovna Dodonova hija mħallef tal-Moscow City Court. Fl-2014 irrikonnoxiet bħala legali d-deċiżjoni li Alexei Navalny jitpoġġa f’detenzjoni domiċiljari fil-kawża “Yves Rocher”. Kienet involuta sistematikament f’kawżi kontra ċittadini tal-Federazzjoni Russa li opponew ir-reġim politiku fir-Russja billi kkundannat lil persuni arrestati b’rabta mal-Protesti f’Moska tal-2019. Għalhekk, Tatyana Stanislavovna Dodonova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, billi kisret il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
15. |
Elena Sergeevna ASTAKHOVA (Елена Сергеевна АСТАХОВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Golovinsky District Court ta’ Moska Data tat-twelid: 30.3.1978 Nazzjonalità: Russa Sess: mara Nru tal-Identifikazzjoni 45 01 525454 Numru Personali tal-Identifikazzjoni tal-Kontribwent (ИНН): 7703204586 |
Bħala mħallef tal-Golovinsky District Court ta’ Moska, Elena Sergeevna Astakhova kkundannat lil Oleg Orlov, difensur tad-drittijiet tal-bniedem prominenti u kopresident ta’ “Memorial”, għal sentejn u sitt xhur f’kolonja b’reġim ġenerali fuq akkużi politikament motivati, talli tkellem kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Oleg Orlov, li għandu 70 sena, huwa wieħed mid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem mill-aktar rispettati u li ilu jagħmel dan ix-xogħol fir-Russja, wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni Memorial Human Rights Defence Center (HRDC “Memorial”) li rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi fl-2022, li ġiet likwidata bħala parti mir-repressjoni sistematika u fuq skala kbira tal-libertajiet tal-espressjoni, l-għaqda paċifika u l-assoċjazzjoni fir-Russja. Oleg Orlov ġie akkużat u kkundannat li allegatament “skredita” l-armata Russa wara li ppubblika artiklu ta’ opinjoni fil-media Franċiża kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, Elena Sergeevna Astakhova hija responsabbli għal ksur serju ta’ drittijiet tal-bniedem fir-Russja billi kisret il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
16. |
Olesya Yurievna VOROBYOVA (Олеся Юрьевна ВОРОБЬЕВА) |
Pożizzjoni: Prosekutur tal-Istat Data tat-Twelid: 4.6.1981 |
Bħala prosekutur fil-kawża politikament motivata kontra d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem prominenti Oleg Orlov, Olesya Yurievna Vorobyova talbet li Oleg Orlov jiġi kkundannat sentejn u ħdax-il xahar ħabs, filwaqt li argumentat li l-artiklu ta’ Orlov kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kien immotivat minn “ostilità ideoloġika u mibegħda” Oleg Orlov, li għandu 70 sena, huwa wieħed mid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem mill-aktar rispettati u li ilu jagħmel dan ix-xogħol fir-Russja, wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni Memorial Human Rights Defence Center (HRDC “Memorial”) li rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi fl-2022, li ġiet likwidata bħala parti mir-repressjoni sistematika u fuq skala kbira tal-libertajiet tal-espressjoni, l-għaqda paċifika u l-assoċjazzjoni fir-Russja. Oleg Orlov ġie akkużat u kkundannat li allegatament “skredita” l-armata Russa wara li ppubblika artiklu ta’ opinjoni fil-midja Franċiża kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, Olesya YurievnaVorobyova hija responsabbli għal ksur serju ta’ drittijiet tal-bniedem fir-Russja billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
17. |
Ilya Andreevich SAVCHENKO (Илья Андреевич САВЧЕНКО) |
Pożizzjoni: Investigatur fl-Investigative Department of Tver (Investigative Committee of the Russian Federation) Data tat-twelid: 18.6.1997 Post tat-twelid: Rtishchevo – Saratov Region, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Bħala investigatur fl-Investigative Committee tar-Russian Federation, Ilya Andreevich Savchenko ġie assenjat il-każ ta’ Oleg Orlov u kkontribwixxa biex Orlov ġie akkużat minħabba l-pubblikazzjoni ta’ artiklu ta’ opinjoni kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Ilya Andreevich Savchenko stabbilixxa li Orlov kien ippubblika l-artiklu ggwidat minn “ostilità ideoloġika kontra l-valuri spiritwali, morali u patrijottiċi Russi tradizzjonali” u minn mibegħda kontra l-grupp soċjali “Russian militaries”. Għaldaqstant, l-investigatur Ilya Andreevich Savchenko huwa responsabbli għal ksur serju ta’ drittijiet tal-bniedem fir-Russja billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
18. |
Oksana Vasilyevna DEMYASHEVA (Оксана Васильевна ДЕМЯШЕВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Vasileostrovsky District Court of Saint Petersburg Data tat-twelid: 10.3.1980 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Bħala mħallef tal-Vasileostrovsky District Court ta’ Saint Petersburg, Oksana Vasilyevna Demyasheva kkundanat lil Alexandra Skochilenko, artista, għal seba’ snin ħabs fuq akkużi politikament motivati talli xerrdet hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Skochilenko ġiet arrestata talli ssostitwiet tikketti tal-prezzijiet ġewwa supermarket bi stickers kontra l-gwerra. Saret waħda mill-ewwel persuni akkużati taħt il-liġi kriminali li kienet għadha kif ġiet adottata li tipprojbixxi hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa, u l-proċess tagħha attira attenzjoni kbira mill-pubbliku minħabba l-pressjoni mingħajr preċedent li Skochilenko esperjenzat mill-amministrazzjoni tal-ħabs, l-imħallef, u l-prosekuzzjoni. Għaldaqstant, Oksana Vasilyevna Demyasheva hija responsabbli għal ksur serju ta’ drittijiet tal-bniedem fir-Russja billi kisret il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
19. |
Alexander Yurievich GLADYSHEV (Александр Юрьевич ГЛАДЫШЕВ) |
Pożizzjoni: Prosekutur fid-Department of State Prosecutors / Saint Petersburg Prosecutor’s Office Data tat-twelid: 28.10.1994 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Bħala prosekutur fil-Prosector’s Office f’Saint Petersburg, Alexander Yurievich Gladyshev talab tmien snin ħabs għal Alexandra Skochilenko, artista, fuq akkużi politikament motivati ta’ tixrid ta’ “aħbarijiet foloz” dwar l-armata, wara li ġiet arrestata talli ssostitwiet tikketti tal-prezzijiet ġewwa supermarket bi stickers kontra l-gwerra. Skochilenko saret waħda mill-ewwel persuni akkużati taħt il-liġi kriminali li kienet għadha kif ġiet adottata li tipprojbixxi hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa, u l-proċess tagħha attira attenzjoni kbira mill-pubbliku minħabba l-pressjoni mingħajr preċedent li Skochilenko esperjenzat mill-amministrazzjoni tal-ħabs, l-imħallef, u l-prosekuzzjoni. Għaldaqstant, Alexander Yurievich Gladyshev huwa responsabbli għal ksur serju ta’ drittijiet tal-bniedem fir-Russja billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
20. |
Olesya Anatoleyevna MENDELEYEVA (Олеся Анатольевна МЕНДЕЛЕЕВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Meshchansky Court ta' Moska Data tat-twelid: 18.4.1981 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Olesya Mendeleyeva hija mħallef tal-Meshchansky Court ta' Moska. Hija kkundannat lil Alexei Gorinov, attivist lokali u deputat muniċipali, għal 7 snin priġunerija fuq akkużi politikament motivati skont l-Artikolu 207.1 tal-Kodiċi Kriminali tal-Federazzjoni Russa dwar it-tixrid ta' informazzjoni deliberatament falza dwar l-azzjonijiet tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Il-bażi għas-sentenza kienet l-opinjoni ta' Gorinov espressa matul laqgħa tal-Kunsill tad-Deputati tad-distrett muniċipali ta' Krasnoselsky li kompetizzjoni tat-tpinġija tat-tfal wara l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna dehret qisha “festa matul il-pesta”. Il-proċess kien rapidu u, skont esperti indipendenti, serva bħala għodda ta' intimidazzjoni għal ċittadini dissidenti Russi oħra. Din is-sentenza kienet waħda mill-ewwel sentenzi mhux sospiża ta' priġunerija imposti minn imħallef Russu skont l-Artikolu 207.1. Matul il-proċess, l-Imħallef Mendeleyeva regolarment żammet mal-prosekuzzjoni u rrifjutat kważi t-talbiet kollha tad-difiża u tal-akkużat, inkluż talba li jinħeles mill-kustodja minħabba kundizzjoni tas-saħħa li kienet qed tiddeterjora. L-Imħallef Mendeleyeva ssodisfat bis-sħiħ it-talbiet tal-prosekuzzjoni u kkundannat lil Gorinov għal 7 snin priġunerija għal azzjoni mhux vjolenti. Dik il-priġunerija wasslet għal deterjorament sinifikanti tal-kundizzjoni tas-saħħa tiegħu ġewwa kolonja penali u b’kura medika inadegwata. Għalhekk, Olesya Mendeleyeva hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u għalattivitajiet li jimminaw serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
21. |
Olga Vladimirovna BALANDINA (Ольга Владимировна БАЛАНДИНА) |
Pożizzjoni: Imħallef tas-Sovetsky City Court ta' Kaliningrad Oblast Data tat-twelid: 5.6.1979 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Olga Balandina hija mħallef tas-Sovetsky City Court ta' Kaliningrad Oblast. Hija kkundannat lil Igor Baryshnikov, attivist lokali, għal 7,5 snin priġunerija fuq akkużi politikament motivati, skont l-Artikolu 207.1 tal-Kodiċi Kriminali tal-Federazzjoni Russa, talli ppubblika posts dwar il-bumbardament mir-Russja ta' Mariupol u dwar l-atroċitajiet f'Bucha. Matul il-proċess, minkejja li tabib kuranti xehed taħt ġurament li l-priġunerija tista' tkun fatali għal Baryshnikov minħabba ċistotomija u kateter fl-addome tiegħu, l-imħallef rrifjutat li jitwettaq eżami forensiku tas-saħħa tal-akkużat. Konsegwentement, il-priġunerija wasslet għal trattament inadegwat fil-kolonja penali u għad-deterjorament tal-kundizzjoni tas-saħħa ta’ Igor Baryshnikov. L-imħallef rrifjutat ukoll li tħalli lil Igor Baryshnikov jattendi l-funeral ta' ommu meta mietet xahar u nofs wara li ngħatat is-sentenza. Għalhekk, Olga Balandina hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jimminaw serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
22. |
Svetlana Fyodorovna ZHURAVLOVA (Светлана Фёдоровна ЖУРАВЛЁВА) |
Pożizzjoni: Assistent ta' Livell Għoli tal-Meshchansky Interdistrict Prosecutor's Office Data tat-twelid: 8.7.1988 Nazzjonalità: Russa Indirizz: 1 Krasnoselsky per. 5/14, 107140 Moscow |
Svetlana Zhuravlova hija Assistent ta' Livell Għoli tal-Meshchansky Interdistrict Prosecutor's Office. Hija kienet il-prosekutur fil-proċess ta' Alexei Gorinov. Is-Sur Gorinov huwa attivist lokali u deputat muniċipali, li ġieikkundannat għal 7 snin priġunerija fuq akkużi politikament motivati skont l-Artikolu 207.1 tal-Kodiċi Kriminali tal-Federazzjoni Russa dwar tixrid ta' informazzjoni deliberatament falza dwar l-azzjonijiet tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Il-bażi għas-sentenza kienet l-opinjoni tas-Sur Gorinov espressa matul laqgħa tal-Kunsill tad-Deputati tad-distrett muniċipali ta' Krasnoselsky li kompetizzjoni tat-tpinġija tat-tfal wara l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna dehret qisha “festa matul il-pesta”. Il-proċess kien rapidu u, skont esperti indipendenti, serva bħala għodda ta' intimidazzjoni għal ċittadini dissidenti Russi oħra. Din is-sentenza kienet waħda mill-ewwel sentenzi mhux sospiża ta 'priġunerija imposti minn imħallef Russu skont l-Artikolu 207.1. Il-prosekutur Zhuravlova opponiet it-talbiet kollha tad-difiża li setgħu jtejbu s-sitwazzjoni tal-imputat jew jiċċaraw is-sitwazzjoni legali, inkluż talba biex is-Sur Gorinov jinħeles mill-gaġġa tal-ħġieġ fejn li fiha kellu jibqa' matul il-proċess, talba biex jinħeles mill-kustodja minħabba kundizzjoni tas-saħħa li qed kienet qed tiddeterjora u talba biex jiġi determinat jekk l-Artikolu 207.1 huwiex konformi mal-kostituzzjoni Russa. L-imħallef qabel mal-Prosekutur Zhuravlova dwar it-talbiet kollha msemija hawn fuq. Il-Prosekutur Zhuravlova talbet li l-qorti tikkundanna lis-Sur Gorinov għal 7 snin priġunerija għal azzjoni mhux vjolenti, u din it-talba ġiet issodisfatta bis-sħiħ mill-imħallef. Dik il-priġunerija wasslet għad-deterjorament sinifikanti tal-kundizzjoni tas-saħħa tiegħu fil-kolonja penali u b’kura medika inadegwata. Għalhekk, Svetlana Zhuravlova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, u għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u għall-attivitajiet li jimminaw serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
23. |
(Alexey Sergeyevich KHARLAMOV (Алексей Сергеевич ХАРЛАМОВ) |
Pożizzjoni: President tal-Moscow Regional Court Data tat-twelid: 25.1.1975 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Alexey Kharlamov huwa l-President tal-Moscow Regional Court, li qabel kien imħallef tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa u membru tal-Presidju tas-Supreme Court. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala membru tal-Presidju tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa, f'April 2018, huwa kkonferma l-verdett kontra l-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny u ħuh Oleg fil-kawża Yves Rocher, minkejja li, f'Ottubru 2017, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li r-Russja kienet kisret id-dritt ta' proċess ġust tal-aħwa Navalny u ta' piena bbażata unikament fuq il-liġi. Konsegwentement, Alexei Navalny instab ħati u, b'riżultat ta' dan,snin wara ġie inkarċerat f'kolonja penali ta' sigurtà għolja sabiex ma jkunx jista' jieħu sehemf'attivitajiet politiċi. Għalhekk, Alexey Kharlamov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
24. |
Tatiana Alexandrovna MOLITVINA (Татьяна Александровна МОЛИТВИНА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Moscow City Court Data tat-twelid: 28.3.1987 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Tatiana Molitvina hija mħallef tal-Moscow City Court. Qabel il-ħatra tagħhafil-pożizzjoni preżenti tagħha, kienet imħallef tat-Tverskoy District Court fil-belt ta' Moska. Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tat-Tverskoy District Court fil-belt ta' Moska, hija rrifjutat li taċċetta talba kontra l-Prosekutur Ġenerali, Yuri Chaika, u l-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, imressqa minn Alexei Navalny u l-Anti-Corruption Foundation. It-talba tas-Sur Navalny kienet waħda minn diversi tentattivi biex Yuri Chaika jiġi mħarrek għal malafama wara l-ħruġ ta' film investigattiv mill-Anti-Corruption Foundation tas-Sur Navalny li akkuża lill-membri tal-familja ta' Chaika b'involviment f'attivitajiet illegali. Għalhekk, Tatiana Molitvina hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż li kisret il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
25. |
Tatiana Anatolevna PETROVA (Татьяна Анатольевна ПЕТРОВА) |
Pożizzjoni: Viċi President tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa Data tat-twelid: 27.7.1961 Post tat-twelid: Sychevka, Smolensk region Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Tatiana Petrova hija l-Viċi President tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa. Fil-pożizzjoni tagħha bħala membru tal-Presidju tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa, f'April 2018, hija kkonfermat il-verdett kontra l-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny u ħuh Oleg fil-kawża Yves Rocher, minkejja li, f'Ottubru 2017, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li r-Russja kienet kisret id-dritt ta' proċess u piena ġusti tal-aħwa Navalny. Konsegwentement, Alexei Navalny instab ħati u, b'riżultat ta' dan, snin wara ġie inkarċerat f'kolonja penali ta' sigurtà għolja sabiex ma jkunx jista' jieħu sehem f'attivitjiet politiċi. Għalhekk, Tatiana Petrova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
26. |
Sergei Vladimirovich BOGDANOV (Сергей Владимирович БОГДАНОВ) |
Pożizzjoni: Prosekutur tal-Istat ta' Kirov oblast Data tat-twelid: Probabbli 1973 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Sergei Bogdanov huwa Prosekutur tal-Istat ta' Kirov oblast, ir-Russja. Huwa rrappreżenta l-uffiċċju tal-prosekutur tal-istat f'diversi seduti tal-qorti kontra Alexei Navalny u Pyotr Ofitserov fil-kawża Kirovles. F'Lulju 2013, huwa talab 6 snin priġunerija f'kolonja penali tar-reġim ġenerali għas-Sur Navalny u 5 snin priġunerija għas-Sur Ofitserov. Barra minn hekk, il-prosekuzzjoni tal-istat imponiet piena addizzjonali fuq l-akkużati ta’ multa ta 'miljun rublu kull wieħed. F'Diċembru 2016, il-prosekutur tal-istat, is-Sur Bogdanov ippreżenta “akkuża simili” għal dik ippreżentata fl-2013. Dan ġara minkejja l-fatt li wara d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB), is-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa annullat is-sentenzi kontra s-Sur Navalny u s-Sur Ofitserov u bagħtet il-każ lura għal proċess ġdid. Fi Frar 2017, fil-proċess ġdid tal-kawża Kirovles, il-Prosekutur Bogdanov għamel diskors simili għal dak li għamel fl-2013 u żied biss kumment dwar id-deċiżjonijiet tal-QEDB u tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa li jannullaw is-sentenzi tas-Sur Navalny u s-Sur Ofitserov. Fl-opinjoni tiegħu, ir-referenza għal dawn id-deċiżjonijiet ma kellha l-ebda bażi legali, peress li kien qed isir proċess indipendenti, u l-verdett tal-QEDB ma kellu l-ebda forza predeterminata. B’riżultat ta' dan, il-qorti sabet lis-Sur Navalny u s-Sur Ofitserov ħatja u kkundannathom għal perjodu ta' probation ta' ħames snin u erba' snin rispettivament u multa ta' 500 000 rublu kull wieħed. Għalhekk, Sergey Bogdanov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
27. |
Ekaterina Sergeevna FROLOVA (Екатерина Сергеевна ФРОЛОВА) |
Pożizzjoni: Prosekutur tal-Istat fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali Data tat-twelid: Madwar l-1988 Nazzjonalità: Russa Sess: mara Entitajiet assoċjati: Criminal Justice Department tal-Moscow Prosecutor's Office |
Ekaterina Frolova hija prosekutur tal-istat fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali. Fl-2020, ġiet promossa mid-Distrett Amministrattiv Ċentrali għal prosekutur tal-Criminal Justice Department tal-Moscow Prosecutor's Office. F'dik il-pożizzjoni, hija aġixxiet bħala l-prosekutur f'diversi proċeduri kontra Alexei Navalny. Fi Frar 2021, hija appoġġat fil-qorti s-sostituzzjoni tas-sentenza sospiża ta' Alexei Navalny b'terminu ta' priġunerija reali fil-kawża Yves Rocher, minkejja li kien qed jirċievi l-kura fil-klinika Charité, l-iskadenza tal-perjodu ta' probation tiegħu u s-sentenzatal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem . Fl-istess xahar, hija talbet lill-qorti biex issib lis-Sur Navalny ħati ta' malafama kontra l-veteran tat-Tieni Gwerra Dinjija Ignat Artemenko. Wara l-parteċipazzjoni tagħha fil-proċess ta' Navalny, Ekaterina Frolova ġiet promossa għal prosekutur tal-istat fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali. Għalhekk, Ekaterina Frolova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
28. |
Mikhail Yurevich KAZAKOV (Михаил Юрьевич КАЗАКОВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Moscow City Court Data tat-twelid: 9.2.1976 Nazzjonalità: Russa Sess: Raġel Entitajiet assoċjati: Moscow City Court |
Mikhail Kazakov huwa mħallef Russu fil-Moscow City Court. Fil-proċedimenti biex l-Anti-Corruption Foundation, l-entità legali tagħha, il- Foundation for the Protection of Citizens’ Rights (Fondazzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet taċ-Ċittadini), u l-kwartieri ġenerali ta' Navalny jiġu kklassifikati bħala organizzazzjonijiet estremisti, huwa kklassifika l-materjali fil-kawża, u pprevjena l-aċċess għalihom minn Alexei Navalny u l-avukati tiegħu. F'Diċembru 2021, is-Sur Kazakov ddeċieda li jillikwida l-Memorial Human Rights Center u l-unitajiet strutturali tiegħu. Għalhekk, Mikhail Kazakov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta' assoċjazzjoni u ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
29. |
Alexander Alexandrovich KEMEROV (Александр Александрович КЕМЕРОВ) |
Pożizzjoni: Investigatur fl-Investigative Committee tal-Federazzjoni Russa għall-Kemerovo region Data tat-twelid: 27.9.1984 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Alexander Kemerov huwa Investigatur fl-Investigative Committee tal-Federazzjoni Russa għall-Kemerovo region - Kuzbass. F’dik il-pożizzjoni, kien involut fil-fabbrikazzjoni tal-“kawża ta' estremiżmu” kontra s-sostenituri ta' Alexei Navalny, inkluż Vadim Ostanin, l-eks kap tal-kwartieri ġenerali ta' Navalny f'Barnaul, kif ukoll il-kawża ffabbrikata ta' frodi kontra Alexei Navalny nnifsu. Is-Sur Kemerov għamel pressjoni fuq l-eks impjegat tal-Fondazzjoni Kontra l-Korruzzjoni ta' Navalny, Fyodor Gorozhanko, biex jixhed kontra Alexei Navalny sabiex jinkriminah. Għalhekk, Alexander Kemerov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji. Huwa responsabbli wkoll għal ksur jew abbużi tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
30. |
Valentin Valentinovich ERSHOV (Валентин Валентинович ЕРШОВ) |
Pożizzjoni: Viċi President tal-Moscow Regional Court Data tat-twelid: 8.4.1985 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Valentin Ershov huwa Viċi President tal-Moscow Regional Court. Fil-passat, kellu l-pożizzjoni ta' mħallef tal-Presnensky District Court ta' Moska, segwita mill-pożizzjoni ta’ mħallef tal-Moscow Regional Court. Fil-pożizzjoni tiegħu, fi proċediment politikament motivat, huwa rrifjuta li jipproċessa kawża mressqa minn Alexei Navalny u l-Anti-Corruption Foundation (Fundazzjoni kontra l-Korruzzjoni) kontra l-Prosekutur Ġenerali Yuri Chaika u l-bord editorjali tar-rivista elettronika “Ekho Moskvy” għall-protezzjoni tal-unur, id-dinjità u r-reputazzjoni tan-negozju. Għalhekk, Valentin Ershov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż il-ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
31. |
Ruslan Shavkyatovich NEVEROV (Руслан Шавкатович НЕВЕРОВ) |
Pożizzjoni: Investigatur għal każijiet speċjalment importanti tal-ewwel dipartiment taż-żona ta' kontroll tad-dipartiment tal-kontroll proċedurali u l-kriminalistiċi tal-Main Military Investigative Department tal-Investigative Committee, kurunell tal-ġustizzja Data tat-twelid: 22.6.1979 Nazzjonalità: Russa Numru tat-telefown: +7-905-503-1997 |
Ruslan Neverov huwa l-investigatur għal każijiet speċjalment importanti tal-ewwel dipartiment taż-żona ta' kontroll tad-dipartiment tal-kontroll proċedurali u l-kriminalistika tal-Main Military Investigative Department tal-Investigative Committee. Fil-pożizzjoni tiegħu, f'Marzu 2021 fil-proċediment fil-235th Garrison Military Court, huwa talab li jiġi miċħud ilment dwar in-nuqqas ta' azzjoni tal-Main Military Investigative Department tal-Investigative Committee rigward l-avvelenament ta' Alexei Navalny fl-2020 permezz tal-aġent nervin Novichok. Il-Qorti qablet li tirrifjuta t-talba lis-SurNavalny. Għalhekk, Ruslan Neverov huwa responsabbli għal ksur serju ta' drittijiet tal-bniedem fir-Russja inkluż il ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
32. |
Elena Alekseevna KOROBKOVA (Елена Алексеевна КОРОБКОВА) |
Pożizzjoni: Kap tad-Department for the Execution of Sentences not Related to the Isolation of Convicts from Society Data tat-twelid: 4.10.1970 Sess: mara Numru tat-telefown: + 7-916-456-3230 |
Elena Korobkova hija l-kap tad-Department for the Execution of Sentences not Related to the Isolation of Convicts from Society. Fl-2020, il-mexxej tal-oppożizzjoni Russu u attivist kontra l-korruzzjoni Alexei Navalny kien avvelenat bl-aġent nervin Novichok u b'riżultat ta' dan ġie rikoverat l-isptar f'kundizzjoni serjaBerlin, il-Ġermanja. Minħabba l-kundizzjoni tiegħu, ma setax jattendi għall-ispezzjoni ordnata mis-Servizz Penitenzjarju Federali (FSIN) tal-Federazzjoni Russa. Wara dak l-avveniment, fid-29 ta' Diċembru 2020, l-Ispettorat Penitenzjarju tas-Servizz Penitenzjarju tar-Russju f'Moska ressaq sottomissjoni lill-qorti biex is-sentenza sospiża tas-Sur Navalny tiġi kkanċellata u li tiġi eżegwita l-piena imposta mill-qorti. Elena Korobkova, bħala rappreżentant ta' FSIN, talbet li s-sentenza sospiża tal-attivist tal-oppożitur tiġi mibdula f'waħda ta’ kustoja. Għalhekk, Elena Korobkova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
33. |
Margarita Nikolaevna KOTOVA (Маргарита Николаевна КОТОВА) |
Pożizzjoni: Mħallef tal-Moscow City Court; eks Imħallef tal-Lefortovsky District Court ta' Moska Data tat-twelid: 25.6.1984 Nazzjonalità: Russa Sess: mara Indirizz: Severodvinskaya Street, 11 Bldg. 1, Moscow, Russia, 127224 ITN: 771508948129 Numru tat-telefown: + 7-926-288-0049 |
Margarita Kotova hija mħallef tal-Moscow City Court. Kienet imħallef tal-Lefortovsky District Court ta' Moska sal-2022. Fil-kapaċità preċedenti tagħha, l-Imħallef Margarita Kotova sabet lil Alexei Navalny ħati f'qorti ġewwa l-ħabs ta' sigurtà massima f'Pokrov, 100 km fil-lvant ta' Moska fejn diġà kien qed iservi sentenza ta' sentejn u nofs talli kiser ir-rilaxx kundizzjonali waqt li kien qed jirkupra mill-avvelenament. Hija kkundannat lil Alexei Navalny għal disa' snin priġunerija f'kolonja ta' sigurtà massima b'multa ta' 1,2 miljun RUB f'kawża fażulla ta' frodi u disprezz lejn il-qorti. Alexei Navalny kien akkużat ukoll bi frodi b’rabta ma’ donazzjonijiet u li insulta mħallef. Hija estendiet ukoll l-arrest preventiv għal raġel b’motivi foloz minħabba l-fehmiet tiegħu favur l-Ukrajna bi ksur tad-drittijiet ta' difiża tiegħu. Għalhekk, Margarita Kotova hija responsabbli għal ksur serju tad-dritt tad-difiża u tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni,għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
34. |
Nadezhda Viktorovna TIKHONOVA (Надежда Викторовна ТИХОНОВА) |
Pożizzjoni: prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Federazzjoni Russa Data tat-twelid: 23.9.1974 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Nadezhda Tikhonova hija prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Federazzjoni Russa. Nadezhda Tikhonova talbet lill-qorti biex issib lil Alexei Navalny ħati u biex jiġi kkundannat għal 13-il sena priġunerijau sentejn ta' restrizzjoni tal-libertà, b'multa ta' 1,2 miljun RUB f'kawża fażulla ta' frodi talli ġabar donazzjonijiet għall-ħidma tal-Anti-Corruption Foundation, u talli wera disprezz lejn il-qorti. Għalhekk, Nadezhda Tikhonova hija responsabbli għal ksur serju tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
35. |
Viktor Vladimirovich ROGOV (Виктор Владимирович РОГОВ) |
Pożizzjoni: Imħallef fl-Ewwel Qorti tal-Appell tal-Ġuriżdizzjoni Ġenerali Data tat-twelid: 26.5.1965 Numru tat-telefown: + 7-919-075-0024 |
Viktor Rogov huwa mħallef fl-Ewwel Qorti tal-Appell tal-Ġuriżdizzjoni Ġenerali. Huwa kkonferma s-sentenzi kontra l-politiku Alexei Navalny u Daniel Kholodny, direttur tekniku tal-kanal YouTube “Navalny LIVE” . Il-Moscow City Court sabet lis-Sur Navalny ħati talli ħoloq NGO li tinterferixxi fid-drittijiet taċ-ċittadini, talli ffinanzja l-estremiżju, talli ħalaq komunità estremisti li tinvolvi minuri fit-twettiq ta' atti perikolużi, u talli irriabilita n-Naziżmu. Is-Sur Navalny kien kkundannatu għal 19-il sena priġunerija f'kolonja b'reġim speċjali u ingħata multa ta' 500 000 rRUB. Is-Sur Kholodny nstab ħati ta' finanzjament ta' attivitajiet estremisti u l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' organizzazzjoni estremista u ġie kkundannat għal 8 snin priġunerija f'kolonja b'reġim ġenerali. Wara li semgħu s-sentenza, is-Sur Navalny u s-Sur Kholodny appellaw mid-deċiżjoni tal-qorti fl-Ewwel Qorti tal-Appell f'Moska fejn l-imħallef Rogov irrifjuta l-appell tagħhom u kkonferma d-deċiżjoni oriġinali. Is-Sur Rogov ikkonferma wkoll id-deċiżjoni li kkundannat lill-mexxej tal-oppożizzjoni Vladimir Kara-Murza għal 25 sena priġunerija f'kolonja penali ta' sigurtà massima għal akkużi ta' tradiment għoli, involviment fl-attivitajiet ta' grupp avvers, u għall-iskreditar tal-forzi armati tar-Russja. Għalhekk, Viktor ROGOV huwa responsabbli għal ksur tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
36. |
Denis Gennadievich POPOV (Денис Геннадьевич ПОПОВ) |
Pożizzjoni: Prosekutur tal-belt ta' Moska Data tat-twelid: 12.1.1972 Post tat-twelid: Sverdlovsk Nazzjonalità: Russa Sess: raġel TIN: 770970517335 |
Denis Popov huwa l-prosekutur tal-belt ta' Moska. Inħatar mill-President Putin fl-2019. Is-Sur Popov responsabbli għall-organizzazzjoni tal-prosekuzzjoni tal-istat ta' Alexei Navalny u mexxejja oħra tal-oppożizzjoni u attivisti politiċi f'Moska. Issorvelja direttament ir-rikonoxximent bħala strutturi estremisti tal-organizzazzjonijiet maħluqa minn Alexei Navalny biex jiffinanzja l-attivitajiet politiċi tiegħu. Għalhekk, Denis Popov huwa responsabbli għal ksur jew abbużu serju tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
37. |
Alina Vladimirovna IBRAGIMOVA (Елена Владимировна ИБРАГИМОВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kirovsky District Court ta' Saint Petersburg Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Bħala mħallef tal-Kirovsky District Court ta' Saint Petersburg, Alina Ibragimova kkundanat lil Olga Smirnova, perit u attivista politika, għal xahar priġunerija fuq akkużi politikament motivati talli xerrdet hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Olga Smirnova ġiet arrestata għall-pubblikazzjoni ta' informazzjoni kontra l-gwerra fuq il-media soċjali fi grupp VK. Għalhekk, Alina Ibragimova hija responsabbli għal ksur serju, tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
38. |
Olesya Igorevna KABOCHKINA (Олеся Игоревна КАБОЧКИНА) |
Pożizzjoni: Assistent Prosekutur tal-Kalininsky District of Saint-Petersburg Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Bħala assistent prosekutur tal-Kalininsky District of Saint-Petersburg, Olesya Kabochkina talbet għal sentenza ta' 7 snin priġunerijagħal Ioann Kurmoyarov, blogger u qassis, fuq akkużi politikament motivati għat-tixrid ta' hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Ioann Kurmoyarov ġie arrestat għall-pubblikazzjoni ta' kontenut vidjo fuq pjattaformi ta’ media soċjali differenti, fejn ikkritika l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna minn lenti Kristjana paċifista u Ortodossa teoloġika. Olesya Kabochkina taħdem ukoll bħala prosekutur fil-kawża ta' Evgenu Bestuzhev, li ġie arrestat għat-tixrid ta' hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Għalhekk, Olesya Kabochkina hija responsabbli għal ksur serju, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
39. |
Ulyana Andreyevna KALUGINA (Ульяна Андреевна КАЛУГИНА) |
Pożizzjoni: Viċi prosekutur tal-Kalininsky District of Saint-Petersburg Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Bħala viċi prosekutur tal-Kalininsky District of Saint-Petersburg, Ulyana Kalugina talbet għal miżuri mediċi obbligatorji għal Viktoria Petrova, maniġer, fuq akkużi politikament motivati għat-tixrid ta' hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Is-Sa Petrova ġiet arrestata għall-kondiviżjoni ta' filmati YouTube kontra l-gwerra bħal materjal minn Maksim Kants, Aleksanrd Nevzorov u l-president Ukren Zelensky fuq il-paġna VK tagħha. Ulyana Kalugina aġixxiet ukoll bħala prosekutur fil-bidu tal-kawża ta' Ioann Kurmoyarov, billi talbet għal sentenza ta’ priġunerija għat-tixrid ta' hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Għalhekk, Ulyana Kalugina hija responsabbli għal ksur serju tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għarr-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
40. |
Dmitry Alekseyevich MIHAILOV (Дмитрий Алексеевич МИХАЙЛОВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Qorti Suprema tar-Repubblika ta' Karelja Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Bħala mħallef tal-Qorti Suprema tar-Repubblika ta' Karelja f'Pterozavodsk, Dmitry Mihailov ikkundanna lil Sergey Drugov, blogger u attivist għal sentejn xogħol furzat fuq akkużi politikament motivati għall-hekk imsejħa “riabilitazzjoni tan-Naziżmu”. Drugov ġie arrestat talli ppowstja mill-ġdid informazzjoni kontra l-gwerra fuq il-kanal Telegram tiegħu, li kien segwit minn madwar 67 persuna. Għalhekk, Dmitry Mihailov huwa responsabbli għal ksur serju, tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
41. |
Natalya Vladimirovna PETROVA (Наталья Владимировна ПЕТРОВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kirovsky District Court ta' Saint Petersburg Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Bħala mħallef tal-Kirovsky District Court ta' Saint Petersburg, Natalya Petrova kkundanat lil Olga Smirnova, perit u attivista politika, għal 6 snin priġunerijafuq akkużi politikament motivati talli xerrdet hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Olga Smirnova ġiet arrestata għall-pubblikazzjoni ta' informazzjoni kontra l-gwerra fuq il-media soċjali fi grupp VK. Għalhekk, Natalya Petrova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
42. |
Gennadi Yuvinaliyevich PILEHIN (Геннадий Ювиналиевич ПИЛЕХИН) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kalininsky District Court ta' Saint Petersburg Data tat-twelid: 11.8.1972 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Indirizz: st. Vosstaniya, 17, St. Petersburg, Russia, 191036 Apartment 2 |
Bħala mħallef tal-Kalininsky District Court ta' Saint Petersburg, Gennadi Pilehin kkundana lil Alexandra Skochilenko, maniġer, għal miżuri mediċi obbligatorji fuq akkużi politikament motivati talli xerrdet hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Is-Sa Petrova ġiet arrestata għall-kondiviżjoni ta' filmati YouTube kontra l-gwerra bħal materjal minn Maksim Kants, Aleksanrd Nevzorov u l-president Ukren Zelensky fuq il-paġna VK tagħha. Għalhekk, Gennadi Pilehin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
43. |
Ekaterina Feliksovna TIAMINA (Екатерина Феликсовна ТЯМИНА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kalininsky District Court ta' Saint Petersburg Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Bħala mħallef tal-Kalininsky District Court ta' Saint Petersburg, Ekaterina Tiamina kkundanat lil Ioann Kurmoyarov, blogger u qassis, għal tliet snin priġunerija fuq akkużi politikament motivati talli xerred hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Ioann Kurmoyarov ġie arrestat għall-pubblikazzjoni ta' kontenut vidjo fuq pjattaformi ta’ media soċjali differenti, fejn ikkritika l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna minn lenti Kristjana paċifista u Ortodossa teoloġika. Ekaterina Tiamina estendiet ukoll il-priġunerija ta' Vikrotia Petrova, maniġer, fuq akkużi politikament motivati għat-tixrid ta' hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Is-Sa Petrova ġiet arrestata għall-kondiviżjoni ta' filmati YouTube kontra l-gwerra bħal materjal minn Maksim Kants, Aleksanrd Nevzorov u l-president Ukren Zelensky fuq il-paġna VK tagħha personali. Għalhekk, Ekaterina Tiamina hija responsabbli għal ksur serju, tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
44. |
Vyacheslav Vasilyevich VITUKHIN (Вячеслав Васильевич ВИТУХИН) |
Pożizzjoni: Prosekutur tal-Uffiċċju tal-Prosekutur f'Petrozavodsk, Republic of Karelia Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Bħala prosekutur tal-Uffiċċju tal-Prosekutur f'Petrozavodsk, Republic of Karelia, Vyacheslav Vitujkhin talab għal sentenza ta' sentejn ta' priġunerija għal Sergey Drugov, blogger u attivist, fuq akkużi politikament motivati għall-hekk imsejħa “riabilitazzjoni tan-Naziżmu”. Drugov ġie arrestat talli ppowstja mill-ġdid informazzjoni kontra l-gwerra fuq il-kanal Telegram tiegħu, li kien segwit minn madwar 67 persuna. Għalhekk, Vyacheslav Vitukhin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
45. |
Yulia Viacheslavovna SHILOVA (Юлия Вячеславовна ШИЛОВА) |
Pożizzjoni: Imħallef federali fil-Court district ta' Petushinsky fir-Russja Nazzjonalità: Russa Data tat-twelida: 28.9.1990 Post tat-twelid (belt, pajjiż): Tulaga, Gorkovskaya Oblast, USSR (Bħalissa: Nizhegorodskaya Oblast, Russian Federation) Sess: mara |
Yulia Shilova hija mħallef federali fil-Court district ta' Petushinsky fir-Russja. Inħatret fl-2022 b'digriet ta' Vladimir Putin. Yulia Shilova nħatret imħallef f'każ politikament motivat, jiġifieri l-proċess dwar it-tliet avukati tad-deċedut Alexei Navalny: V. Kobzev, I. Sergunin u A. Liptser. Dawk l-avukati ġew arrestati f'Ottubru 2023 waqt li l-proċessi kontra Alexei Navalny kienu għadhom għaddejjin. Il-proċedimenti tal-qrati kontra l-avukati saru bil-bibien magħluqa minn Settembru 2024 sa tard Diċembru 2024. Il-proċess kien ikkaratterizzat minn proċedimenti arbitrarji u inġusti awtorizzati minn Yulia Shilova, inkluż smigħ bil-bibien magħluqa, u t-teħid ta' deċiżjoni min-naħa tagħha li tikkundanna l-avukati tad-deċedut Alexei Navalny fuq raġunijiet arbitrarji. L-imħallef Yulia Shilova kkundannat arbitrarjament lit-tliet avukati ta' Alexei Navalnyu abbażi tal-allegati “attivitajiet estremisti” tagħhom. Għaldaqstant Yulia Shilova hija responsabbli għal ksur serju tad-dritt għal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni u d-dritt għal proċess ġust, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
46. |
Andrei Valerievich KATKOV (Андрей Валерьевич КАТКОВ) |
Pożizzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Prosekuturi tal-Istat tal-Vladimir Region Nazzjonalità: Russa Data tat-twelida: 28.8.1979 Post tat-twelid (belt, pajjiż): Mhux magħruf Sess: raġel |
Andrei Katkov huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Prosekuturi tal-Istat tal-Uffiċċju tal-Prosekuturi tal-Istat tal-Vladimir Region fir-Russja. Andrei Katkov kien il-prosekutur fil-kawża politikament motivata kontra t-tliet avukati tad-deċedut Aleksei Navalny: V. Kobzev, I. Sergunin u A. Liptser. L-avukati ġew arrestati f'Ottubru 2023, waqt li l-proċess kontra Navalny kien għadu għaddej. Il-proċedimenti tal-qrati kontra l-avukati saru bil-bibien magħluqa minn Settembru 2024 sa tard Diċembru 2024. Bħala Prosekutur tal-Istat, Andrei Katkov talab għall-itwal sentenzi għall-avukati abbażi ta' raġunijiet arbitrarji, filwaqt li bbaża l-affermazzjonijiet tiegħu fuq informazzjoni li tikser is-sigriet professjonali. Dawn l-akkużi kienu politikament motivati u ffukaw fuq il-“komunita estremista” li kienu jappartjenu għaliha l-avukati ta' Alexei Navalny, skont ir-raġunament ta' Andrei Katkov. Il-proċess kien ikkaratterizzat minn proċedimenti arbitrarji u inġusti u d-deċiżjoni li tikkundanna l-avukati tad-deċedut Alexei Navalny ittieħdet mill-imħallef maħtur fuq raġunijiet arbitrarji. Għaldaqstant Andrei Katkov huwa responsabbli għal ksur serju tad-dritt għal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni u d-dritt għal proċess ġust, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
47. |
Natalia Vladimirovna BORISENKOVA (Наталья Владимировна ВЛАДИМИРОВНА) |
Pożizzjoni: Imħallef u Viċi President tan-Nagatinsky District Court f'Moska Nazzjonalità: Russa Data tat-twelida: 12.8.1979 Post tat-twelid (belt, pajjiż): Mhux magħruf, Federazzjoni Russa Sess: mara |
Natalia Borisenkova hija mħallef u Viċi President tan-Nagatinsky District Court f'Moska, ir-Russja. Inħatret fl-2012 b'digriet tal-President Vladimir Putin. Natali Borisenkova kient l-imħallef maħtur f'kawża politikament motivata, jiġifieri l-proċess kontra erba' ġurnalisti, K. Gabov, S. Karelin, A. Kriger u A. Favorskaya, li kitbu dwar id-deċedut Alexei Navalny. Il-proċedimenti tal-qrati kontra l-ġurnalisti saru bil-bibien magħluqa minn Awwissu 2024 sal-15 ta' April 2025. L-imħallef Natalia Borisenkova kkundannat l-erba' ġurnalisti għal għal sentenzi ta’ priġunerija ta’ 5.5snin għall-allegat involviment tagħhom fi grupp “estremist”, jiġifieri l-Anti-Corruption Foundation (FBK) tad-deċedut Alexei Navalny. Il-proċess kien ikkaratterizzat minn proċedimenti arbitrarji u inġusti awtorizzati minn Natalia Borisenkova, bi smigħ isir bil-bibien magħluqa. Id-deċiżjoni li tikkundanna l-ġurnalisti saret minn Natalia Borisenkova abbażi ta' raġunijiet arbitrarji, billi invokat allegati “attivitajiet estremisti” li hija allegazzjoni użata b'mod estensiv fir-Russja kontra gruppi tal-oppożizzjoni. Għaldaqstant, Natalia Borisenkova hija responsabbli għal ksur serju tad-dritt għal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni u d-dritt għal proċess ġust, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
Β. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
FEDERAL PENITENTIARY SERVICE OF THE RUSSIAN FEDERATION (FSIN) ФЕДЕРАЛЬНАЯ СЛУЖБА ИСПОЛНЕНИЯ НАКАЗАНИЙ (ФСИН) (RU) |
Indirizz: Zhitnaya Street 14 Yakimanka District, Central Administrative Okrug, Moscow Sit web: http://www.fsin.su/eng |
Il-Federal Penitentiary Service of the Russian Federation (FSIN) huwa aġenzija federali taħt is-superviżjoni tal-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Russja. L-FSIN hija l-awtorità federali għad-detenzjoni ta’ persuni ssuspettati u kkundannati, is-sigurtà u ż-żamma tal-ħabsijiet fir-Russja, it-trasport ta’ priġunieri, u l-programmi ta’ riabilitazzjoni. Bħala tali, l-FSIN huwa l-awtorità ċentrali li timmaniġġja s-sistema tal-ħabsijiet Russa, magħruf għall-abbużi mifruxa u sistematiċi tiegħu kontra, u t-trattament ħażin ta’, priġunieri politiċi fir-Russja. Bħala aġenzija federali, l-FSIN huwa responsabbli għall-kolonji penali fejn inżamm il-politiku tal-oppożizzjoni Russa Alexei Navalny fuq akkużi politikament motivati u fejn eventwalment miet fis-16 ta’ Frar 2024. Matul l-inkarċerazzjoni tiegħu, Alexei Navalny soffra abbużi, inkluż permezz ta’ reklużjoni f’ċella ta’ kastig u trattament krudili, inuman u degradanti, li wassal għad-deterjorament serju ta’ saħħtu. Priġunieri politiċi oħrajn miżmuma fis-sistema tal-ħabsijiet Russa taħt kundizzjonijiet ħorox simili ta’ detenzjoni, huma sottomessi għal abbuż u trattament ħażin, bl-għan li jkissruhom fiżikament u psikoloġikament. FSIN huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż it-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. |
27.5.2024 |
( ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
( ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
( ) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
( ) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
( ) Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1).