02010A0204(01) — MT — 13.02.2020 — 006.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
FTEHIM MONETARJU bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan (ĠU C 028 4.2.2010, p. 13) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 174 |
24 |
4.7.2012 |
||
C 73 |
29 |
12.3.2014 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/767 tat-12 ta' Mejju 2015 |
L 120 |
58 |
13.5.2015 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/255 tat-23 ta' Frar 2016 |
L 47 |
10 |
24.2.2016 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/124 tal-24 ta' Jannar 2017 |
L 19 |
64 |
25.1.2017 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/495 tat-22 ta' Marzu 2018 |
L 81 |
77 |
23.3.2018 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/511 tas-26 ta' Marzu 2019 |
L 85 |
24 |
27.3.2019 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/109 tat-23 ta’ Jannar 2020 |
L 19 |
36 |
24.1.2020 |
FTEHIM MONETARJU
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan
2010/C 28/05
L-UNJONI EWROPEA, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Italja
u
L-ISTAT TAL-BELT TAL-VATIKAN, irrapreżentat mis-Santa Sede fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3 tat-Trattat Lateran,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta’ Jannar 1999, l-euro ħa post il-munita ta’ kull Stat Membru li pparteċipa fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, u fost dawn, l-Italja, b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998. |
(2) |
Qabel il-ħolqien tal-euro, l-Italja u l-Istat Belt tal-Vatikan kienu marbuta flimkien permezz ta’ ftehimiet bilaterali dwar kwistjonijiet monetarji, u b’mod partikolari l-Convenzione monetaria tra la Repubblica Italiana e lo Stato della Città del Vaticano, li ġiet konkluża fit-3 ta’ Diċembru 1991. |
(3) |
Id-Dikjarazzjoni Nru 6 annessa mal-Att Finali tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tgħid li l-Komunità għandha tiffaċilita l-innegozjar mill-ġdid tal-arranġamenti eżistenti mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan skont kif jista’ jkun meħtieġ b’konsegwenza tal-introduzzjoni tal-munita unika. |
(4) |
Il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mir-Repubblika tal-Italja b’assoċjazzjoni mal-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew, fid-29 ta’ Diċembru 2000 ikkonkludiet Ftehim Monetarju mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan. |
(5) |
Skont dan il-Ftehim Monetarju, l-Istat tal-Belt tal-Vatikan juża l-euro bħala l-munita uffiċjali tiegħu u jagħti status ta’ valuta legali lill-karti u l-muniti tal-euro. Għandu jiżgura li r-regoli tal-UE dwar il-karti u l-muniti tad-denominazzjoni tal-euro – inklużi dawk marbutin mal-ħarsien tiegħu kontra l-iffalsifikar – ikunu applikabbli fit-territorju tiegħu. |
(6) |
Dan il-ftehim ma jimponi ebda obbligu fuq il-BĊE u fuq il-Banek Ċentrali nazzjonali li jinkludu l-istrumenti finanzjarji tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan fil-lista(i) tat-titoli li huma eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ politika monetarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. |
(7) |
Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, tar-Repubblika tal-Italja, tal-Kummissjoni u tal-BĊE għandu jkun imwaqqaf biex jistudja l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim; biex jiddeċiedi dwar il-limitu tal-ħruġ tal-muniti; biex jistudja jekk huwiex biżżejjed il-proporzjon minimu ta’ muniti li jkunu se jinħarġu b’valur nominali; u biex jivvaluta l-miżuri li ttieħdu mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan biex jimplimenta l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. |
(8) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tkun il-korp ġudizzjarju inkarigat mis-soluzzjoni tat-tilwim li jista’ jinqala’ mill-applikazzjoni tal-Ftehim, |
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jkun intitolat li juża l-euro bħala munita uffiċjali tiegħu b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 1103/97 u (KE) Nru 974/98. L-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jagħti status ta’ valuta legali lill-karti u l-muniti tal-euro.
Artikolu 2
L-Istat tal-Belt tal-Vatikan ma għandux joħroġ xi karti, muniti jew sostituti tal-flus ta’ ebda tip sakemm il-kundizzjonijiet għal dan il-ħruġ ma jkunux miftehma mal-Unjoni Ewropea. Il-kundizzjonijiet biex jinħarġu l-muniti tal-euro mill-1 ta’ Jannar 2010 qegħdin stipulati fl-Artikoli li ġejjin.
Artikolu 3
1. Il-limitu annwali (f’terminu ta’ valur) għall-ħruġ tal-muniti tal-euro mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jiġi kkalkulat mill-Kumitat Konġunt imwaqqaf mill-ftehim preżenti bħala t-total ta’:
2. L-Istat tal-Belt tal-Vatikan jista’ wkoll joħroġ munita speċjali kommemorattiva u/jew muniti għall-kollezzjonisti fis-snin li fihom is-Santa Sede tkun vojta. Fil-każ li din il-ħarġa speċjali ttella’ l-ħruġ ġenerali ‘l fuq mil-limitu stipulat fil-paragrafu 1, il-valur ta’ din il-ħarġa jiġi meqjus għall-użu tal-parti li jkun fadal mil-limitu tas-sena ta’ qabel u/jew ikun imnaqqas mil-limitu tas-sena li tkun ġejja.
Artikolu 4
1. Il-muniti tal-euro maħruġin mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandhom ikunu identiċi għal dawk maħruġin mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li adottaw l-euro fejn jikkonċerna l-valur nominali, l-istatus ta’ valuta legali, il-karatteristiċi tekniċi, u artistiċi tal-wiċċ komuni u l-karatteristiċi artistiċi komuni tal-wiċċ nazzjonali.
2. L-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jikkomunika minn qabel l-abbozzi tal-uċuħ nazzjonali tal-muniti euro tiegħu lill-Kummissjoni, li trid tivverifika l-konformità tagħhom mar-regoli tal-UE.
Artikolu 5
1. Il-muniti tal-euro maħruġin mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandhom jiġu stampati mill-Istituto Poligrafico e Zecca dello Stato tar-Repubblika tal-Italja.
2. B’deroga għall-paragrafu 1, l-Istat tal-Belt tal-Vatikan jista jqabbad Zekka tal-UE biex tistampa l-muniti tal-euro flok dik imsemmija fil-paragrafu 1, bi qbil mal-Kumitat Konġunt.
Artikolu 6
1. B’konformità mal-Artikolu 128(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-volum tal-muniti tal-euro maħruġin mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jiżdied mal-volum tal-muniti maħruġin mill-Italja għall-għan tal-approvazzjoni tal-volum totali tal-ħruġ ta’ dak l-Istat Membru mill-BĊE.
2. L-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu javża lir-Repubblika tal-Italja, mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru ta’ kull sena, dwar il-volum u l-valur nominali tal-muniti tal-euro li jkun biħsiebu joħroġ fis-sena li tkun ġejja. Għandu javża wkoll lill-Kummissjoni dwar il-kundizzjonijiet ta’ ħruġ maħsubin għal dawn il-muniti.
3. L-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għas-sena 2010 mal-firma ta’ dan il-Ftehim.
4. Bla ħsara għall-ħruġ ta’ muniti għall-kollezzjonisti, l-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu joħroġ fiċ-ċirkolazzjoni b’valur nominali mill-inqas 51 % tal-muniti tal-euro maħruġin kull sena. Il-Kumitat Konġunt kull ħames snin għandu jeżamina jekk huwiex xieraq il-proporzjon minimu ta’ muniti li għandhom jiġu introdotti b’valur nominali u jista’ jiddeċiedi li jżidu.
Artikolu 7
1. L-Istat tal-Belt tal-Vatikan jista’ joħroġ il-muniti tal-euro għall-kollezzjonisti. Dawn għandhom ikunu inklużi mal-limitu annwali msemmi fl-Artikolu 3. Il-ħruġ ta’ muniti tal-euro għall-kollezzjonisti mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jsir skont il-linji gwida tal-UE stipulati għall-muniti tal-euro għall-kollezzjonisti, li, inter alia, jeħtieġu l-adozzjoni ta’ karatteristiċi tekniċi u artistiċi u denominazzjonijiet li juru d-differenza bejn il-muniti tal-euro maħruġin għall-kollezzjoni u l-muniti tal-euro li huma maħsubin għaċ-ċirkolazzjoni.
2. Muniti għall-kollezzjonisti maħruġin mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan mhumiex se jkunu ta’ valuta legali fl-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
1. L-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jidħol risponsabbli li jadotta l-miżuri kollha xierqa, permezz ta’ traspożizzjonijiet diretti jew azzjonijiet possibbilment ekwivalenti, bil-għan li jimplimenta l-atti u r-regoli ġuridiċi tal-UE elenkati fl-Anness ma’ dan il-Ftehim, fl-oqsma ta’:
il-karti u l-muniti tal-euro;
il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar ta’ mezzi ta’ pagament kemm ta’ flus kontanti kif ukoll mezzi oħra, ta’ medalji u towkins u rekwiżiti tar-rapportaġġ tal-istatistika.
Jekk u meta jinħalaq settur bankarju fl-Istat tal-Belt tal-Vatikan, il-lista tal-atti u r-regoli ġudizzjarji fl-Anness għandhom ikunu estiżi bil-għan li jinkludu l-liġi bankarja u finanzjarja tal-UE u l-atti u r-regoli ġudizzjarji rilevanti tal-BĊE, b’mod partikolari dwar ir-rekwiżiti tar-rapportaġġ tal-istatistika.
2. L-atti u r-regoli ġudizzjarji msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu implimentati mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan b’konformità mal-limiti taż-żmien speċifikati fl-Anness.
3. L-Anness għandu jiġi emendat kull sena mill-Kummissjoni bil-għan li jitqiesu dejjem l-atti u r-regoli ġudizzjarji ġodda rilevanti tal-UE, kif ukoll l-emendi għal dawk li diġà jeżistu. Wara li jsir dan, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi limiti ta’ żmien xierqa u raġonevoli għall-implimentazzjoni mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan tal-atti u r-regoli ġudizzjarji ġodda miżjudin mal-Anness.
4. L-Anness aġġornat għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 9
L-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Istat tal-Belt tal-Vatikan jistgħu jkollhom aċċess għas-sistemi ta’ sald u ħlas interbankarji u tat-titoli fiż-żona tal-euro skont termini u kundizzjonijiet xierqa deċiżi mill-Bank tal-Italja, bi qbil mal-BĊE.
Artikolu 10
1. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tkun il-ġuriżdizzjoni esklużiva li jkollha l-kompetenza li tiddeċiedi kull tilwima dewwiema bejn il-partijiet li tista’ tinqala’ mill-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u li ma tkunx setgħet tiġi solvuta fi ħdan il-Kumitat Konġunt.
2. Jekk l-Unjoni Ewropea (li tkun qed taġixxi fuq rakkomandazzjoni tad-delegazzjoni tal-UE fil-Kumitat Konġunt) jew l-Istat tal-Belt tal-Vatikan jikkunsidra li l-Parti l-oħra ma tkunx issodisfat xi obbligu skont dan il-Ftehim, din tista’ tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sentenza tal-Qorti għandha torbot lill-Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mas-sentenza f’perjodu ta’ żmien li għandu jiġi deċiż mill-Qorti fis-sentenza tagħha.
3. Fil-każ li l-Unjoni Ewropea jew l-Istat tal-Belt tal-Vatikan jonqos milli jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mas-sentenza tul il-perjodu, il-Parti l-oħra tista’ ttemm minnufih il-Ftehim.
Artikolu 11
1. Għandu jiġi stabbilit Kumitat Konġunt. Dan għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan u tal-Unjoni Ewropea. Id-delegazzjoni tal-UE għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tar-Repubblika tal-Italja flimkien mar-rappreżentanti tal-BĊE. Id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għandha tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tagħha permezz ta’ kunsens.
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena. Il-Presidenza għandha tgħaddi minn sena għall-oħra bejn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea għal rappreżentant tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan u viċeversa. Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’mod unanimu.
3. Il-Kumitat Konġunt għandu jaqsam l-opinjonijiet u l-informazzjoni u jieħu d-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 3, 6 u 8. Għandu jistudja l-miżuri meħudin mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan u jagħmel ħiltu biex isolvi kull tilwim potenzjali li jista’ jinqala’ minħabba l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
4. L-Unjoni Ewropea se tkun l-ewwel li tippresjedi fuq il-Kumitat Konġunt mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kif stipulat fl-Artikolu 13.
Artikolu 12
Mingħar ħsara għall-Artikolu 10.3, kull Parti tista’ ttemm dan il-Ftehim b’avviż ta’ sena minn qabel.
Artikolu 13
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 14
Il-Ftehim Monetarju tad-29 ta’ Diċembru 2000 għandu jiġi rrevokat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Referenzi għall-Ftehim tad-29 ta’ Diċembru 2000 għandhom jiġu mifhuma li jirreferu għall-Ftehim preżenti.
ANNESS
|
Dispożizzjonijiet Legali li jridu jiġu implimentati |
l-iskadenza tal-implementazzjoni |
|
Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus |
|
1 |
Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/JHA tas-26 ta’ Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1) |
|
2 |
Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39) |
il-31 ta’ Diċembru 2016 (2) |
3 |
Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1) |
il-31 ta’ Diċembru 2017 (3) |
4 |
Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73) |
il-31 ta’ Diċembru 2017 (3) |
|
Emendata bi: |
|
5 |
Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43). |
il-31 ta’ Marzu 2020 (5) |
|
Issupplimentata minn: |
|
6 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir b’nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1). |
il-31 ta’ Diċembru 2017 (4) |
|
Emendat bi: |
|
7 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/105 tas-27 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675, fir-rigward taż-żieda tal-Etjopja mal-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir fit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 19, 24.1.2018, p. 1) |
31 ta’ Marzu 2019 (5) |
8 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/212 tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tas-Sri Lanka, Trinidad u Tobago u t-Tuneżija fit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 41, 14.2.2018, p. 4) |
31 ta’ Marzu 2019 (5) |
9 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1108 tas-7 ta’ Mejju 2018 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bi standards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji għall-ħatra ta’ punti ta’ kuntatt ċentrali għall-emittenti tal-flus elettroniċi u l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament u b’regoli dwar il-funzjonijiet tagħhom (ĠU L 203, 10.8.2018, p. 2) |
il-31 ta’ Diċembru 2020 (6) |
10 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1467 tas-27 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tal-Pakistan mat-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 246, 2.10.2018, p. 1) |
il-31 ta’ Diċembru 2019 (6) |
11 |
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/758 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-azzjoni minima u t-tipi ta’ miżuri addizzjonali li jridu jittieħdu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji sabiex irażżnu r-riskju mill-ħasil tal-flus u mill-finanzjament tat-terroriżmu f’ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 125, 14.5.2019, p. 4) |
il-31 ta’ Diċembru 2020 (6) |
12 |
Ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 6) |
il-31 ta’ Diċembru 2021 (6) |
13 |
Id-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 22) |
il-31 ta’ Diċembru 2021 (6) |
|
Il-Prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar |
|
14 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6) |
il-31 ta’ Diċembru 2010 |
|
Emendat bi: |
|
15 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1) |
|
16 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas-6 ta’ Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1) |
il-31 ta’ Diċembru 2010 |
|
Emendat bi: |
|
17 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5) |
|
18 |
Id-Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014. p. 1) |
il-31 ta’ Diċembru 2016 (2) |
19 |
Id-Direttiva (UE) 2019/713 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI (ĠU L 123, 10.5.2019, p. 18) |
il-31 ta’ Diċembru 2021 (6) |
|
Ir-regoli dwar il-karti u l-muniti tal-euro |
|
20 |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 1999 dwar is-sistema għall-immaniġġjar tal-kwalità għall-muniti tal-euro |
il-31 ta’ Diċembru 2010 |
21 |
Il-Linja gwida BĊE/2003/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2003 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus euro (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 004 p. 291-293). |
il-31 ta’ Diċembru 2010 |
|
Emendata bi: |
|
22 |
Il-Linja gwida BĊE/2013/11 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 li temenda l-Linja gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 43) |
il-31 ta’ Diċembru 2014 (1) |
23 |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1) |
il-31 ta’ Diċembru 2012 |
|
Emendat bi: |
|
24 |
Id-Deċiżjoni BĊE/2012/19 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2012 (ĠU L 253, 20.9.2012, p. 19) |
il-31 ta’ Diċembru 2013 (1) |
25 |
Ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1) |
il-31 ta’ Diċembru 2012 |
26 |
Ir-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 135) |
il-31 ta’ Diċembru 2013 (1) |
27 |
Id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 37) |
il-31 ta’ Diċembru 2014 (1) |
|
Emendata bi: |
|
28 |
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/669 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/10 dwar id-denominazzjonijiet, speċifikazzjonijiet, riproduzzjoni, skambju u rtirar ta’ karti tal-flus tal-euro (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 6) |
il-31 ta’ Diċembru 2020 (6) |
29 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 194, 2.7.2014, p. 1) |
il-31 ta’ Diċembru 2013 (2) |
(1) Dawn l-iskadenzi ġew maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2013. (2) Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2014. (3) Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2015. (4) Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2017. (5) Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2018. (6) Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2019. |
It-taqsima tal-Anness tal-Ftehim Monetarju konformi mal-Ftehim ad hoc tal-Kumitat Konġunt fuq talba mis-Santa Sede u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan dwar l-inklużjoni ta’ regoli relevanti applikabbli għal entitajiet li jwettqu attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali
|
Il-partijiet relevanti tal-istrumenti legali li ġejjin |
l-iskadenza tal-implementazzjoni |
30 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1) |
il-31 ta’ Diċembru 2016 (1) |
|
Emendata bi: |
|
31 |
Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28) |
|
32 |
Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 17 Volum 001 p. 273-279) |
|
33 |
Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1) |
|
34 |
Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338) |
il-31 ta’ Diċembru 2017 (1) |
35 |
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1) u l-miżuri ta’ livell 2 relatati, kif xieraq |
il-31 ta’ Diċembru 2017 (1) |
|
Emendat bi: |
|
36 |
Ir-Regolament (UE) 2017/2395 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' arranġamenti transizzjonali biex jittaffa l-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 fuq il-fondi proprji u għat-trattament tal-iskoperturi l-kbar ta’ ċerti skoperturi fis-settur pubbliku denominati fil-munita domestika ta’ kwalunkwe Stat Membru (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 27) |
it-30 ta’ Ġunju 2019 (4) |
37 |
Ir-Regolament (UE) 2017/2401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 1). |
il-31 ta’ Marzu 2020 (4) |
38 |
Ir-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 4) |
il-31 ta’ Diċembru 2020 (5) |
39 |
Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1) u l-miżuri relatati tat-livell 2 kif xieraq |
it-30 ta’ Settembru 2018 (2) |
|
Emendat bi: |
|
40 |
Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (ĠU L 175, 30.6.2016, p. 1) |
it-30 ta’ Settembru 2018 (3) |
41 |
Id-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 179) |
it-30 ta’ Settembru 2018 (2) |
|
Il-leġiżlazzjoni dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika (*1) |
|
42 |
Il-Linja gwida BĊE/2013/24 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 34) |
il-31 ta’ Diċembru 2016 (1) |
|
Emendata bi: |
|
43 |
Il-Linja Gwida (UE) 2016/66 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2015 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2013/24 dwar l-obbligi ta’ rappurtar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2015/40) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 36) |
il-31 ta’ Marzu 2017 (2) |
44 |
Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1) |
il-31 ta’ Diċembru 2016 (1) |
|
Emendat bi: |
|
45 |
Ir-Regolament (UE) Nru 1375/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1071/2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (BĊE/2014/51)(ĠU L 366, 20.12.2014, p. 77) |
|
46 |
Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta’ imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51) |
il-31 ta’ Diċembru 2016 (1) |
|
Emendat bi: |
|
47 |
Ir-Regolament (UE) Nru 756/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) dwar statistika fuq rati ta’ imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2014/30) (ĠU L 205, 12.7.2014, p. 14) |
|
48 |
Il-Linja gwida BĊE/2014/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1) |
il-31 ta’ Diċembru 2016 (1) |
|
Emendata bi: |
|
49 |
Il-Linja gwida (UE) 2015/571 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Novembru 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2014/43) (ĠU L 93, 9.4.2015, p. 82) |
|
50 |
Il-Linja gwida (UE) 2016/450 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-Il-Ġimgħa, 4 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2015/44) (ĠU L 86, 1.4.2016, p. 42) |
il-31 ta’ Marzu 2017 (2) |
51 |
Il-Linja Gwida (UE) 2017/148 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2016 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2016/45) (ĠU L 26, 31.1.2017, p. 1) |
l-1 ta’ Novembru 2017 (3) |
52 |
Il-Linja Gwida (UE) 2018/877 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2018 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2018/17) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 22) |
l-1 ta’ Ottubru 2019 (4) |
(1) Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2014. (2) Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2016. (3) Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2017. (4) Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2018. (5) Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2019. (*1) Kif maqbul skont il-mudell dwar ir-rappurtar statistiku ssimplifikat |