02013R0228 — MT — 07.12.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) Nru 228/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Marzu 2013 (ĠU L 078 20.3.2013, p. 23) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2016/2031 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ottubru 2016 |
L 317 |
4 |
23.11.2016 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2021/2117 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-2 ta’ Diċembru 2021 |
L 435 |
262 |
6.12.2021 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 228/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta' Marzu 2013
li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006
KAPITOLU I
SUĠĠETT U OBJETTIVI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri speċifiċi dwar l-agrikoltura biex jitnaqqsu d-diffikultajiet maħluqa min-natura estremament remota, b’mod partikolari l-bgħid, l-isolazzjoni, iċ-ċokon tad-daqs kwadrat, it-terren, il-klima diffiċli u d-dipendenza ekonomika fuq numru limitat ta’ prodotti tar-reġjuni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat (“ir-reġjuni ultraperiferiċi”).
Artikolu 2
Objettivi
Il-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jgħinu sabiex jinkisbu l-objettivi li ġejjin:
il-garanzija tal-provvista ta’ prodotti essenzjali lir-reġjuni ultraperiferiċi għall-konsum mill-bniedem jew għall-ipproċessar bħala inputs agrikoli billi jittaffew l-ispejjeż żejda mġarrba minħabba n-natura estremament remota tagħhom, mingħajr ma ssir ħsara lill-produzzjonijiet lokali u t-tkabbir tagħhom;
l-iżgurar tal-ġejjieni fit-tul u l-iżvilupp tas-setturi tal-“bhejjem” u tad-“diversifikazzjoni tal-uċuħ” fir-reġjuni ultraperiferiċi, inklużi l-produzzjoni, l-ipproċessar u l-bejgħ tal-prodotti lokali;
il-manutenzjoni tal-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kompetittività tal-attivitajiet agrikoli tradizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi, inklużi l-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-għelejjel u l-prodotti lokali.
KAPITOLU II
PROGRAMMI POSEI
Artikolu 3
Stabbiliment tal-programmi POSEI
Il-miżuri previsti fl-Artikolu 1 għandhom jiġu definiti għal kull reġjun ultraperiferiku permezz ta’ Programm ta’ Soluzzjonijiet Speċifikatament Relattivi għall-Bogħod u l-Insularità (“il-programm POSEI”), li jinkludi:
arranġamenti speċifiċi ta’ provvista kif previst fil-Kapitolu III; u
miżuri speċifiċi li jgħinu l-produzzjonijiet agrikoli lokali kif previsti fil-Kapitolu IV.
Artikolu 4
Kompatibbiltà u konsistenza
B’mod partikolari, l-ebda miżura taħt dan ir-Regolament m’għandha tkun iffinanzjata bħala:
appoġġ addizzjonali għal sussidju jew skemi ta’ għajnuna taħt organizzazzjoni komuni tas-suq ħlief f’każi eċċezzjonali ġġustifikati minn kriterji oġġettivi;
appoġġ għal proġetti ta’ riċerka, miżuri ta’ appoġġ għal proġetti ta’ riċerka jew miżuri eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju ( 1 );
appoġġ għall-miżuri fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.
Artikolu 5
Il-kontenut tal-programmi POSEI
Programm POSEI għandu jinkludi:
skeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri u tabella finanzjarja ġenerali annwali indikattiva li turi r-riżorsi li għandhom jintużaw;
prova tal-kompatibbiltà u l-konsistenza bejn il-miżuri differenti skont il-programmi u mal-kriterji u l-indikaturi kwantitattivi li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;
il-passi meħuda biex jiġi żgurat li l-programmi huma implimentati b’mod effettiv u adegwat, inklużi l-arranġamenti għall-pubbliċità, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, u sett speċifiku ta’ indikaturi kwantifikati għall-użu fil-valutazzjoni tal-programmi;
il-ħatra ta’ awtoritajiet kompetenti u korpi responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm u l-ħatra ta’ awtoritajiet jew ta’ korpi assoċjati u msieħba soċjoekonomiċi fil-livelli adegwati, u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru.
Artikolu 6
L-approvazzjoni u l-emendamenti tal-programmi POSEI
Kull programm jikkonsisti f’bilanċ previst tal-provvista li jindika l-prodotti, il-kwantitajiet tagħhom u l-ammont ta’ għajnuna għall-provvista mill-Unjoni, flimkien ma’ abbozz ta’ programm ta’ għajnuna għall-produzzjonijiet lokali.
Artikolu 7
Emendi dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji
Sa mit-22 ta’ April 2013, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-abbozz ta’ emendi għall-programmi POSEI tagħhom biex jirriflettu l-bidliet introdotti mill-Artikolu 30(5).
Dawn l-emendi għandhom isiru applikabbli xahar wara t-tressiq tagħhom jekk matul dan il-perijodu l-Kummissjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjonijiet.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallsu l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 30(5) mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2013.
Artikolu 8
Monitoraġġ u segwitu
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-verifiki permezz ta’ kontrolli amministrattivi u fuq il-post. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward il-karatteristiċi minimi tal-kontrolli li għandhom isiru mill-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll atti ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri u l-indikaturi fiżiċi u finanzjarji sabiex tassigura sorveljanza effikaċi tal-implimentazzjoni tal-programmi.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
KAPITOLU III
ARRANĠAMENTI SPEĊIFIĊI TA’ PROVVISTA
Artikolu 9
Bilanċ tal-provvista previst
Il-previżjoni tal-bilanċ tal-provvista separata tista’ titħejja għall-ħtiġijiet tal-kumpaniji tal-ippakkjar u tal-ipproċessar ta’ prodotti maħsuba għas-suq lokali, għat-tqassim tradizzjonali fil-bqija tal-Unjoni jew għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi bħala parti mill-kummerċ reġjonali fis-sens tal-Artikolu 14(3), jew bħala parti minn kummerċ tradizzjonali.
Artikolu 10
Operazzjoni tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, prodotti li jkunu daħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni taħt arranġamenti ta’ pproċessar attiv jew ta’ ħażna tad-dwana għandhom ikunu meqjusa bħala importazzjonijiet diretti minn pajjiżi terzi.
L-ammont ta’ din l-għajnuna għandu jkun iddeterminat għal kull tip ta’ prodott ikkonċernat billi tkun ikkunsidrata l-ispiża addizzjonali tat-trasport lejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-prezzijiet applikati għall-esportazzjonijiet lejn terzi pajjiżi, u fil-każ ta’ prodotti maħsuba għall-ipproċessar jew inputs agrikoli, l-ispejjeż addizzjonali minħabba n-natura estremament remota, b’mod partikolari l-insularità u ċ-ċokon tad-daqs kwadrat tagħhom.
Artikolu 11
Implimentazzjoni
Fl-implimentazzjoni tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għandu jittieħed kont partikolarment ta’ dan li ġej:
il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi u, fil-każ ta’ prodotti maħsuba għall-ipproċessar u inputs agrikoli, il-kondizzjonijiet ta’ kwalità meħtieġa;
il-flussi ta’ kummerċ mal-bqija tal-Unjoni;
l-aspett ekonomiku tal-għajnuna proposta;
il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-produzzjoni lokali eżistenti la tiġi destabbilizzata, u lanqas tiġi ostakolata fl-iżvilupp tagħha.
Artikolu 12
Ċertifikati
Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu biss lil dawk l-operaturi mdaħħla f’reġistru miżmum mill-awtoritajiet kompetenti.
Il-liċenzji u ċ-ċertifikati m’għandhomx ikunu trasferibbli.
Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, taħt l-Artikolu 33, li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-operaturi fir-reġistru u li jipprovdu għall-eżerċizzju sħiħ mill-operaturi tad-drittijiet tagħhom li jieħdu sehem fl-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista.
Artikolu 13
L-impatt tal-vantaġġ
Il-vantaġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ugwali għall-ammont tal-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni jew daqs l-ammont tal-għajnuna.
Artikolu 14
L-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u spedizzjoni lejn il-bqija tal-Unjoni
L-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi tal-prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista mhijiex soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-flussi ta’ kummerċ bejn id-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej (DOM).
L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-prodotti pproċessati fir-reġjuni ultraperiferiċi minn prodotti li jkunu bbenefikaw minn arranġamenti speċifiċi ta’ provvista li huma:
esportati lejn pajjiżi terzi jew mibgħuta lejn il-bqija tal-Unjoni fil-limiti tal-kwantitajiet li jikkorrispondu għall-esportazzjonijiet tradizzjonali u għall-ispedizzjonijiet tradizzjonali. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, biex tistabbilixxi dawk il-kwantitajiet abbażi taċ-ċifri medji tal-ispedizzjonijiet jew tal-esportazzjonijiet, billi jittieħdu bħala referenza ċ-ċifri medji verifikati tal-aħjar tliet snin bejn l-2005 u l-2012. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2);
esportati lejn pajjiżi terzi bħala parti minn kummerċ reġjonali;
mibgħuta bejn ir-reġjuni tal-Azores, ta’ Madeira u tal-Gżejjer Kanarji;
mibgħuta bejn id-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej.
Ma għandu jingħata ebda rimbors għall-esportazzjoni ta’ prodotti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.
L-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi tal-prodotti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, ma għandhiex tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat.
B’deroga mill-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-kwantitajiet massimi li ġejjin ta’ zokkor (kodiċi NM 1701 ) jistgħu jintbagħtu kull sena mill-Azores lejn il-bqija tal-Unjoni matul il-ħames snin li ġejjin:
|
— |
fl-2011 : 3 000 tunnellata, |
|
— |
fl-2012 : 2 500 tunnellata, |
|
— |
fl-2013 : 2 000 tunnellata, |
|
— |
fl-2014 : 1 500 tunnellata, |
|
— |
fl-2015 : 1 000 tunnellata. |
Artikolu 15
Zokkor
Matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 204(2) u (3), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-produzzjoni barra l-kwota msemmija fl-Artikolu 61 tal-istess Regolament hija eżentata mid-dazji ta’ importazzjoni, fil-limiti tal-previżjonital-bilanċ tal-provvista msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament:
għaz-zokkor introdott biex ikun ikkonsmat fil-Madeira u fil-Gżejjer Kanarji fil-forma ta’ zokkor abjad li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701 ;
għaz-zokkor raffinat u kkonsmat fl-Azores fil-forma ta’ zokkor mhux ipproċessat li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701 12 10 (zokkor mhux maħdum tal-pitravi).
Meta jiġu determinati l-ħtiġijiet ta’ zokkor mhux ipproċessat fl-Azores, għandu jiġi kkunsidrat l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali tal-pitravi taz-zokkor. Il-kwantitajiet koperti mill-arranġamenti ta’ provvista għandhom ikunu determinati sabiex jiġi żgurat li t-total tal-volum taz-zokkor ipproċessat fl-Azores ma jaqbiżx l-10 000 tunnellata kull sena.
Artikolu 16
Trab tal-ħalib xkumat
B’deroga mill-Artikolu 9, il-Gżejjer Kanarji jistgħu jibqgħu jirċievu provvisti ta’ trab tal-ħalib xkumat li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1901 90 99 (trab tal-ħalib xkumat li fih xaħmijiet veġetali) maħsuba għall-ipproċessar industrijali sa 800 tunnellata kull sena. L-għajnuna mogħtija mill-Unjoni għall-provvista ta’ dan il-prodott ma tistax taqbeż il-EUR 210 għal kull tunnellata u għandha tkun inkluża fil-limitu stabbilit fl-Artikolu 30. Dan il-prodott għandu jintuża biss għall-konsum lokali.
Artikolu 17
Ross
Ma għandu jkun impost ebda dazju fid-dipartiment extra-Ewropew Franċiż ta’ Réunion fuq prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1006 10 , 1006 20 u 1006 40 00 importati għall-konsum hemmhekk.
Artikolu 18
Kontrolli u penali
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward il-karatteristiċi minimi tal-kontrolli li għandhom isiru mill-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
Ħlief f’każijiet ta’ force majeure jew kondizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali, jekk operatur, kif imsemmi fl-Artikolu 12, jonqos milli jikkonforma mal-impenji li jkunu saru skont l-Artikolu 12, l-awtorità kompetenti, mingħajr ħsara għal kwalunkwe penali applikabbli skont il-liġi nazzjonali, għandha:
tirkupra l-vantaġġ mogħti lill-operatur;
temporanjament tissospendi jew tirrevoka r-reġistrazzjoni tal-operatur, skont il-gravità tan-nonkonformità.
L-awtorità kompetenti għandha tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex tintuża mill-ġdid kull kwantità ta’ prodotti magħmula disponibbi bħala riżultat tan-noneżekuzzjoni, l-eżekuzzjoni parzjali jew il-kanċellament tal-liċenzji u taċ-ċertifikati maħruġa jew l-irkupru tal-vantaġġ mogħti.
KAPITOLU IV
MIŻURI LI JGĦINU L-PRODOTTI AGRIKOLI LOKALI
Artikolu 19
Miżuri
Il-partijiet tal-programm li jinkludu miżuri biex tiġi megħjuna l-produzzjoni agrikola lokali u li jikkorrispondu għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:
deskrizzjoni kwantifikata tas-sitwazzjoni attwali tal-produzzjoni agrikola li tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet disponibbli, li turi d-differenzi, in-nuqqasijiet u l-potenzjal għall-iżvilupp, ir-riżorsi finanzjarji użati u r-riżultati ewlenin ta’ miżuri meħuda qabel;
deskrizzjoni tal-istrateġija proposta, il-prijoritajiet magħżula u l-objettivi ġenerali u operattivi kwantifikati, u valutazzjoni li turi l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni, inklużi l-effetti fuq l-impjiegi;
deskrizzjoni tal-miżuri previsti, u b’mod partikolari l-iskemi ta’ għajnuna għall-implimentazzjoni tagħhom, u, fejn ikun meħtieġ, tagħrif dwar il-ħtiġijiet għal xi studji, proġetti dimostrattivi, taħriġ jew operazzjonijiet ta’ assistenza teknika marbuta mat-tħejjija, l-implimentazzjoni jew l-adozzjoni tal-miżuri kkonċernati;
il-lista tal-għajnuniet li jikkostitwixxu ħlasijiet diretti fis-sens tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;
l-ammont ta’ għajnuna stabbilit għal kull miżura u l-ammont proviżorju għal kull azzjoni sabiex jinkiseb objettiv wieħed jew aktar tal-programm.
Kull miżura tista’ tinkludi varjetà ta’ azzjonijiet. Għal kull azzjoni l-programm għandu jiddefinixxi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
il-benefiċjarji;
il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà;
l-ammont unitarju tal-għajnuna.
Biex jingħata appoġġ lill-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti barra minn reġjun ta’ produzzjoni tagħhom, il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’ konformita’ mal-Artikolu 33 dwar il-kondizzjonijiet għall-istabbiliment tal-ammont tal-għajnuna mogħtija fir-rigward ta’ tali kummerċjalizzazzjoni u, fejn ikun il-każ, il-kondizzjonijiet biex jiġu stabbiliti l-kwantitajiet tal-prodotti li jaqgħu taħt din l-għajnuna.
Artikolu 20
Kontrolli u ħlasijiet mhux dovuti
KAPITOLU V
MIŻURI TA’ AKKUMPANJAMENT
Artikolu 21
Logo
L-użu tal-logo għandu jkun sorveljat minn awtorità uffiċjali jew minn korp approvat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 22
Żvilupp rurali
Artikolu 22a
Ftehimiet interprofessjonali f’Réunion
Artikolu 23
Għajnuna mill-Istat
Franza għandha tinforma lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum minn tmiem kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni dwar l-ammont ta’ għajnuna li fil-fatt tkun tat.
Artikolu 24
Programmi għas-saħħa tal-pjanti
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-programmi mressqa. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddeċiedi jekk tapprovax dawk il-programmi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
Tali kontribuzzjoni tista’ tkopri sa 75 % tan-nefqa eliġibbli. Il-ħlas għandu jsir abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-Istati Membri. Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu organizzati kontrolli mill-Kummissjoni u jsiru f’isimha minn esperti kif imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità ( 6 ).
Il-finanzjament mill-Unjoni tal-programmi għall-kontroll ta' pesti fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni għandu jiġi implimentat skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ( 7 )
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni għal kull reġjun u programm, abbażi tal-kriterji ffissati fil-paragrafu 2 u l-programm ippreżentat skont il-paragrafu 1, biex tistabbilixxi:
il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Unjoni, kif ukoll l-ammont tal-għajnuna;
il-miżuri eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
Artikolu 25
Inbid
Il-Portugall għandu gradwalment jelimina l-produzzjoni mill-għelieqi tad-dwieli msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 120a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, bl-appoġġ, fejn xieraq, previst fl-Artikolu 103q ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 26
Ħalib
Id-dazju fuq iż-żejjed għandu jitħallas fuq kwantitajiet li jaqbżu l-kwota miżjuda mill-perċentwal imsemmi fit-tielet subparagrafu, wara allokazzjoni mill-ġdid, fost il-produtturi kollha fis-sens tal-Artikolu 65(c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, stabbiliti u li jipproduċu fl-Azores, u proporzjonalment mal-kwota disponibbli għal kull produttur, tal-kwantitajiet mhux użati fil-marġni li tirriżulta minn din iż-żieda u li baqgħu ma ntużawx.
Il-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ugwali għall-proporzjon bejn il-kwantità ta’ 23 000 tunnellata mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2005/2006 ’il quddiem u t-total tal-kwantitajiet ta’ referenza disponibbli fuq kull azjenda fil-31 ta’ Marzu 2010. Hu għandu japplika biss għall-kwota disponibbli fuq l-azjenda fil-31 ta’ Marzu 2010.
Il-metodu kif jinkiseb il-ħalib UHT hekk rikostitwit għandu jkun indikat b’mod ċar fuq it-tikketta tal-bejgħ.
Artikolu 27
Trobbija tal-ifrat
L-Artikoli 13 u 14(1) għandhom japplikaw għall-annimali li jikkwalifikaw għall-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta dawk atti delegati, taħt l-Artikolu 33, li jistipulaw il-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-karatteristiċi speċifiċi lokali tas-settur u l-industrija taċ-ċanga.
Artikolu 28
Għajnuna mill-Istat għall-produzzjoni tat-tabakk
Spanja hija awtorizzata tagħti għajnuna rigward il-produzzjoni tat-tabakk fil-Gżejjer Kanarji. L-għoti ta’ din l-għajnuna m’għandux iwassal għal diskriminazzjoni bejn il-produtturi fil-gżejjer.
L-ammont tal-għajnuna ma jistax jaqbeż is-somma ta’ EUR 2 980,62 għal kull tunnellata. L-għajnuna addizzjonali għandha titgħata għal massimu ta’ 10 tunnellati kull sena.
Artikolu 29
Eżenzjoni mid-dazju fuq it-tabakk
L-ebda dazju m’għandu jiġi applikat għal importazzjonijiet diretti fil-Gżejjer Kanarji ta’ tabakk mhux maħdum u nofsu maħdum li jaqa’, rispettivament, taħt:
Kodiċi tan-NM 2401 ; kif ukoll
is-subtitoli li ġejjin:
L-eżenzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata permezz taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 12.
Din l-eżenzjoni għandha tapplika għall-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu, maħsuba għall-ipproċessar fil-Ġejjer Kanarji biex isiru prodotti manifatturati lesti għat-tipjip, soġġett għal limitu annwali ta’ importazzjoni ta’ 20 000 tunnellata tal-ekwivalenti ta’ tabakk mhux maħdum imqaxxar.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 30
Riżorsi finanzjarji
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu intervent maħsub biex jistabbilizza s-swieq agrikoli fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni ( 8 ), bl-eċċezzjoni tal-miżuri previsti:
fl-Artikolu 22; u
fl-Artikolu 24, mid-data tal-applikazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014–2020.
Għal kull sena finanzjarja l-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa somma annwali massima ekwivalenti għal dan li ġej:
|
— |
fid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 278,41 miljun |
|
— |
Azores u Madeira: EUR 106,21 miljun |
|
— |
Gżejjer Kanarji: EUR 268,42 miljun. |
L-ammonti allokati annwalment għal kull sena finanzjarja għall-finanzjament tal-miżuri previsti fil-Kapitolu III ma jistgħux ikunu akbar mill-ammonti li ġejjin:
|
— |
fid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 26,9 miljun |
|
— |
Azores u Madeira: EUR 21,2 miljun |
|
— |
Gżejjer Kanarji: EUR 72,7 miljun. |
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi r-rekwiżiti li f’konformità magħhom l-Istati Membri jistgħu jemendaw l-allokazzjoni tar-riżorsi allokati kull sena għall-prodotti differenti li jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
Għas-sena finanzjarja 2013, l-Unjoni għandha tagħti finanzjament addizzjonali għas-settur tal-banana tar-reġjuni ultraperiferiċi sal-ammonti massimi li ġejjin:
|
— |
fid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 18,52 miljun |
|
— |
Azores u Madeira: EUR 1,24 miljun |
|
— |
Gżejjer Kanarji: EUR 20,24 miljun. |
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 31
Miżuri nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kontrolli u sanzjonijiet amministrattivi, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.
Artikolu 32
Komunikazzjonijiet u rapporti
Artikolu 33
L-eżerċizzju tad-delega
Artikolu 34
Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 35
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrivedi dawn l-arranġamenti qabel tmiem l-2013, fid-dawl tal-effikaċja ġenerali tagħhom u l-qafas ta’ politika l-ġdid tal-PAK, u jekk ikun meħtieġ għandha tressaq proposti xierqa għal skema riveduta tal-POSEI.
Artikolu 36
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 247/2006 huwa b’dan imħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness.
Artikolu 37
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Regolament (KE) Nru 247/2006 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 3(1) u (2) |
Artikolu 10(1) u (2) |
|
— |
Artikolu 10(3) |
|
— |
Artikolu 10(4) |
|
Artikolu 3(3) |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 3(4) |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 4(1) u (2) |
Artikolu 14(1) u (2) |
|
— |
Artikolu 14(3) |
|
— |
Artikolu 14(4) |
|
Artikolu 4(3) |
Artikolu 14(5) |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 8 l-aħħar sentenza |
Artikolu 12(3) |
|
Artikolu 9(1) u Artikolu 10 |
Artikolu 19(1) |
|
Artikolu 9(2) u (3) |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 12(a), (b) u (c) |
Artikolu 19(2)(a), (b) u (c) |
|
Artikolu 12(d), (e), (f), (g) |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 8 tieni paragrafu |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 28 |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 31 |
|
Artikolu 28 |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 36 |
|
Artikolu 33 |
Artikolu 37 |
( 1 ) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
( 2 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.
( 3 ) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.
( 4 ) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.
( 5 ) ĠU L 214, 4.8.2006, p. 7.
( 6 ) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 29, p. 258.
( 7 ) Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir- Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).
( 8 ) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
( 9 ) ĠU L 340, 9.12.1976, p. 25, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 3, p. 60.