02020D0167 — MT — 27.10.2020 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/167

tal-5 ta’ Frar 2020

dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 034 6.2.2020, p. 46)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/553 tal-21 ta’ April 2020

  L 127

22

22.4.2020

►M2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1562 tas-26 ta’ Ottubru 2020

  L 357

29

27.10.2020




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/167

tal-5 ta’ Frar 2020

dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill



Artikolu 1

Ir-referenzi għall-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE u elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-referenzi għall-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE u elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

Artikolu 2

Ir-referenzi għall-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE u elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni b’dan jitneħħew minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mid-dati stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS I



Nru

Referenza għall-istandard

1.

EN 300 328 V2.2.2

Sistemi ta’ trażmissjoni fuq baned wesgħin; Tagħmir għat-trażmissjoni ta’ data li jopera fil-banda ta’ 2,4 GHz; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

2.

EN 300 674-2-2 V2.2.1

Telematika tat-Trasport u Traffiku (TTT); Tagħmir għal Trażmissjoni ta’ Komunikazzjoni Dedikata fuq Medda Qasira (DSRC) (500kbit/s/250 kbit/s) li jopera fil-banda ta’ frekwenza 5 795 MHz sa 5 815 MHz; Parti 2: Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Subparti 2: Unitajiet abbord (OBU)

3.

EN 303 098 V2.2.1

Apparati marittimi b’enerġija baxxa għal-lokalizzazzjoni tal-persuni permezz tal-AIS; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

▼M1

4.

EN 301 908-1 V13.1.1

Netwerks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 1: Introduzzjoni u rekwiżiti komuni

5.

EN 301 908-3 V13.1.1

Netwerks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 3: Stazzjonijiet Bażi (BS) (UTRA FDD) b’Firxa Diretta CDMA

6.

EN 301 908-14 V13.1.1

Netwerks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 14: Stazzjonijiet Bażi (BS) ta’ Aċċess bir-Radju Terrestri Universali Evolut (E-STRA)

7.

EN 301 908-18 V13.1.1

Netwerks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 18: Stazzjon Bażi (BS) tar-Radju Multi Standard (MSR) E-UTRA, UTRA u GSM/EDGE

▼M2

8.

EN 301 908-2 V13.1.1

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 2: Tagħmir għall-Utenti (UE) CDMA b’Firxa Diretta (UTRA FDD)

9.

ETSI EN 303 213-5-1 V1.1.1

Sistema Avvanzata ta’ Gwida u ta’ Kontroll tal-Moviment fuq is-Superfiċje (A-SMGCS); Parti 5: Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju għal tagħmir ta’ Multilaterazzjoni (MLAT); Subparti 1: Riċevituri u Interrogaturi

▼B




ANNESS II



Nru

Referenza għall-istandard

1.

EN 300 698 V2.3.1

Trażmettituri u riċevituri tar-radjotelefonija għas-servizz mobbli marittimu li joperaw fil-baned VHF użati fl-ilmijiet interni; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju u għall-karatteristiċi għas-servizzi ta’ emerġenza

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE jekk, fil-klawżola 8.2.3 ta’ dan l-istandard armonizzat, tiġi applikata s-sentenza “Bl-iswiċċ tal-potenza tal-output iffissat għall-massimu, il-potenza tat-trasportatur għandha tkun fi ħdan ±1,5 dB tal-potenza nominali tal-output taħt kundizzjonijiet normali tat-tes t”.

2.

EN 302 065-3 V2.1.1

Apparati ta’ Medda Qasira (SRD) li jużaw teknoloġija Ultra Wide Band (UWB); Standard armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Parti 3: Rekwiżiti għal apparati UWB għal applikazzjonijiet għal vetturi bbażati fuq l-art

Avviż: Dan l-istandard armonizzat ma jistabbilixxix speċifikazzjonijiet tekniċi għal “tekniki ta’ skattar qabel it-trażmissjoni”. Madankollu, mis-16 ta’ Novembru 2019, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/785 timponi rekwiżiti tekniċi li għandhom jintużaw fil-baned 3,8–4,2 GHz u 6-8,5 GHz għas-sistemi ta’ aċċess għall-vetturi li jużaw skattar qabel it-trażmissjoni. Għalhekk, il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tiżgurax il-konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/785 u għaldaqstant ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE li jirrigwardaw “tekniki ta’ skattar qabel it-trażmissjoni”.

3.

EN 303 520 V1.2.1

Apparati ta’ Medda Qasira (SRD); Apparati bla fili ta’ kapsuli mediċi ta’ endoskopija b’Enerġija Ultra-Baxxa (ULP) li joperaw fil-banda ta’ frekwenzi 430 MHz sa 440 MHz; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE jekk tiġi applikata xi waħda minn dawn li ġejjin:

— fir-rigward tal-klawżola B.1 tal-Anness B: “Il-manifattur u l-laboratorju tat-testijiet jistgħu jaqblu fuq implimentazzjoni xierqa alternattiva tas-simulatur tat-torso uman, li mbagħad għandha tiġi deskritta b’mod sħiħ fir-rapport tat-test”;

— fir-rigward tal-klawżola C.1 tal-Anness C: “B’mod alternattiv, il-manifattur u l-laboratorju tat-testijiet jistgħu jaqblu li jużaw Kamra Semi-Anekoika, li l-konfigurazzjoni tagħha għandha mbagħad tiġi deskritta b’mod sħiħ fir-rapport tat-test”.

Avviż: It-temperatura msemmija fil-klawżola B.2 tal-Anness B għandha tirrifletti l-użu maħsub.

▼M2

4.

EN 301 908-13 V13.1.1

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 13: Tagħmir għall-Utenti (UE) b’Aċċess bir-Radju Terrestri Universali Evolut (E-UTRA)

Avviż: Dan l-istandard armonizzat ma fihx parametri tal-prestazzjoni tal-antenna u l-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE rigward dawk il-parametri.

5.

EN 302 217-2 V3.2.2

Sistemi tar-Radju Fissi; Karatteristiċi u rekwiżiti għal tagħmir u antenni b’konnessjoni minn punt għal ieħor; Parti 2: Sistemi diġitali li joperaw fil-baned ta’ frekwenzi minn 1 GHz sa 86 GHz; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE jekk tiġi applikata n-nota 2 tal-klawżola 4.3.2 ta’ dan l-istandard armonizzat;

Avviż: Fir-rigward tat-tagħmir tar-radju kopert minn waħda mill-Klawżoli H.3.4, I.3.4 jew J.3.4 ta’ dan l-istandard armonizzat, il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE f’każ li ma jitwettqux metodi ta’ ttestjar xierqa sabiex tintwera l-konformità, rispettivament, ma’ waħda mill-Klawżoli H.3.4, I.3.4 jew J.3.4 ta’ dan l-istandard armonizzat.

6.

EN 303 213-6-1 V3.1.1

Sistema Avvanzata ta’ Gwida u ta’ Kontroll tal-Moviment fuq is-Superfiċje (A-SMGCS); Parti 6: Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju għas-sensuri tar-radar tal-moviment fuq is-superfiċje użati; Subparti 1: Sensuri tal-banda X li jużaw sinjali pulsati u potenza ta’ trażmissjoni sa 100 kW

Avviż: Fir-rigward tal-Klawżola 4.2.1.5 ta’ dan l-istandard armonizzat, il-konformità ta’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE għal tagħmir li ma jikkombinax “sezzjoni oblikwa WR112/R84 u gwida tal-mewġ WR90/R100” bħal fin-nota 1 tat-Taqsima 1 ta’ dan l-istandard armonizzat. Jintalab li l-gwida tal-mewġ ikollha passaġġ tat-trażmissjoni mhux ostakolat kontinwament (pur/mhux perturbat) u tul minimu ta’ 20 darba t-tul tal-mewġ cut-off tal-gwida tal-mewġ f’dik il-modalità operattiva.

7.

EN 303 345-2 V1.1.1

Riċevituri tal-awdjo tax-xandir; Parti 2: Servizz tal-awdjo tax-xandir b’AM; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE fir-rigward tal-emissjonijiet mhux mixtieqa tar-riċevitur fid-dominju mhux awtentiku.

8.

EN 303 345-5 V1.1.1

Riċevituri tal-awdjo tax-xandir; Parti 5: Servizz tal-awdjo tax-xandir b’DRM; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE fir-rigward tal-emissjonijiet mhux mixtieqa tar-riċevitur fid-dominju mhux awtentiku.

9.

EN 303 364-3 V1.1.1

Radar Primarju tas-Sorveljanza (PSR); Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 3: Sensuri PSR tal-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru (ATC) li joperaw fil-banda ta’ frekwenzi 8 500 MHz sa 10 000 MHz (banda X)

Avviż: Fir-rigward tal-Klawżola 4.2.1.4 ta’ dan l-istandard armonizzat, il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE għal tagħmir li ma jikkombinax “sezzjoni oblikwa WR112/R84 u gwida tal-mewġ WR90/R100” bħal fin-nota 1 tat-Taqsima 1 ta’ dan l-istandard armonizzat. Jintalab li l-gwida tal-mewġ ikollha passaġġ tat-trażmissjoni mhux ostakolat kontinwament (pur/mhux perturbat) u tul minimu ta’ 20 darba t-tul tal-mewġ cut-off tal-gwida tal-mewġ f’dik il-modalità operattiva.

▼B




ANNESS III



Nru

Referenza għall-istandard

Data tal-irtirar

1.

EN 300 328 V2.1.1

Sistemi ta’ trażmissjoni fuq baned wesgħin; Tagħmir għat-trażmissjoni ta’ data li jopera fil-banda ta’ 2,4 GHz ISM u li juża tekniki ta’ modulazzjoni fuq baned wesgħin; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE.

is-6 ta’ Awwissu 2021

2.

EN 300 698 V2.2.1

Trażmettituri u riċevituri tar-radjotelefonija għas-servizz mobbli marittimu li joperaw fil-baned tal-VHF użati fl-ilmijiet interni; Standard armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikoli 3.2 u 3.3(g) tad-Direttiva 2014/53/UE

is-6 ta’ Awwissu 2021

3.

EN 300 674-2-2 V2.1.1

Telematika tat-Trasport u Traffiku (TTT); Tagħmir għal Trażmissjoni ta’ Komunikazzjoni Dedikata fuq Medda Qasira (DSRC) (500kbit/s/250 kbit/s) li jopera fil-banda ta’ frekwenza 5 795 MHz sa 5 815 MHz; Parti 2: Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Subparti 2: Unitajiet abbord (OBU)

is-6 ta’ Awwissu 2021

4.

EN 302 065-3 V2.1.1

Apparati ta’ Medda Qasira (SRD) li jużaw teknoloġija Ultra Wide Band (UWB); Standard armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Parti 3: Rekwiżiti għal apparati UWB għal applikazzjonijiet għal vetturi bbażati fuq l-art

is-6 ta’ Frar 2020

5.

EN 302 752 V1.1.1

Kwistjonijiet marbuta mal-kompatibbiltà elettromanjetika u mal-firxa tal-frekwenzi tar-radju (ERM); Tagħmir attiv li jtejjeb il-kapaċità tal-mira ta’ radar; EN armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva R&TTE

is-6 ta’ Frar 2021

6.

EN 303 098 V2.1.1

Apparati marittimi b’enerġija baxxa għal-lokalizzazzjoni tal-persuni permezz tal-AIS; Standard armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE

is-6 ta’ Frar 2021

7.

EN 303 520 V1.1.1

Apparati ta’ Medda Qasira (SRD); Apparati bla fili ta’ kapsuli mediċi ta’ endoskopija b’Enerġija Ultra-Baxxa (ULP) li joperaw fil-banda ta’ frekwenzi 430 MHz sa 440 MHz; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

is-6 ta’ Awwissu 2021

▼M1

8.

EN 301 908-1 V11.1.1

Netwerks ċellulari IMT; Standard armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Parti 1: Introduzzjoni u rekwiżiti komuni

It-22 ta’ Ottubru 2021

9.

EN 301 908-3 V11.1.3

Netwerks ċellulari IMT; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Parti 3: Stazzjonijiet Bażi (BS) (UTRA FDD) b’Firxa Diretta CDMA

It-22 ta’ Ottubru 2021

10.

EN 301 908-14 V11.1.2

Netwerks ċellulari IMT; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Parti 14: Stazzjonijiet Bażi (BS) ta’ Aċċess bir-Radju Terrestri Universali Evolut (E-STRA)

It-22 ta’ Ottubru 2021

11.

EN 301 908-18 V11.1.2

Netwerks ċellulari IMT; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Parti 18: Stazzjon Bażi (BS) tar-Radju Multi Standard (MSR) E-UTRA, UTRA u GSM/EDGE

It-22 ta’ Ottubru 2021

▼M2

12.

EN 301 908-2 V11.1.2

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Parti 2: Tagħmir għall-Utenti (UE) CDMA b’Firxa Diretta (UTRA FDD)

27 ta' Ottubru 2021

13.

EN 301 908-13 V11.1.2

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Parti 13: Tagħmir għall-Utenti (UE) b’Aċċess bir-Radju Terrestri Universali Evolut (E-UTRA)

27 ta' Ottubru 2021

14.

EN 302 217-2 V3.1.1

Sistemi tar-Radju Fissi; Karatteristiċi u rekwiżiti għal tagħmir u antenni b’konnessjoni minn punt għal ieħor; Parti 2: Sistemi diġitali li joperaw fil-baned ta’ frekwenzi minn 1 GHz sa 86 GHz; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE

27 ta' April 2022

15.

EN 303 213-6-1 V2.1.1

Sistema Avvanzata ta’ Gwida u ta’ Kontroll tal-Moviment fuq is-Superfiċje (A-SMGCS); Parti 6: Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE għas-sensuri tar-radar tal-moviment fuq is-superfiċje użati; Subparti 1: Sensuri tal-banda X li jużaw sinjali pulsati u potenza ta’ trażmissjoni sa 100 kW

27 ta' Ottubru 2021

16.

EN 303 339 V1.1.1

Komunikazzjonijiet Diretti bejn l-Ajru u l-Art fuq Banda Wiesgħa; Tagħmir li jopera fuq baned ta’ frekwenza minn 1 900 MHz sa 1 920 MHz u minn 5 855 MHz sa 5 875 MHz; Antenni b’dijagramma fissa; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE

27 ta' April 2021