02020R0730 — MT — 03.06.2020 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/730 tat-2 ta’ Ġunju 2020 (ĠU L 172I 3.6.2020, p. 1) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/730
tat-2 ta’ Ġunju 2020
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Artikolu 1
L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Fir-Regolament (UE) 2017/1509, l-Anness XIII, Parti B(b) (“Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”), l-entrata 75 hija sostitwita b'dan li ġej:
“75. |
YUK TUNG ENERGY PTE LTD |
|
80 Raffles Place, #17-22 UOB Plaza, Singapore, 048624, Singapore |
30.3.2018 |
Maniġer kummerċjali u tal-vapur ta' YUK TUNG, li għamel trasferiment bejn il-vapuri ta' prodotti ta' żejt raffinat.” |