25.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/32


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Trygderetten bid-data tas-26 ta’ Jannar 2022 fil-Kawża A vs Arbeids- og velferdsdirektoratet

(Il-Kawża E-2/22)

(2022/C 210/13)

Fis-26 ta’ Jannar 2022Trygderetten (il-Qorti tal-Assikurazzjoni Nazzjonali) għamlet talba lill-Qorti tal-EFTA, li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fis-27 ta’ Jannar 2022, għal Opinjoni Konsultattiva fil-Kawża A vs Arbeids- og velferdsdirektoratet rigward il-mistoqsijiet li ġejjin:

1)

Benefiċċju bħall-benefiċċju tranżitorju (overgangsstønad) - ara l-ewwel paragrafu tat-Taqsima 15-5 tal-Att dwar l-Assikurazzjoni Nazzjonali, moqri flimkien mal-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu - jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) skont:

a.

l-Artikolu 3(1), b’mod partikolari (j), jew

b.

l-Artikolu 3(3), moqri flimkien mal-Artikolu 70?

2)

Huwa ta’ xi importanza għall-evalwazzjoni skont il-mistoqsija 1) li hemm rekwiżit ta’ attività okkupazzjonali għal intitolament kontinwu għal benefiċċju meta l-iżgħar wild ikollu sena, ara t-Taqsima 15-6 tal-Att dwar l-Assikurazzjoni Nazzjonali?


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).