26.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 29/38


SENTENZA TAL-QORTI

tal-5 ta’ Mejju 2022

fil-Kawża E-12/20

Telenor ASA u Telenor Norge AS vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

(Att ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA - Kompetizzjoni - l-Artikolu 54 ŻEE - Definizzjoni tas-suq - Abbuż tal-pożizzjoni dominanti - Tnaqqis fil-marġini)

(2023/C 29/03)

Fil-Kawża E-12/20, Telenor ASA u Telenor Norge AS vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA — RIKORS għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 070/20/COL tad-29 Ġunju 2020 dwar il-proċedimenti skont l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE; jew, alternattivament, l-annullament tad-Deċiżjoni in parti; jew, alternattivament, biex ikunu annullati jew imnaqqsa l-multi imposti fuq ir-rikorrenti f’dik id-deċiżjoni, il-Qorti, komposta minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen (Imħallef Relatur) u Nicole Kaiser (ad hoc), Imħallfin, taw is-sentenza fil-5 ta’ Mejju 2022, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiċħad ir-rikors fl-intier tiegħu.

2.

Tordna lil Telenor ASA u Telenor Norge AS biex iġorru l-ispejjeż tagħhom u ta’ dawk imġarrba mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.