2.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/11 |
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA mill-Kumitat għall-Ilmenti dwar l-Akkwist Pubbliku bid-data tat-18 ta’ Diċembru 2019 fil-każ ta’ Hraðbraut ehf. v mennta- og menningarmálaráðuneytið, Verzlunarskóli Íslands ses., Tækniskólinn ehf., u Menntaskóli Borgarfjarðar ehf.
(Il-Każ E-13/19)
(2020/C 110/10)
Saret talba lill-Qorti tal-EFTA bid-data tat-18 ta’ Diċembru 2019 mill-Kumitat għall-Ilmenti dwar l-Akkwist Pubbliku (kærunefnd útboðsmála), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fit-23 ta’ Diċembru 2019, għal Opinjoni Konsultattiva fil-każ ta’ Hraðbraut ehf. v mennta- og menningarmálaráðuneytið, Verzlunarskóli Íslands ses., Tækniskólinn ehf., u Menntaskóli Borgarfjarðar ehf. dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
1. |
Kuntratt li fih ministeru jidħol ma’ entità li hija liċenzjata biex topera bħala skola sekondarja superjuri, li permezz tagħha l-entità inkwistjoni timpenja ruħha li tipprovdi lill-istudenti u l-għalliema b’servizzi u faċilitajiet li normalment jintużaw fil-livell sekondarju superjuri, u fejn issir konċessjoni għal kontribuzzjonijiet finanzjarji, għandu jiġi kkunsidrat bħala kuntratt ta’ servizz pubbliku fis-sens tad-Direttiva 2014/24/UE (ara b’mod partikolari, l-Artikolu 2(9))? |
2. |
Is-servizzi tat-tip deskritt fil-Mistoqsija 1 jikkostitwixxu servizzi soċjali jew servizzi speċifiċi oħra fis-sens tal-Artikolu 74 tad-Direttiva 2014/24/UE, u jekk iva, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I tat-Titolu III tad-Direttiva għandhom japplikaw fir-rigward tas-sistema ta’ akkwist? |
3. |
Huwa ta’ sinifikanza, għar-riżoluzzjoni tal-Mistoqsijiet 1 u 2, jekk il-konsiderazzjoni għas-servizzi inkwistjoni hijiex determinata mil-leġiżlazzjoni tal-baġit mill-Parlament Islandiż jew f’konformità ma’ deċiżjoni minn Ministru abbażi tal-liġi u r-regoli domestiċi applikabbli? |
4. |
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura huwa obbligat li japplika proċedura ta’ akkwist abbażi tad-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist ta’ servizzi li jkopru l-operat tal-iskejjel u l-istruzzjoni fil-livell sekondarju superjuri biex umbagħad jieħu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji? |