31.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/11


SENTENZA TAL-QORTI

tal-10 ta’ Diċembru 2020

fil-Kawża E-13/19

Hraðbraut ehf. vs Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura, Verzlunarskóli Íslands ses., Tækniskólinn ehf., and Menntaskóli Borgarfjarðar ehf.

(Akkwist pubbliku - Id-Direttiva 2014/24/UE - Kuntratt pubbliku għal servizzi - l-Artikolu 37 ŻEE - Kunċett ta’ “servizzi” - Edukazzjoni sekondarja għolja)

(2021/C 113/06)

Fil-Kawża E-13/19, Hraðbraut ehf. vs Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura, Verzlunarskóli Íslands ses., Tækniskólinn ehf., u Menntaskóli Borgarfjarðar ehf. - TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja mill-Kumitat għall-Ilmenti dwar l-Akkwist Pubbliku (kærunefnd útboðsmála) dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, u b’mod partikolari l-punt (9) tal-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 74 tagħha, il-Qorti, komposta minn Páll Hreinsson, il-President, Per Christiansen (l-Imħallef Relatur), u Bernd Hammermann, Imħallfin, taw is-sentenza fl-10 ta’ Diċembru 2020, li l-parti operattiva hija din li ġejja:

Kuntratti b’karatteristiċi bħal dawk deskritti fit-talba, li ma għandhomx bħala għan il-provvista ta’ servizzi fis-sens tad-Direttiva 2014/24/UE, ma jikkostitwixxux kuntratti pubbliċi għal servizzi fis-sens tal-punt (9) tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-Direttiva.