19.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/6


SENTENZA TAL-QORTI

tal-14 ta’ Mejju 2019

fil-Kawża E-5/18

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda

(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2013/11/UE)

(2019/C 315/07)

Fil-Każ E-5/18, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punti 7d, 7f u 7k tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE) kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tal-Ftehim, billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqset milli tavża lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA bih, il-Qorti, komposta minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen (Imħallef-Rapporteur) u Bernd Hammermann, Imħallfin, tat sentenza fl-14 ta’ Mejju, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 7d tal-Kapitlu III tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE), kif adattata għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tal-Ftehim, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien preskritt.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.