6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/15


SENTENZA TAL-QORTI

tad-29 ta’ Lulju 2016

fil-Kawża E-32/15

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs il-Prinċipat tal-Liechtenstein

(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jwettaq l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2006/126/KE — id-Direttiva 2011/94/UE — id-Direttiva 2012/36/UE)

(2017/C 108/13)

Fil-Kawża E-32/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs il-Prinċipat ta’ Liechtenstein – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Prinċipat tal-Lichtenstein naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Atti msemmija f’punt 24f tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (tfassil mill-ġdid), id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/94/UE tat-28 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/36/UE tad-19 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottax il-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta l-Atti fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqas milli javża lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef-Relatur), Imħallfin, tat sentenza fid-29 ta’ Lulju 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li l-Prinċipat tal-Lichtenstein naqsas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Atti msemmija f’punt 24f tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (tfassil mill-ġdid), id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/94/UE tat-28 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/36/UE tad-19 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE, kif adattata għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottax il-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta l-Atti fil-ħinijiet previsti.

2.

Tordna lill-Prinċipat tal-Liechtenstein biex iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.