4.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA

Nru 1/2010/SC

tat-28 ta’ Jannar 2010

li tistabbilixxi l-Kumitat Proviżorju dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014

IL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-ftehim li għandu jiġu konkluż u li jistabilixxi l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE il-ġdid għall-perjodu 2009-2014,

B’kunsiderazzjoni għall-ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Komunità Ewropea għall-istabilizzazzjoni ta’ Mekkaniżmu Finanzjaru Norveġiż għall-perjodu 2009-2014,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Kumitat Proviżorju dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Kumitat Proviżorju, li għandu jiba’ jopera mill-iżjed fis possibbli, huwa b’dan stabbilit.

2.   Il-Kumitat Proviżorju se jassisti lill-Istati tal-EFTA biex jippreparaw għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2009-2014.

3.   Il-Kumitat Proviżorju se jirrapporta lill-Kumitat Permanenti.

4.   Il-Kumitat Proviżorju jista’ jiġi assistit mill-Missjonijiet tal-Istati tal-EFTA u taż-ŻEE għall-UE.

5.   Il-Kumitat Proviżorju sejjer, fid-dħul fis-seħħ tiegħu jew fil-ġurnata tal-applikazzjoni proviżorja tal-att legali li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ZEE 2009-2014, jiġi sostitwit minn Kumitat dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014.

6.   Il-Kumitat Priviżorju se jiddiskuti u jevalwa l-koordinazzjoni possibbli bejn il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż.

7.   Il-Kumitat Proviżorju se jagħżel President li se jkun konfermat mill-Kumitat Permanenti.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandu jkollha effett immedjat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2010.

F’isem il-Kumitat Permanenti

Il-President

L-A.S.T. Il-Prinċep Nikolaus tal-LIECHTENSTEIN

Is-Segretarju-Ġenerali

Kåre BRYN