23.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/16


Sejħa għall-proposti 2023 - EAC/A10/2022

Il-Programm Erasmus+

(2022/C 444/07)

1.   Introduzzjoni u Għanijiet

Din is-sejħa għall-proposti hija msejsa fuq ir-Regolament (UE) Nru 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament Erasmus+”) kif ukoll dwar il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2023 tal-Erasmus+ (C(2022)6002). Il-Programm Erasmus+ ikopri l-perjodu mill-2021 sal-2027. L-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programm Erasmus+ jinsabu fl-Artikolu 3 tar-Regolament Erasmus+.

2.   Azzjonijiet

Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:

L-Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) — Il-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi:

Il-mobbiltà tal-individwi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

Attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ

DiscoverEU – Azzjoni ta’ Inklużjoni

Skambji virtwali fl-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ

Il-mobbiltà tal-persunal fil-qasam tal-isport

Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) - Kooperazzjoni fost l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Sħubijiet għall-Kooperazzjoni:

Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni

Sħubijiet fuq Skala żgħira

Sħubijiiet għall-Eċċellenza:

Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali

Azzjoni Erasmus Mundus

Sħubijiet għall-Innovazzjoni:

Alleanzi għall-innovazzjoni

Proġetti li jħarsu ’l quddiem

Il-bini tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport

Avvenimenti Sportivi Ewropej mingħajr Skop ta’ Qligħ

Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) - Appoġġ għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni

Żgħażagħ Ewropej Flimkien

Azzjonijiet Jean Monnet:

Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

Jean Monnet f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u tat-taħriġ

3.   Eliġibbiltà

Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista' japplika għal finanzjament mill-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma fost iż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament fejn tidħol il-mobbiltà għat-tagħlim taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema żgħażagħ, l-attivitajiet tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-Azzjoni ta’ Inklużjoni DiscoverEU.

Dawn il-Pajjiżi li ġejjin jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ (2):

is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej,

il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm:

il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja,

il-pajjiżi kandidati tal-UE: ir-Repubblika tat-Turkija, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq u r-Repubblika tas-Serbja (3).

Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm.

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ tal-2023 għal aktar dettalji dwar il-modalitajietgħal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.

4.   Baġit u durata tal-proġetti

L-istima tal-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti hija stmata għal EUR 3 393,17 miljun:

Edukazzjoni u Taħriġ:

EUR

2 980,70 miljun

Żgħażagħ:

EUR

321,12 miljun

Sport:

EUR

65,13 miljun

Jean Monnet:

EUR

26,22 miljun

Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikati fil-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2023 tal-Erasmus+ li ġie adottat fil-25 ta’ Awwissu 2022, u jista’ jiġi mmodifikat soġġett għal emenda tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+. L-applikanti potenzjali mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus + u l-emendi tiegħu, ippubblikati fuq:

https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/documents/annual-work-programmes_mt

L-għotjiet mogħtija kif ukoll id-durata tal-proġetti jvarjaw skont il-fatturi bħalma huma t-tip ta’ proġett, it-tip ta’ applikanti eliġibbli u l-għadd ta’ sħab involuti.

Il-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet tax-xogħol imwettaq minn voluntiera fl-ambitu ta’ azzjoni abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati u definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2019)2646. Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet tal-voluntiera.

5.   Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

L-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet speċifikati hawn taħt kollha jirreferu għall-ħin ta’ Brussell.

Azzjoni Ewlenija 1

Mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

23 ta’ Frar 2023 f’12:00

Mobbiltà tal-individwi fl-oqsma tal-VET, tal-edukazzjoni skolastika u tal-edukazzjoni għall-adulti

23 ta’ Frar 2023 f’12:00

Il-mobbiltà tal-persunal fil-qasam tal-isport

23 ta’ Frar 2023 f’12:00

Mobbiltà internazzjonali li tinvolvi pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm

23 ta’ Frar 2023 f’12:00

Akkreditazzjonijiet tal-Erasmus fil-VET, fl-edukazzjoni skolastika u fl-edukazzjoni għall-adulti

19 ta’ Ottubru 2023 f’12:00

Akkreditazzjoni tal-Erasmus fil-qasam taż-żgħażagħ

19 ta’ Ottubru 2023 f’12:00

Mobbiltà tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

23 ta’ Frar 2023 f’12:00

Mobbiltà tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

4 ta’ Ottubru 2023 f’12:00

Azzjoni ta’ Inklużjoni DiscoverEU

4 ta’ Ottubru 2023 f’12:00

Skambji virtwali fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ

26 ta’ April 2023 fil-17:00


Azzjoni Ewlenija 2

Sħubiji ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, ħlief dawk ippreżentati mill-NGOs Ewropej

22 ta’ Marzu 2023 f’12:00

Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ sottomessi mill-NGOs Ewropej

22 ta’ Marzu 2023 fil-17:00

Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-isport

22 ta’ Marzu 2023 fil-17:00

Sħubijiiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ, ħlief dawk sottomessi mill-NGOs Ewropej

4 ta’ Ottubru 2023 f’12:00

Sħubijiet fuq skala żgħira fl-oqsma tal-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ

22 ta’ Marzu 2023 f’12:00

Sħubijiet fuq skala żgħira fl-oqsma tal-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ

4 ta’ Ottubru 2023 f’12:00

Sħubijiet fuq skala żgħira fil-qasam tal-isport

22 ta’ Marzu 2023 fil-17:00

Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali

8 ta’ Ġunju 2023 fil-17:00

Azzjoni Erasmus Mundus

16 ta’ Frar 2023 fil-17:00

Alleanzi għall-Innovazzjoni

3 ta’ Mejju 2023 fil-17:00

Proġetti li jħarsu ’l quddiem

15 ta’ Marzu 2023 fil-17:00

Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Edukazzjoni Għolja

16 ta’ Frar 2023 fil-17:00

Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali

28 ta’ Frar 2023 fil-17:00

Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam taż-Żgħażagħ

8 ta’ Marzu 2023 fil-17:00

Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Isport

22 ta’ Marzu 2023 fil-17:00

Avvenimenti Sportivi Ewropej mingħajr Skop ta’ Qligħ

22 ta’ Marzu 2023 fil-17:00


Azzjoni Ewlenija 3

Żgħażagħ Ewropej Flimkien

9 ta’ Marzu 2023 fil-17:00


Networks u Azzjonijiet Jean Monnet

14 ta’ Frar 2023 fil-17:00

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

6.   Informazzjoni fid-dettall

Ara l-kundizzjonijiet ta' din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+ tal-2023 fl-indirizz tal-internet li ġej:

http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/programme-guide

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ tifforma parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.


(1)  ĠU L 189, 28.5.2021, p. 1

(2)  L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.

(3)  Soġġett għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali