8.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 120/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

EPSO/AD/391/21 — ESPERTI FL-APPOĠĠ TEKNIKU LIR-RIFORMI STRUTTURALI TAL-ISTATI MEMBRI U ESPERTI FL-ACQUIS TA’ SCHENGEN (AD 7)

(2021/C 120 A/01)

Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: Il-11 ta’ Mejju 2021 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali, fuq il-bażi ta’ kwalifiki u testijiet, biex jitfasslu żewġ listi ta’ riżerva li minnhom prinċipalment id-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ għar-Riformi Strutturali (DĠ REFORM) u d-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni (DĠ HOME) tal-Kummissjoni Ewropea jistgħu jirreklutaw membri ġodda tas-servizz ċivili bħala “ amministraturi ” (grupp ta’ funzjoni AD).

Dan l-Avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legali vinkolanti għal din il-proċedura tas-selezzjoni.

Ara l-ANNESS III għar-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali.

L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula:

1.

Appoġġ għar-riforma strutturali: 45

2.

L-acquis ta’ Schengen: 25

Dan l-Avviż ikopri żewġ oqsma. Tista’ tapplika biss għal wieħed. Din l-għażla trid tagħmilha meta tkun qed tapplika online u ma tistax tibdilha ġaladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni online tiegħek.

Matul din il-proċedura ta’ selezzjoni, tiġi mistieden tagħmel bosta testijiet kif indikat f’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni. L-EPSO jiżgura li l-kundizzjonijiet li bihom tagħmel dawn it-testijiet ikunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika relevanti (iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard/awtoritajiet oħra internazzjonali/Ewropej u nazzjonali).

LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ?

1.    Riforma tal-appoġġ strutturali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ għar-Riformi Strutturali jkun l-impjegatur ewlieni għal dan il-qasam tal-kompetizzjoni. L-esperti reklutati jkunu inkarigati mit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ proġetti ta’ appoġġ tekniku, bil-għan li jappoġġaw riformi amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri, fl-oqsma/setturi ta’ kompetenza li ġejjin:

L-amministrazzjoni pubblika

Is-sistema ġudizzjarja

Is-settur finanzjarju

L-amministrazzjoni tad-dħul pubbliku

Il-ġestjoni tan-nefqa

L-ambjent tan-negozju

Is-settur tal-enerġija u tal-klima

Is-settur tal-ambjent

Is-settur tal-edukazzjoni

Is-settur tas-saħħa

Is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali

Id-diġitalizzazzjoni

Bħala espert fir-riforma strutturali, tkun mistenni li tkun operazzjonali immedjatament u li turi livell għoli ta’ għarfien espert fir-riforma f’wieħed jew aktar mill-oqsma/setturi msemmija hawn fuq. Ikollok turi wkoll il-kapaċità li tipprovdi pariri u appoġġ għat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tar-riformi lill-amministrazzjonijiet pubbliċi.

2.    L-acquis ta’ Schengen

Id-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni jkun l-impjegatur ewlieni għal dan il-qasam tal-kompetizzjoni. L-esperti reklutati jkollhom juru għarfien espert u għarfien legali, ta’ politika jew prattiku rilevanti, u jkunu inkarigati mit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fl-Istati Membri, bil-għan li jissaħħaħ il-qafas legali u ta’ politika fis-seħħ, fl-oqsma/setturi ta’ kompetenza li ġejjin:

Il-ġestjoni integrata tal-fruntieri

Il-ġestjoni tal-fruntieri esterni

Il-kooperazzjoni tal-pulizija fil-qasam tal-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen

Il-politika dwar il-viżi

Sistemi ta’ Informazzjoni fuq skala kbira għall-fruntieri, il-migrazzjoni u s-sigurtà, l-interoperabbiltà tagħhom u l-awtomazzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri

Is-settur tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluż ir-ritorn

Bħala “espert ta’ Schengen”, tkun mistenni li tkun operazzjonali immedjatament u li turi livell għoli ta’ għarfien espert f’wieħed jew aktar mill-oqsma/setturi msemmija hawn fuq. Trid tkun tista’ tipprovdi pariri u appoġġ, spiss bi skadenzi stretti, għat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politika fil-kuntest ta’ riformi possibbli tal-acquis ta’ Schengen. Bħala parti mill-kompiti tiegħek, tkun mistenni twettaq missjonijiet frekwenti fl-Istati Membri biex twettaq evalwazzjonijiet fil-post jew biex tipparteċipa f’laqgħat mal-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE.

Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar il-kompiti tipiċi li għandhom jitwettqu.

JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?

Trid tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi KOLLHA li ġejjin sad-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet online:

1)    Kundizzjonijiet ġenerali

Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta' Stat Membru tal-UE

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari

Tissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għall-kompiti kkonċernati

2)    Kundizzjonijiet speċifiċi – lingwi

Irid ikollok għarfien ta’ mill-inqas żewġ lingwi uffiċjali tal-UE; waħda minnhom b’minimu ta’ livell C1 (għarfien profond) u b’livell minimu ta’ B2 fl-oħra (għarfien sodisfaċenti).

Ta’ min jinnota li l-livelli minimi meħtieġa hawn fuq iridu japplikaw għal kull ħila lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) mitluba fil-formola ta’ applikazzjoni. Dawn il-kapaċitajiet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi: https://rm.coe.int/CoERMPublicCommonSearchServices/DisplayDCTMContent?documentId=090000168045bb60

F’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni nagħmlu referenza għal-lingwi bħala:

Lingwa 1: il-lingwa użata għat-testijiet b’Ġħażla Multipla bbażati fuq il-kompjuter;

Lingwa 2: il-lingwa użata għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener), u għat-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni. Din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwa 1.

Il-komunikazzjoni permezz tal-profil tal-EPSO bejn l-EPSO u l-kandidati li jkunu ppreżentaw applikazzjoni valida ssir f’waħda mil-lingwi li jkunu ddikjaraw fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom fil-livell B2 jew ogħla.

Il-Lingwa 2 trid tkun l-Ingliż jew il-Franċiż.

Din il-kompetizzjoni qed tiġi organizzata biex twieġeb għall-ħtiġijiet tad-DĠ REFORM u d-DĠ HOME. Fuq il-bażi tar-raġunijiet elenkati hawn taħt, il-kandidati magħżula rreklutati f’dawn id-Direttorati Ġenerali jrid ikollhom għarfien sodisfaċenti (livell minimu B2) tal- Ingliż jew tal- Franċiż .

Filwaqt li l-għarfien ta’ lingwi addizzjonali jista’ jkun ta’ vantaġġ, id-DĠ REFORM u d-DĠ HOME jirrikorru l-aktar għall-Ingliż, u sa ċertu punt għall-Franċiż, għal xogħol analitiku, komunikazzjoni interna, kif ukoll komunikazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati esterni, pubblikazzjonijiet u rapporti, leġiżlazzjoni, kif imsemmi taħt “Dmirijiet” fl-Anness I. Meta jikkomunikaw ma’ istituzzjonijiet oħra, id-DĠ REFORM u d-DĠ HOME jużaw ukoll dawn iż-żewġ lingwi b’mod ewlieni.

Fid-dawl ta’ dan, il-punti li ġejjin dwar il-lingwi użati mill-persunal tad-DĠ REFORM u d-DĠ HOME jenħtieġ li jiġu enfasizzati:

L-Ingliż u l-Franċiż huma l-lingwi ewlenin f’dak li għandu x’jaqsam mal-komunikazzjoni bejn il-persunal ta’ dawn id-direttorati ġenerali, il-laqgħat interni jew is-sessjonijiet interni ta’ taħriġ. L-Ingliż huwa użat wkoll b’mod wiesa’ biex titwettaq ħidma analitika, għall-komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni, u għall-abbozzar ta’ pubblikazzjonijiet, rapporti u proposti leġiżlattivi. Il-persunal jabbozza wkoll sessjonijiet ta’ informazzjoni u diskorsi l-aktar bl-Ingliż.

L-Ingliż u l-Franċiż huma l-lingwi ewlenin użati minn dawn iż-żewġ Direttorati Ġenerali fil-laqgħat ma’ servizzi oħra tal-Kummissjoni, fil-konsultazzjonijiet bejn is-servizzi u fil-proċeduri tal-awditjar;

Is-sessjonijiet ta’ taħriġ interni għall-impjegati ġodda jsiru wkoll bl-Ingliż u bil-Franċiż.

Il-persunal jista’ juża lingwi oħra minbarra l-Ingliż u l-Franċiż, pereżempju għal xogħol speċifiku għall-pajjiż, u l-għarfien ta’ lingwi oħra huwa meqjus bħala vantaġġ. Madankollu, il-kandidati ta’ suċċess jeħtieġu għarfien tal-Ingliż jew il-Franċiż mill-inqas fil-livell B2 sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti msemmija fit-taqsima rilevanti tal-Avviż u fl-Anness I u jkunu immedjatament operattivi wara r-reklutaġġ.

Għalhekk, fir-rigward tal-punt 4) tat-Taqsima “KIF NINTGĦAŻEL”, l-Ingliż u l-Franċiż iridu jintużaw għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener), u għat-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni. Barra minn hekk, it-Talent Screener huwa soġġett għal valutazzjoni komparattiva mill-Bord tas-Selezzjoni. Dan jintuża bħala dokument ta’ referenza mill-Bord waqt l-intervista relatata mal-qasam fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni, u jintuża għal skopijiet ta’ reklutaġġ jekk kandidat jirnexxi: huwa għalhekk fl-interess tas-servizz u tal-kandidati li t-Talent Screener jimtela bil-lingwa 2 (l-Ingliż jew il-Franċiż)

3)    Kundizzjonijiet speċifiċi – kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas erba’ (4) snin , iċċertifikati b’diploma, segwiti minn minimu ta’ sitt (6) snin esperjenza professjonali relatata direttament mad-dmirijiet tal-qasam magħżul kif indikat fl-Anness I,

jew

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ta’ mill-inqas tliet (3) snin , iċċertifikati b’diploma, segwiti minn minimu ta’ seba’ (7) snin esperjenza professjonali relatata direttament mad-dmirijiet tal-qasam magħżul kif indikat fl-Anness I.

Ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

KIF NINTGĦAŻEL?

1)    Il-proċess tal-applikazzjoni

Meta timla l-applikazzjoni tiegħek, trid:

tagħżel lingwa 1 u lingwa 2

lingwa 1 minn fost l-24 lingwa uffiċjali tal-UE; kif ukoll

lingwa 2 bejn l-Ingliż jew il-Franċiż.

tikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek għall-kompetizzjoni

tipprovdi aktar informazzjoni rilevanti għall-kompetizzjoni (pereżempju: diplomi, esperjenza ta’ xogħol, u tweġibiet għal mistoqsijiet speċifiċi għall-qasam (Talent Screener)).

Tista’ tagħżel xi waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE biex timla l-formola tal-applikazzjoni tiegħek ħlief fit-taqsima tat- Talent Screener li trid timtela bil-lingwa 2 tiegħek (l-Ingliż jew il-Franċiż) .

Bil-validazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek, tkun qed tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” Meta tkun ivvalidajt il-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista’ tagħmel aktar tibdil. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tara li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek sal-iskadenza .

2)    Testijiet ta' Mistoqsijiet b’Għażla Multipla (MCQ) fuq il-kompjuter

Jekk in-numru ta’ kandidati jaqbeż ċertu limitu għal kull qasam, kif definit mid-Direttriċi tal-EPSO li taġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra, il-kandidati kollha li jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jkunu mistiedna jattendu sensiela ta’ testijiet MCQ fuq il-kompjuter jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod.

Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. Tipikament, tiġi offrut diversi dati li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet, f’diversi postijiet. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar huma limitati .

Jekk in-numru ta’ kandidati jkun taħt il-limitu , dawn it-testijiet minflok jiġu organizzati waqt iċ-ċentru ta’ valutazzjoni (punt 5).

It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:

Testijiet

Lingwa

Mistoqsijiet

Tul ta’ żmien

Marka

Marka minima meħtieġa

Raġunament verbali

Lingwa 1

20 mistoqsija

35 minuta

Sa 20 punt

10/20

Raġunament numeriku

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

20 minuta

Sa 10 punti

Numeriku + astratt flimkien: 10/20

Raġunament astratt

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

10 minuti

Sa 10 punti

Dawn it-testijiet huma eliminatorji u ma jgħoddux għat-testijiet l-oħrajn li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni.

3)    Kontrolli tal-eliġibbiltà

Ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà stabbiliti fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” hawn fuq jiġu ċċekkjati mad-data pprovduta fl-applikazzjonijiet online tal-kandidati. L-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà filwaqt li l-Bord tas-Selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà fit-Taqsimiet “Edukazzjoni u Taħriġ” u “Esperjenza Professjonali” tal-applikazzjoni online tal-kandidati, filwaqt li jitqiesu d-dmirijiet indikati fl-Anness I.

Hemm żewġ xenarji possibbli:

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter jiġu organizzati minn qabel , il-Bord tas-Selezzjoni jipproċedi bil-kontrolli tal-eliġibbiltà tal-files tal-kandidati li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa fit-testijiet kollha, kif definit fl-Avviż tal-kompetizzjoni, u f’ordni dixxendenti tal-marki rilevanti miksuba f’dawk it-testijiet. Il-files jiġu ċċekkjati sakemm in-numru ta’ kandidati eliġibbli jilħaq ċertu limitu, definit mid-Direttriċi tal-EPSO li taġixxi bħala Awtorità tal-Ħatra qabel l-ittestjar, u dawk il-kandidati biss jiġu mistiedna għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Il-files l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter ma jiġux organizzati minn qabel , il-files tal-kandidati kollha li jkunu vvalidaw l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà.

Innota li d-dokumenti ta’ prova tal-kandidati jiġu ċċekkjati fi stadju aktar tard (ara l-punt 6 hawn taħt).

4)    Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener)

Sabiex il-Bord tas-Selezzjoni jkun jista’ jagħmel valutazzjoni oġġettiva tal-merti komparattivi tal-kandidati kollha b’mod strutturat, kull kandidat fl-istess qasam ta’ din il-kompetizzjoni jrid iwieġeb l-istess sett ta’ mistoqsijiet fit-Taqsima “Talent Screener” tal-formola ta’ applikazzjoni bil-lingwa 2. Is-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki ssir biss għal dawk il-kandidati li jitqies li jkunu eliġibbli kif deskritt hawn fuq fil-punt 3, bl-użu tal-informazzjoni pprovduta f’din it-Taqsima tat-Talent Screener biss . Għalhekk trid tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti fit-tweġibiet tiegħek fit-Taqsima Talent Screener, anki jekk tkun diġà semmejtha f’taqsimiet oħra tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq il-kriterji tas-selezzjoni inklużi f’dan l-avviż.

Ara l-ANNESS II għal-lista ta’ kriterji.

Biex jagħmel is-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki, il-Bord tas-Selezzjoni l-ewwel jassenja piż lil kull kriterju tas-selezzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (minn 1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti. Il-punti jiġu mbagħad immultiplikati bil-piż għal kull kriterju u magħduda flimkien biex jiġu identifikati dawk il-kandidati li l-profili tagħhom jaqblu l-aħjar il-kompiti li jitwettqu.

Dawk il-kandidati li jkunu kisbu l-aħjar marki totali wara s-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki (Talent Screener) biss jgħaddu għall-istadju li jmiss.

5)    Ċentru ta’ valutazzjoni

Għal din il-fażi, jiġi mistieden għadd ta’ kandidati li ma jkunx iktar minn tliet (3) darbiet daqs il-kandidati ammessi li jkunu qed jiġu mfittxija għal kull qasam. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek u jekk għandek waħda mill- ogħla marki totali fis-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki, tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata waħda jew diversi ġranet f’ċentru ta’ valutazzjoni (online jew personalment) bil- lingwa 2 tiegħek (l-Ingliż jew il-Franċiż) . Innota li l-istudju tal-każ u t-test bil-miktub fil-qasam jistgħu jiġu organizzati jew f’wieħed miċ-ċentri tat-test akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 2 ma jkunux ġew organizzati minn qabel , tagħmilhom waqt il-fażi taċ-ċentru ta’ valutazzjoni jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. Dawn it-testijiet huma eliminatorji u l-marki miksuba ma jiżdidux mal-marki ta’ testijiet oħra li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni fil-kalkolu tal-punteġġ totali tiegħek.

Sakemm ma tingħatax struzzjonijiet oħra, ikollok ittella’ kopji skennjati tad-dokumenti ta’ prova tiegħek fil-kont tal-EPSO tiegħek. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.

Fiċ-ċentru ta' valutazzjoni jiġu ttestjati tmien kompetenzi ġenerali kif ukoll il-kompetenzi relatati mal-qasam meħtieġa għall-kompetizzjoni permezz ta’ ħames (5) testijiet (intervista ġenerali bbażata fuq il-kompetenza, studju tal-każ, intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali, intervista relatata mal-qasam u test bil-miktub fil-qasam) kif deskritt fil-matriċijiet li ġejjin:

Kompetenza

Testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

Studju tal-każ

2.

Komunikazzjoni

Studju tal-każ

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

3.

Kwalità u riżultati

Studju tal-każ

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

4.

Tagħlim u żvilupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

Studju tal-każ

6.

Reżiljenza

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

7.

Ħidma ma’ oħrajn

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

8.

Ħiliet ta’ tmexxija

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

Marki minimi meħtieġa: 3/10 għal kull kompetenza u 40/80 b’kollox

Kompetenza

Test

Marka minima meħtieġa

Kompetenzi relatati mal-qasam

Intervista relatata mal-qasam

25/50

Eżami bil-miktub fil-qasam

25/50

6)    Lista ta’ riżerva

Wara li jiċċekkja d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati vis-à-vis l-informazzjoni pprovduta fil-formola ta’ applikazzjoni online tagħhom, il-Bord tas-Selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ riżerva għal kull qasam – sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati li għaddew – minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa kollha kif ukoll l-ogħla marki wara ċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f'ordni alfabetiku.

Il-listi ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalitattiv mill-Bord tas-Selezzjoni, tal-kandidati ta' suċċess ikunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tagħti l-ebda dritt jew garanzija li persuna tiġi rreklutata.

OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠĠUSTAMENTI SPEĊJALI

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess indaqs lill-kandidati kollha.

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-ħila tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn.

Skopri aktar dwar il-politika ta’ opportunitajiet indaqs tagħna u l-proċedura biex titlob aġġustamenti speċjali fuq il-website tagħna (https://epso.europa.eu/how-to-apply/equal-opportunities_mt) u fir-Regoli Ġenerali annessi ma’ dan l-avviż (taħt il-punt 1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali).

FEJN U META NISTA' NAPPLIKA?

Biex tapplika, l-ewwel trid toħloq kont tal-EPSO. Kun af li tista’ toħloq kont tal-EPSO wieħed biss għal kull applikazzjoni tal-EPSO.

Applika online fuq il-website tal-EPSO https://jobs.eu-careers.eu sal-:

11 ta’ Mejju 2021 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell.


ANNESS I

DMIRIJIET

1.    Appoġġ għar-riforma strutturali:

Il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex amministraturi b’għarfien qawwi u b’għarfien espert fir-riformi strutturali. L-amministraturi reklutati jkunu mistennija jwettqu kompiti bħal dawk deskritti hawn taħt, f’wieħed jew aktar mill-oqsma/setturi ta’ kompetenza li ġejjin:

L-amministrazzjoni pubblika

Is-sistema ġudizzjarja

Is-settur finanzjarju

L-amministrazzjoni tad-dħul pubbliku

Il-ġestjoni tan-nefqa

L-ambjent tan-negozju

Is-settur tal-enerġija u tal-klima

Is-settur tal-ambjent

Is-settur tal-edukazzjoni

Is-settur tas-saħħa

Is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali

Id-diġitalizzazzjoni

F’dawn l-oqsma/setturi ta’ kompetenza, id-dmirijiet ewlenin tal-amministraturi jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

L-għoti ta’ pariri diretti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-livell tekniku u politiku (billi jiġu diskussi l-ħtiġijiet ta’ riforma), it-traduzzjoni tat-talbiet tal-Istati Membri għal appoġġ fi proġetti ta’ appoġġ tekniku u l-kontribut għall-implimentazzjoni b’suċċess tagħhom fil-post;

It-tfassil u l-koordinazzjoni ta’ proġetti ta’ appoġġ tekniku, kif miftiehem mal-Istati Membri, f’koordinazzjoni ma’ servizzi oħra tal-Kummissjoni u fornituri ta’ appoġġ tekniku (uffiċjali minn Stati Membri oħra, organizzazzjonijiet internazzjonali, aġenziji pubbliċi, esperti privati);

L-għoti ta’ appoġġ tekniku dirett għat-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riforma;

Il-ġestjoni ta’ kuntratti kumplessi jew ftehimiet ta’ appoġġ tekniku lill-Istati Membri, inkluż l-abbozzar tat-termini ta’ referenza u d-deskrizzjoni tal-azzjonijiet;

Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni operazzjonali tal-appoġġ tekniku lill-Istati Membri;

Il-kontribut għall-evalwazzjoni tar-riżultati tal-proġetti ta’ appoġġ tekniku u tar-riformi rilevanti;

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni f’diskussjonijiet mal-Istati Membri u partijiet ikkonċernati oħra (b’mod partikolari l-fornituri ta’ appoġġ tekniku);

L-għoti ta’ analiżi ġenerali dwar l-iżviluppi tal-politika fil-qasam/is-settur tal-għarfien espert;

L-għoti ta’ kontributi minn proġetti ta’ appoġġ tekniku fil-proċessi ta’ governanza tal-Unjoni Ewropea, bħas-Semestru Ewropew.

2.    L-acquis ta’ Schengen

Il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex amministraturi b’għarfien qawwi tal-acquis ta’ Schengen u b’għarfien espert fih. L-acquis ta’ Schengen huwa magħmul minn sett ta’ regoli b’firxa wiesgħa u li qed jiżviluppa malajr li jkopri l-ġestjoni tal-fruntieri esterni, serje ta’ miżuri ta’ akkumpanjament u ta’ kumpens kif ukoll mekkaniżmu robust ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ. L-acquis ta’ Schengen jikkonċerna oqsma/setturi ta’ politika differenti li dwarhom hija meħtieġa kompetenza esperta speċifika fil-Kummissjoni biex jiġu żviluppati politiki ġodda u jingħata appoġġ tekniku lill-Istati Membri (fil-kuntest tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ).

L-amministraturi reklutati jkunu mistennija jwettqu kompiti bħal dawk deskritti hawn taħt, f’wieħed jew aktar mill-oqsma/setturi ta’ kompetenza li ġejjin:

Ġestjoni integrata tal-fruntieri

Ġestjoni tal-fruntieri esterni

Il-kooperazzjoni tal-pulizija fil-qasam tal-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen

Politika tal-viża u dokumenti tal-ivvjaġġar

Sistemi ta’ Informazzjoni fuq skala kbira għall-fruntieri, il-migrazzjoni u s-sigurtà, l-interoperabbiltà tagħhom u l-awtomazzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri

Is-settur tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluż ir-ritorn

F’dawn l-oqsma/setturi ta’ kompetenza, id-dmirijiet ewlenin tal-amministraturi jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

It-tħejjija ta’ inizjattivi leġiżlattivi dwar l-acquis ta’ Schengen u l-parteċipazzjoni fin-negozjati mal-koleġiżlatur;

Il-kontribut għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi ġodda ta’ politika għall-acquis ta’ Schengen;

L-għoti ta’ analiżi ġenerali dwar l-iżviluppi tal-politika fil-qasam/is-settur tal-għarfien espert;

Il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-acquis ta’ Schengen;

L-identifikazzjoni ta’ ħtiġijiet ġodda u l-adattament tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-acquis ta’ Schengen fuq il-bażi tal-eżitu tal-evalwazzjoni tiegħu;

It-tħejjija u l-koordinazzjoni tal-missjonijiet ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen dwar l-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen mill-Istati Membri u l-pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen; it-tmexxija tat-tim ta’ esperti u s-segwitu mal-Istati Membri evalwati f’koordinazzjoni ma’ servizzi oħra tal-Kummissjoni u fornituri ta’ appoġġ tekniku (organizzazzjonijiet internazzjonali, aġenziji deċentralizzati tal-UE, jiġifieri s-CEPOL, il-EUROPOL, l-eu-LISA u l-FRONTEX);

Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni operattiva tal-acquis ta’ Schengen mill-Istati Membri u l-Aġenziji tal-UE;

L-għoti ta’ pariri diretti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-livell tekniku u politiku billi jiġu diskussi l-ħtiġijiet għat-titjib tal-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen;

Il-kontribut għall-evalwazzjoni ta’ proġetti li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen;

L-għoti ta’ input għal proġetti fil-kuntest tal-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (Border Management Visa Instrument, BMVI) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (Integrated Border Management Fund, IBMF) u l-Fond għall-Migrazzjoni għall-Ażil (Asylum Migration Fund, AMF);

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni f’diskussjonijiet mal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u partijiet ikkonċernati oħra, inklużi l-fornituri ta’ appoġġ tekniku.

Tmiem l-ANNESS I, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS II

KRITERJI TAS-SELEZZJONI

1.    Appoġġ għar-riforma strutturali

Il-Bord tas-Selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:

1.

Esperjenza professjonali fl-appoġġ tat-tfassil ta’ programmi/proġetti ta’ riforma tas-settur pubbliku f’wieħed jew aktar mill-oqsma/setturi ta’ kompetenza li ġejjin:

L-amministrazzjoni pubblika

Is-sistema ġudizzjarja

Is-settur finanzjarju

L-amministrazzjoni tad-dħul pubbliku

Il-ġestjoni tan-nefqa

L-ambjent tan-negozju

Is-settur tal-enerġija u tal-klima

Is-settur tal-ambjent

Is-settur tal-edukazzjoni

Is-settur tas-saħħa

Is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali

Id-diġitalizzazzjoni

2.

Esperjenza professjonali fl-implimentazzjoni ta’ programmi/proġetti ta’ riforma tas-settur pubbliku f’wieħed jew aktar mill-oqsma/setturi ta’ kompetenza li ġejjin:

L-amministrazzjoni pubblika

Is-sistema ġudizzjarja

Is-settur finanzjarju

L-amministrazzjoni tad-dħul pubbliku

Il-ġestjoni tan-nefqa

L-ambjent tan-negozju

Is-settur tal-enerġija u tal-klima

Is-settur tal-ambjent

Is-settur tal-edukazzjoni

Is-settur tas-saħħa

Is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali

Id-diġitalizzazzjoni

3.

Esperjenza professjonali fl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tar-riformi fis-settur pubbliku implimentati f’wieħed jew aktar mill-oqsma/setturi ta’ kompetenza li ġejjin:

L-amministrazzjoni pubblika

Is-sistema ġudizzjarja

Is-settur finanzjarju

L-amministrazzjoni tad-dħul pubbliku

Il-ġestjoni tan-nefqa

L-ambjent tan-negozju

Is-settur tal-enerġija u tal-klima

Is-settur tal-ambjent

Is-settur tal-edukazzjoni

Is-settur tas-saħħa

Is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali

Id-diġitalizzazzjoni

4.

Esperjenza professjonali fir-riformi tas-settur pubbliku miksuba waqt ħidma f’wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

Amministrazzjoni ta’ Stat Membru

Organizzazzjoni pubblika

Organizzazzjoni internazzjonali

Kumpanija Privata

Istituzzjoni Ewropea u korpi

5.

Esperjenza professjonali fl-appoġġ jew fil-koordinazzjoni ta’ strateġiji ta’ ġestjoni tal-bidla.

6.

Esperjenza professjonali f’negozjati ma’ jew f’isem Stat Membru jew Istituzzjoni Ewropea dwar ir-riforma fl-oqsma/setturi ta’ kompetenza f’dan il-qasam tal-kompetizzjoni.

7.

Esperjenza professjonali fl-akkwist pubbliku jew fil-ġestjoni tal-proġetti.

8.

Esperjenza professjonali fir-riċerka akkademika u/jew tagħlim dwar ir-riforma fl-oqsma/setturi ta’ kompetenza f’dan il-qasam tal-kompetizzjoni.

9.

Lawrja universitarja (Master jew PhD) fi studji bi speċjalizzazzjoni fir-riforma fl-oqsma/setturi ta’ kompetenza f’dan il-qasam tal-kompetizzjoni, flimkien mad-diploma meħtieġa għall-aċċess għall-kompetizzjoni.

10.

Diploma/Ċertifikat fil-ġestjoni tal-bidla, flimkien mad-diploma meħtieġa għall-aċċess għall-kompetizzjoni.

2.    L-acquis ta’ Schengen

Il-Bord tas-Selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:

1.

Esperjenza professjonali f’wieħed jew aktar mill-oqsma/setturi ta’ kompetenza li ġejjin:

Ġestjoni integrata tal-fruntieri

Ġestjoni tal-fruntieri esterni

Kooperazzjoni tal-pulizija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen

Politika tal-viża u dokumenti tal-ivvjaġġar

Sistemi ta’ Informazzjoni tal-UE fuq skala kbira għall-fruntieri, il-migrazzjoni u s-sigurtà, l-interoperabbiltà u l-awtomazzjoni tagħhom tal-kontrolli fil-fruntieri

Is-settur tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluż ir-ritorn

2.

Esperjenza professjonali fl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-qafas legali ta’ Schengen (pereżempju t-twettiq ta’ evalwazzjonijiet ta’ Schengen fil-livell nazzjonali jew tal-UE, awditi nazzjonali jew tal-UE) f’wieħed jew aktar mill-oqsma/setturi ta’ kompetenza li ġejjin:

Ġestjoni integrata tal-fruntieri

Ġestjoni tal-fruntieri esterni

Il-kooperazzjoni tal-pulizija fil-qasam tal-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen

Politika tal-viża u dokumenti tal-ivvjaġġar

Sistemi ta’ Informazzjoni tal-UE fuq skala kbira għall-fruntieri, il-migrazzjoni u s-sigurtà, l-interoperabbiltà tagħhom u l-awtomazzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri

Is-settur tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluż ir-ritorn

3.

Esperjenza professjonali fit-tħejjija u l-iżvilupp ta’ politika jew leġiżlazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, inkluż fl-istadji preliminari, bħall-komunikazzjoni tal-politika, il-valutazzjoni tal-impatt, il-konsultazzjoni pubblika, il-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet, u r-rappreżentanza f’kumitati jew gruppi ta’ esperti.

4.

Esperjenza professjonali fl-implimentazzjoni jew fl-infurzar tal-politika jew tal-leġiżlazzjoni tal-acquis ta’ Schengen.

5.

Esperjenza professjonali fl-iżvilupp ta’ strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-livell nazzjonali jew tal-UE.

6.

Esperjenza professjonali fl-iżvilupp u l-monitoraġġ ta’ operazzjonijiet tas-Sistemi ta’ Informazzjoni fuq skala kbira tal-UE għall-fruntieri, il-migrazzjoni u s-sigurtà u l-interoperabbiltà tagħhom jew fit-tfassil u n-negozjar u l-oqfsa tal-politika u regolatorji tagħhom.

7.

Esperjenza professjonali f’negozjati ma’ jew f’isem Stat Membru jew Istituzzjoni Ewropea fl-oqsma/setturi ta’ kompetenza f’dan il-qasam tal-kompetizzjoni.

8.

Lawrja universitarja (Master jew PhD) fl-istudji fl-oqsma/setturi ta’ kompetenza rilevanti għal dan il-qasam tal-kompetizzjoni, flimkien mad-diploma meħtieġa għall-aċċess għall-kompetizzjoni.

Tmien tal-ANNESS II, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS III

REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

INFORMAZZJONI ĠENERALI

Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.

Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.

Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.

1.   MIN JISTA’ JAPPLIKA?

1.1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi

Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.

Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jinħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ dan l-avviż li hija rilevanti għall-kompiti .

(a)

Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. F’dan ir-rigward, il-bord tas-selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni.

Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija.

(b)

L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u:

tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv;

tkun imħallsa;

tkun tinvolvi relazzjoni ta’ subordinazzjoni jew il-forniment ta’ servizz; kif ukoll

tkun suġġetta għal dawn il-kundizzjonijiet:

ħidma volontarja: jekk imħallsa u tinvolvi ħinijiet fil-ġimgħa u tul bħal impjieg normali;

apprendistati: jekk imħallsa;

servizz militari obbligatorju: magħmul qabel jew wara d-diploma meħtieġa għal perjodu li ma jaqbiżx it-tul ta’ żmien statutorju fl-Istat Membru tiegħek;

liv tal-maternità / tal-paternità / tal-adozzjoni: jekk kopert minn kuntratt ta’ impjieg;

dottorat: għal perjodu massimu ta’ tliet snin, bil-kundizzjoni li d-dottorat ikun effettivament inkiseb, u jekk ix-xogħol kienx imħallas jew le; kif ukoll

xogħol part-time: ikkalkulat pro rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma, pereżempju half-time għal sitt xhur ikun jiswa daqs tliet xhur.

1.2.   Dokumenti ta’ sostenn

Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).

Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:

dokumenti minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew

il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa;

(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti;

(għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem, u l-lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi.

B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.

Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta.

1.3.   Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabilità jew kundizzjoni tiżviluppa wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.

Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.

Jekk tiltaqa’ ma’ xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà, jew jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja t-tim tal-aċċessibbiltà tal-EPSO bil-:

posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu); jew

posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

EPSO accessibility

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

2.   MINN MIN NIĠI VVALUTAT?

Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.

Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom iridu jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.

L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).

L-ismijiet tal-membri tal-ġurija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.

3.   KOMUNIKAZZJONI

3.1.   Komunikazzjoni mal-EPSO

Jinħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament u esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.

F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.

L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, l-EPSO jirriserva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).

3.2.   Aċċess għall-informazzjoni

Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.

Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.

Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.

3.2.1.   Żvelar awtomatiku

Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:

It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza / l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament;

eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità li ma kinux issodisfati;

Talent Screener (Evalwatur tat-Talenti): ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek;

testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek;

testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss;

fażi / ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-bord tas-selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru / fil-fażi ta’ valutazzjoni.

Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunikax lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:

it-testijiet ikunu tlestew;

ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll

it-testi sors / l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri.

3.2.2.   Informazzjoni fuq talba

Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal eżerċizzji tal-e-tray u studji ta’ każijiet.

Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati.

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.

Kull talba għal informazzjoni jinħtieġ li tkun mibgħuta permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.

4.   ILMENTI U KWISTJONIJIET

4.1.   Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi

Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

F’kull korrispondenza, indika ismek (kif mogħti fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru tal-proċedura tas-selezzjoni.

Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet:

tavża lill-inviġilaturi immedjatament sabiex tkun tista’ tiġi investigata soluzzjoni fiċ-ċentru nnifsu. F’kull każ, itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll

ikkuntattja lill-EPSO mhux iktar tard minn tlett (3) ijiem kalendarji wara t-testijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju prinċipalment dwar il-proċess tal-ibbukkjar tat-test), segwi l-istruzzjonijiet fil-kont EPSO tiegħek u fuq is-sit web tal-EPSO jew ikkuntattja lill-EPSO minnufih permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

Għal kwistjonijiet bl-applikazzjoni tiegħek, trid tikkuntattja lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt). Mistoqsijiet mibgħuta inqas minn ħamest (5) ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet jistgħu ma jitweġbux qabel l-iskadenza.

4.2.   Proċeduri ta’ reviżjoni interna

4.2.1.   Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)

Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.

Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).

Taħt din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.

L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien tliet (3) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter;

tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun.

Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.

B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.

L-istess proċedura ta’ eżami mill-ġdid tapplika fir-rigward ta’ żbalji fl-eżerċizzju tal-e-tray.

4.2.2.   Talbiet għal rieżami

Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.

It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:

irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew

nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza.

Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li hija għamel żball. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.

L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.

Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.

4.3.   Forom oħra ta’ kontestazzjoni

4.3.1.   Ilmenti amministrattivi

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.

Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).

L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

4.3.2.   Appelli ġudizzjarji

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Innota li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tas-selezzjoni ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali biss jekk ikun ippreżentat ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 4.3.1). B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tal-għażla.

L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:

proċedura: ikkonsulta l-websajt tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/).

4.3.3.   L-Ombudsman Ewropew

Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew.

Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).

L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.

L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:

proċedura: Ikkonsulta l-websajt tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/).

4.4.   Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni

Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:

ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed;

applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli;

ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibilità;

għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa;

ma bbukkjajtx jew ma għamiltx wieħed jew iżjed mit-testijiet tiegħek;

qarraqt waqt it-testijiet;

ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwi meħtieġa f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, jew ma ddikjarajtx il-livell(i) minimu/i meħtieġ(a) għal dawn il-lingwi;

ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat;

inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni;

bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew tikketti/titoli ta’ diplomi); u/jew

iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi.

Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.

Tmiem tal-ANNESS III, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS IV

EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT L-ISTAT MEMBRU U R-RENJU UNIT U SKONT IL-GRAD LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET

Agħfas hawnhekk għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji

PAJJIŻ

Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6

Minn AST 1 sa AST 7

Minn AST 3 sa AST 11

Minn AD 5 sa AD 16

Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post-sekondarja)

Edukazzjoni post-sekondarja (kors post-sekondarju iżda mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta' perjodu ta' mill-inqas sentejn)

Edukazzjoni universitarja (ta’ mill-anqas tliet snin)

Edukazzjoni universitarja (erba' snin jew aktar)

Belgique — België — Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

Diplôme d'aptitude à accéder à l'enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

Diplôme d'enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature/Kandidaat

Graduat/Gegradueerde

Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor

Bachelor académique (180 crédits)

Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS)

Licence/Licentiaat

Master

Diplôme d'études approfondies (DEA)

Diplôme d'études spécialisées (DES)

Diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS)

Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur

Doctorat/Doctoraal diploma

България

Диплома за завършено средно образование

Специалист по …

 

Диплома за висше образование

Бакалавър

Магистър

Česká republika

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář)

Diplom o ukončení vysokoškolského studia

Magistr

Doktor

Danmark

Bevis for:

Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF)

Højere Handelseksamen (HHX)

Højere Afgangseksamen (HA)

Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser

= Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK)

Bachelorgrad (BA eller BS)

Professionsbachelorgrad

Diplomingeniør

Kandidatgrad/Candidatus

Master/Magistergrad (mag.art)

Licenciatgrad

ph.d.-grad

Deutschland

Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife

Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife

 

Fachhochschulabschluss

Bachelor

Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss/Master

Magister Artium/Magistra Artium

Staatsexamen/Diplom

Erstes Juristisches Staatsexamen

Doktorgrad

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Rakenduskõrghariduse diplom

Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

Magistrikraad

Arstikraad

Hambaarstikraad

Loomaarstikraad

Filosoofiadoktor

Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta/National Certificate

Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree

Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.)

Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS)

Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS)

Céim ollscoile/University degree

Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS)

Dochtúireacht/Doctorate

Ελλάδα

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (IΕΚ)

 

Πτυχίο ΑΕI (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕI)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

España

Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU)

Bachillerato

BUP

Diploma de Técnico especialista

FP grado superior (Técnico superior)

Diplomado/Ingeniero técnico

Licenciatura

Máster

Ingeniero

Título de Doctor

France

Baccalauréat

Diplôme d'accès aux études universitaires (DAEU)

Brevet de technicien

Diplôme d'études universitaires générales (DEUG)

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Diplôme d'études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Licence

Maîtrise

Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d'études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d'études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles

Diplôme d'ingénieur

Doctorat

Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o završnom ispitu

Stručni pristupnik/pristupnica

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Stručni specijalist

Magistar struke

Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing)

Doktor struke

Doktor umjetnosti

Italia

Diploma di maturità (vecchio ordinamento)

Perito ragioniere

Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore

Diploma universitario (DU)

Certificato di specializzazione tecnica superiore

Attestato di competenza (4 semestri)

Diploma di laurea – L (breve)

Diploma di laurea (DL)

Laurea specialistica (LS)

Master di I livello

Dottorato di ricerca (DR)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory)

Higher Diploma

 

Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor

Master

Doctorat

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu)

Bakalaura diploms (160 kredītpunktu)

Profesionālā bakalaura diploms

Maģistra diploms

Profesionālā maģistra diploms

Doktora grāds

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Profesinio bakalauro diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Bakalauro diplomas

Magistro diplomas

Daktaro diplomas

Meno licenciato diplomas

Luxembourg

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

BTS

Brevet de maîtrise

Brevet de technicien supérieur

Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Bachelor

Diplôme d'ingénieur technicien

Master

Diplôme d'ingénieur industriel

DESS en droit européen

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány

Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme)

Főiskolai oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits)

Egyetemi oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits)

Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés)

Doktori fokozat

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5

2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Bachelor’s degree

Bachelor’s degree

Master of Arts

Doctorate

Nederland

Diploma VWO

Diploma staatsexamen (2 diploma's)

Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO)

Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Bachelor (WO)

HBO bachelor degree

Baccalaureus of “Ingenieur”

HBO/WO Master's degree

Doctoraal examen/Doctoraat

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife- und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom/Akademiediplom

Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea

Universitätsdiplom

Fachhochschuldiplom

Magister/Magistra

Master

Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur

Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis

Doktortitel

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Licencjat/Inżynier

Magister/Magister inżynier

Dyplom doktora

Portugal

Diploma de Ensino Secundário

Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Bacharel Licenciado

Licenciado

Mestre

Doutorado

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire (colegiu universitar)

Învățământ preuniversitar

Diplomă de licenţă

Diplomă de licenţă

Diplomă de inginer

Diplomă de urbanist

Diplomă de master

Certificat de atestare (studii academice postuniversitare)

Diplomă de doctor

Slovenija

Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Univerzitetna diploma

Magisterij

Specializacija

Doktorat

Slovensko

Vysvedčenie o maturitnej skúške

Absolventský diplom

Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár)

Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

Bakalár (Bc.)

Magister

Magister/Inžinier

ArtD.

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå

Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor)

Maisterin tutkinto – Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

Lisensiaatti/Licentiat

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

Licentiatexamen

Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå:

Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå:

Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ)

Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

Honours Bachelor degree

Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

Doctorate

NOTE:

UK diplomas awarded in 2020 (until 31 December 2020) are accepted without an equivalence. UK diplomas awarded as from 1 January 2021 must be accompanied by an equivalence issued by a competent authority of an EU Member State.

Tmiem tal-ANNESS IV, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali