24.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/6


Sejħa għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma tal-ERC għall-2021 taħt Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021–2027)

(2021/C 64/05)

B’dan qed jingħata avviż tat-tnedija tas-sejħa għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma tal-ERC għall-2021 taħt Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021–2027).

Il-Kummissjoni adottat il-Programm ta’ Ħidma tal-ERC għall-2021 bid-Deċiżjoni C(2021) 930 tat-22 ta’ Frar 2021.

Jintlaqgħu proposti għal dawn is-sejħiet. Il-Programm ta’ Ħidma tal-ERC għall-2021, li jinkludi l-iskadenzi u l-baġits, huwa disponibbli permezz tas-sit web tal-opportunitajiet ta’ Offerti u Finanzjament flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u l-attivitajiet relatati, u l-informazzjoni għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home