30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/19


Sejħa għal proposti għal għotjiet għal programmi sempliċi ta’ promozzjoni li jikkonċernaw prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi biex tiġi restawrata s-sitwazzjoni tas-suq skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014

(2020/C 216/11)

Bil-preżenti qiegħed jingħata avviż tat-tnedija ta’ sejħa għal proposti għal programmi sempliċi ta’ promozzjoni ppubblikati taħt il-programm ta’ ħidma annwali tal-2020 għall-promozzjoni ta’ prodotti agrikoli sabiex tiġi restawrata s-sitwazzjoni tas-suq fis-settur.

Il-baġit indikattiv totali disponibbli għall-proposti magħżula taħt din is-sejħa huwa ta’ EUR 5 miljun.

L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-proposti hija s-27 ta’ Awwissu 2020.

It-test sħiħ tas-sejħa huwa disponibbli fuq il-portal tal-Finanzjament u Offerti (https:// ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home) flimkien ma’ gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti. L-informazzjoni rilevanti kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess portal.