5.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/54 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2019/C 409/07)
Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-2 euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Estonja
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Estonja
Suġġett tal-kommemorazzjoni: Iċ-ċentenarju tal-Università ta’ Tartu
Deskrizzjoni tad-disinn: Il-munita tfakkar iċ-ċentinarju tal-Università ta’ Tartu li hija stabbilita bħala l-ewwel università tal-lingwa Estonjana. Hija twaqqfet fl-1632 mir-Re Svediż Gustav II Adolf u hija waħda mill-eqdem universitajiet fl-Ewropa ta’ fuq u tal-Lvant. Fl-1919 hija saret l-ewwel università tal-lingwa Estonjana.
Id-disinn juri l-motiv tal-bini prinċipali tal-università. Hija għandha wkoll l-iskrizzjonijiet “RAHVUSÜLIKOOL 100”(l-Università Nazzjonali 100) u “UNIVERSITAS TARTUENSIS”, is-sens “1632”, il-pajjiż li qed joħroġ il-munita “EESTI” u s-sena tal-ħruġ “2019”.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 1 000 000
Data tal-ħruġ: Novembru 2019
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).