18.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/13


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2019/C 352/13)

Image 1

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-2 ewro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Lussemburgu

Il-muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Ewro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Ewro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 ewro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 ewro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Il-Lussemburgu

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-Mitt Sena anniversarju tal-vot għal kulħadd

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri fuq in-naħa tax-xellug ix-xbiha tal-Altezza Tiegħu, il-Gran Duka Henri, u fuq in-naħa tal-lemin, kaxxa tal-vot fejn id qed iddaħħal il-karta tal-vot. Fil-qiegħ jidher l-isem tal-pajjiż emittenti “LUXEMBOURG. Fuq nett, f’forma ta’ nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni “Centenaire du suffrage universel” (Ċentinarju tal-vot għal kulħadd) u taħt hemm l-iskrizzjoni “1919 - 2019”, dik tal-aħħar hija s-sena tal-ħruġ.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 500 000

Data tal-ħruġ: Settembru 2019


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).