6.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 191/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

EPSO/AD/374/19 — AMMINISTRATURI (AD 7) FL-OQSMA LI ĠEJJIN

1. Il-Liġi tal-Kompetizzjoni

2. Il-Liġi Finanzjarja

3. Il-Liġi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja

4. Ir-Regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE

5. Il-Protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar

(2019/C 191 A/01)

Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: id-9 ta’ Lulju 2019 f’12.00 (nofsinhar), CET

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali, ibbażata fuq kwalifiki u testijiet, sabiex jinħolqu listi ta’ riserva li minnhom il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ tirrekluta membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “ amministraturi ”(grupp ta’ funzjoni AD).

Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal dawn il-proċeduri ta’ selezzjoni.

Ara l-ANNESS III tar-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet miftuħa.

L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula:

1. Il-Liġi tal-Kompetizzjoni — 60

2. Il-Liġi Finanzjarja — 33

3. Il-Liġi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja — 13

4. Ir-Regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE — 38

5. Il-Protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar — 12

Dan l-avviż jirreferi għal ħames oqsma. Tista’ tapplika biss għal wieħed. Din l-għażla trid tagħmilha meta tkun qed tapplika online u ma tistax tibdilha ġaladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni elettronika tiegħek.

LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?

1.   Il-Liġi tal-Kompetizzjoni

Bħala persuna li tittratta l-każijiet jew uffiċjal ta’ politika li jiġi reklutat primarjament minn unità tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Kompetizzjoni (DĠ COMP) jew mis-Servizz Legali (LS), tkun mistenni li tibda taħdem minnufih u, taħt is-superviżjoni tal-ġerarkija tiegħek, li taħdem f’timijiet li jkunu inkarigati biex janalizzaw is-swieq filwaqt li jitqies il-qafas leġiżlattiv eżistenti tar-regoli u l-proċeduri tal-kompetizzjoni.

Il-ħidma tinkludi, iżda mhijiex limitata għall-kompiti li ġejjin:

it-twettiq tal-investigazzjonijiet: intervisti mal-parteċipanti fis-suq, l-abbozzar u l-analiżi ta’ kwestjonarji dwar l-investigazzjoni tas-suq, ir-rieżami ta’ dokumenti interni;

it-twettiq ta’ analiżijiet legali u ekonomiċi;

it-tfassil tad-deċiżjonijiet u l-proposti ta’ politika;

il-preżentazzjoni tal-każijiet u l-orjentazzjonijiet proposti lill-ġerarkija u lill-Kummissarju;

l-assistenza jew ir-rappreżentanza tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea fit-trattament ta’ litigazzjoni quddiem il-Qrati tal-Unjoni Ewropea (UE);

il-parteċipazzjoni f’diversi gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet ta’ politika u leġiżlazzjoni, eċċ.

2.   Il-Liġi Finanzjarja

Bħala uffiċjal ta’ politika li jkun reklutat prinċipalment minn unità fid-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA) tal-Kummissjoni Ewropea jew fis-Servizz Legali (LS), se tkun mistenni li tkun operattiv immedjatament u, taħt is-superviżjoni tal-ġerarkija tiegħek, li tabbozza dokumenti dwar is-suġġetti tiegħek u tattendi laqgħat mal-Istati Membri u partijiet interessati oħra biex tispjega/tavvanza l-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

Bħala avukat finanzjarju li għandek tiġi reklutat prinċipalment minn DĠ FISMA, id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (DĠ ECFIN), jew is-Servizz Legali (LS), se tkun mistenni li tibda topera minnufih u, taħt is-superviżjoni tal-ġerarkija tiegħek, li tabbozza leġiżlazzjoni kif ukoll li tikkontrolla l-konformità tal-liġijiet nazzjonali mal-liġi tal-UE fil-qasam ta’ kompetenza tiegħek. Skont l-unità li se tkun qed taħdem fiha, tkun mistenni wkoll li tabbozza deċiżjonijiet u dokumenti ta’ ħidma. Il-kompiti tiegħek jinkludu wkoll ir-rappreżentanza tal-unità tiegħek f’laqgħat ma’ dipartimenti oħra tal-Kummissjoni, u t-tweġiba għall-mistoqsijiet mill-pubbliku u l-Membri tal-Parlament Ewropew. Se tkun qed tikkontribwixxi wkoll għat-tħejjija ta’ noti informattivi għall-Kummissarju, għad-Direttur Ġenerali jew għad-Direttur tiegħek skont kif meħtieġ.

3.   Il-Liġi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM)

Bħala avukat speċjalizzat fil-liġi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja li għandek tiġi reklutat l-aktar mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (DĠ ECFIN) jew mis-Servizz Legali (LS), se tkun mistenni li tibda topera immedjatament u, taħt is-superviżjoni tal-ġerarkija tiegħek, li twettaq prinċipalment il-kompiti li ġejjin:

l-abbozzar u n-negozjar ta’ leġiżlazzjonijiet relatati mal-funzjonament tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja;

il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali mar-rekwiżiti tal-qafas tal-UE;

it-tħejjija u l-ġestjoni tal-proċeduri ta’ ksur meta jiġu identifikati azzjonijiet nazzjonali li jiksru r-rekwiżiti legali tal-UE;

it-tħejjija tal-kapitolu dwar l-UEM tar-rapport ta’ konverġenza għall-proċessi tad-dħul fiż-żona tal-euro u l-parteċipazzjoni fid-diskussjonijiet relatati mal-kapitolu tal-UEM għan-negozjati tal-adeżjoni mal-UE;

it-tħejjija ta’ valutazzjonijiet, aġġornamenti u noti għall-ġerarkija politika u amministrattiva tiegħek fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħek;

it-tħejjija ta’ valutazzjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-liġi ekonomika u monetarja tal-UE;

l-assistenza jew ir-rappreżentanza tal-LS tal-Kummissjoni Ewropea fit-trattament ta’ litigazzjoni quddiem il-Qrati tal-Unjoni Ewropea (UE).

Se tkun mistenni wkoll li tirrappreżenta lill-unità tiegħek jew lill-Kummissjoni f’laqgħat ma’ dipartimenti oħra tal-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-Banek Ċentrali, il-Parlament Ewropew jew kwalunkwe parti konċernata rilevanti oħra.

4.   Ir-Regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE

Bħala uffiċjal legali speċjalizzat fir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE li se tkun reklutat prinċipalment mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni Ewropea (DĠ BUDG) jew mis-Servizz Legali, se tkun mistenni li tibda topera minnufih u, taħt is-superviżjoni tal-ġerarkija tiegħek, twettaq il-kompiti li ġejjin:

tipprovdi pariri lid-dipartimenti tal-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-korpi tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (RF) u programmi speċifiċi settorjali oħra (għotjiet, akkwist, Strumenti Finanzjarji, forom oħra ta’ kontribuzzjoni, Fondi Fiduċjarji, Ftehimiet Internazzjonali, eċċ.);

l-għoti ta’ taħriġ u l-iżvilupp ta’ għodod u gwida għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti u għall-appoġġ (Help Desk) lid-dipartimenti tal-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-korpi tal-Unjoni;

l-għoti ta’ assistenza fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ finanzjament; Mudelli ta’ kuntratt standard inkluż fil-kuntest tal-Għotja elettronika/Akkwist elettroniku;

l-għoti ta’ pariri legali biex jissolvew il-problemi li jikkonċernaw il-ġestjoni finanzjarja tal-proġetti;

l-għoti ta’ għajnuna u pariri lid-dipartimenti tal-Kummissjoni fin-negozjar u l-implimentazzjoni tal-atti bażiċi l-ġodda għall-programmi ta’ nfiq wara l-2020;

l-assistenza jew ir-rappreżentanza tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea fit-trattament ta’ litigazzjoni quddiem il-Qrati tal-Unjoni Ewropea (UE).

5.   Il-Protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar

Bħala analist fid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropea (DĠ ECFIN), tkun mistenni li tkun operazzjonali u taħdem immedjatament, b’mod partikolari fiċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC).

Ix-xogħol jinkludi l-kompiti ewlenin li ġejjin:

it-twettiq ta’ kull analiżi teknika xierqa ta’ muniti suspettużi, il-klassifikazzjoni ta’ kull tip ġdid ta’ munita tal-euro ffalsifikata u l-għoti ta’ assistenza teknika lill-awtoritajiet tal-Istati Membri;

it-tħejjija ta’ intelligence, relatata mal-muniti tal-euro ffalsifikati, għall-użu mill-awtoritajiet;

l-iżgurar u s-segwitu tat-titjib tal-abbiltà teknika u operattiva u tal-kompetenza tal-Istati Membri biex jittrattaw muniti ffalsifikati;

il-proponiment u l-organizzazzjoni ta’ seminars ta’ taħriġ għal esperti minn Stati Membri u pajjiżi terzi;

l-iffaċilitar tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni tal-euro kontra l-frodi u l-iffalsifikar;

tikkoordina l-attivitajiet tekniċi fost iċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Analiżi tal-Muniti (CNACs) fl-Istati Membri;

ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni u l-ETSC f’kumitati, gruppi ta’ ħidma u laqgħat ma’ istituzzjonijiet oħra u mas-settur privat;

it-tħejjija u l-abbozzar ta’ rapporti statistiċi u tekniċi, noti interni, dokumenti ta’ tgħarrif (briefings) u dokumentazzjoni rilevanti oħra.

Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jitwettqu.

JIENA ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?

Trid tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi KOLLHA fl-iskadenza tal-applikazzjonijiet online:

(1)   Kundizzjonijiet ġenerali

Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari

Tkun issodisfajt ir-rekwiżiti ta’ karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet involuti

(2)   Kundizzjonijiet speċifiċilingwi

Irid ikollok għarfien ta’ mill-inqas żewġ (2) lingwi uffiċjali tal-UE ; b’għarfien profond (livell C1) f’tal-anqas waħda minnhom u għarfien sodisfaċenti fl-oħra (livell minimu B2).

Jekk jogħġbok kun af li l-livelli minimi meħtieġa hawn fuq iridu japplikaw għal kull ħila lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) kif mitluba fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr).

F’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni nagħmlu referenza għal-lingwi bħala:

Lingwa 1: il-lingwa użata għat-Testijiet b’għażliet multipli bbażati fuq il-kompjuter

Lingwa 2: il-lingwa użata għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener), għat-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni u għall-komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidati li jkunu ppreżentaw applikazzjoni valida. Din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwa 1.

Il-Lingwa 2 trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż jew it-Taljan

Il-kandidati li jkunu ġew ingaġġati b’suċċess għal dawn l-oqsma partikolari huma mistennija li jkollhom għarfien sodisfaċenti (livell minimu B2) tal-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż jew it-Taljan. Filwaqt li l-għarfien ta’ lingwi addizzjonali jista’ jkun ta’ vantaġġ, id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkonċernati jużaw sett limitat ta’ lingwi għax-xogħol analitiku tagħhom, għall-komunikazzjoni interna u għall-abbozzar ta’ deċiżjonijiet, rapporti u dokumenti oħra. Dawn id-dipartimenti għandhom kuntatti estensivi mal-Istati Membri, partijiet interessati esterni u l-istituzzjonijiet ewlenin attivi fl-oqsma kkonċernati (eż. BĊE, BEI, ABE) ibbażati prinċipalment fil-Belġju, il-Lussemburgu, Franza u l-Ġermanja.

B’mod aktar speċifiku, l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma tal-ekonomija, il-finanzi u l-kompetizzjoni jimplikaw kuntatti frekwenti mal-Istati Membri (eż. Fil-qafas tas-semestru tal-UE), mas-servizzi finanzjarji u s-settur tas-suq kapitali u ma’ atturi ekonomiċi inklużi impriżi attivi f’żoni ta’ attività bħal banek, finanzi, assigurazzjoni jew manifattura (eż. għall-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE, inklużi spezzjonijiet fil-post).

Din l-għażla hija orjentata lejn is-servizz sakemm l-evidenza turi li l-lingwi msemmija hawn fuq huma l-aktar lingwi użati f’dawn l-oqsma. Uħud mill-lingwi msemmija hawn fuq huma partikolarment rilevanti f’ċerti oqsma tal-kompetizzjoni u, konsegwentement, huma biss il-kandidati li għandhom għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż jew it-Taljan minbarra l-lingwa 1 tagħhom li jkunu operattivi immedjatament.

(3)   Kundizzjonijiet speċifiċikwalifiki u esperjenza ta’ xogħol

1.   Il-Liġi tal-Kompetizzjoni:

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas erba’ (4) snin attestati minn diploma fil-liġi, segwiti minn mill-inqas sitt (6) snin esperjenza professjonali relatata mal-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-kompetizzjoni

jew

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas tliet (3) snin attestati b’diploma fil-liġi, segwiti minn mill-inqas seba’ (7) snin esperjenza professjonali relatata mal-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-kompetizzjoni

jew

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas erba’ (4) snin attestati minn diploma f’qasam ieħor, segwiti minn mill-inqas tmien (8) snin esperjenza professjonali relatata mal-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-kompetizzjoni

jew

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas tliet (3) snin attestati minn diploma f’qasam ieħor, segwit minn mill-inqas disa’ (9) snin esperjenza professjonali relatata mal-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-kompetizzjoni.

2.   Il-Liġi Finanzjarja:

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kkompletati ta’ mill-inqas erba’ (4) snin attestati b’diploma fil-liġi, segwiti minn mill-inqas sitt (6) snin esperjenza professjonali relatata mal-applikazzjoni ta’ regoli u proċeduri finanzjarji

jew

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kkompletati ta’ mill-inqas tliet (3) snin attestati b’diploma fil-liġi, segwiti minn mill-inqas seba’ (7) snin esperjenza professjonali relatata mal-applikazzjoni ta’ regoli u proċeduri finanzjarji.

3.   Il-Liġi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja:

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kkompletati ta’ mill-inqas erba’ (4) snin attestati b’diploma fil-liġi, segwiti minn mill-inqas sitt (6) snin esperjenza professjonali relatata mal-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-UEM

jew

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kkompletati ta’ mill-inqas tliet (3) snin attestati b’diploma fil-liġi, segwiti minn mill-inqas seba’ (7) snin esperjenza professjonali relatata mal-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-UEM.

4.   Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE:

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kkompletati ta’ mill-inqas erba’ (4) snin attestati b’diploma fil-liġi, segwiti minn mill-inqas sitt (6) snin esperjenza professjonali relatata mar-regoli u l-proċeduri finanzjarji applikabbli għall-Baġit tal-UE

jew

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kkompletati ta’ mill-inqas tliet (3) snin attestati b’diploma fil-liġi, segwiti minn mill-inqas seba’ (7) snin esperjenza professjonali relatata mar-regoli u l-proċeduri finanzjarji applikabbli għall-Baġit tal-UE

jew

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas erba’ (4) snin attestati minn diploma f’qasam ieħor, segwiti minn mill-inqas tmien (8) snin esperjenza professjonali relatata mar-regoli u l-proċeduri finanzjarji applikabbli għall-Baġit tal-UE

jew

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas erba’ (3) snin attestati minn diploma f’qasam ieħor, segwiti minn mill-inqas disa’ (9) snin esperjenza professjonali relatata mar-regoli u l-proċeduri finanzjarji applikabbli għall-Baġit tal-UE

5.   Il-Protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar:

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas erba’ (4) snin attestati b’diploma, segwiti minn mill-inqas sitt (6) snin esperjenza professjonali relatata mal-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar.

jew

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kkompletati ta’ mill-inqas tliet (3) snin attestati b’diploma, segwiti minn mill-inqas seba’ (7) snin esperjenza professjonali relatata mal-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar.

Ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

KIF NINTGĦAŻEL?

(1)   Il-proċess tal-applikazzjoni

Meta timla l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ikollok tagħżel il-lingwa 1 u l-lingwa 2 tiegħek. Ikollok tagħżel il-lingwa 1 tiegħek minn fost l-24 lingwa uffiċjali tal-UE, u l-lingwa 2 tiegħek minn bejn l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż u t-Taljan. Se tintalab ukoll tikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek għall-qasam magħżul u tipprovdi aktar informazzjoni rilevanti għall-qasam magħżul tal-kompetizzjoni (pereżempju: diplomi, esperjenza ta’ xogħol u tweġibiet għal mistoqsijiet relatati mal-qasam (Talent Screener)).

Tista’ tagħżel kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE biex timla l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ħlief fit-taqsima tat-Talent Screener li trid timtela bil-lingwa 2 tiegħek, għar-raġunijiet li ġejjin: it-Talent Screener huwa suġġett għal evalwazzjoni komparattiva mill-Bord tas-Selezzjoni, jintuża bħala dokument ta’ referenza mill-Bord waqt l-intervista relatata mal-qasam fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni, u jintuża għal skopijiet ta’ reklutaġġ jekk kandidat jirnexxi. Huwa għalhekk fl-interess tas-servizz u tal-kandidati li t-Talent Screener jimtela bil-Lingwa 2.

Kun af li l-formola tal-applikazzjoni kollha tiegħek se tiġi aċċessata mill-Bord tas-Selezzjoni (matul il-kompetizzjoni) u mis-servizzi tal-HR tal-Istituzzjonijiet Ewropej (għar-reklutaġġ fil-każ li inti tkun fost il-kandidati ammessi) li joperaw b’għadd limitat ta’ lingwi ta’ ħidma.

F’każ li jirnexxilek tgħaddi mill-kompetizzjoni u ismek jitqiegħed fuq il-lista ta’ riżerva, inti tintalab tipprovdi traduzzjoni tal-formola tal-applikazzjoni fil-lingwa 2 (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż jew it-Taljan) lis-servizzi tar-reklutaġġ jekk tkun użajt xi lingwa oħra biex timla l-formola tal-applikazzjoni.

Billi tivvalida l-applikazzjoni tiegħek tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija taħt it-taqsima “Jiena eliġibbli biex napplika?”Ladarba tkun ivvalidajt il-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista’ tibqa’ tagħmel tibdiliet. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tara li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek sal-iskadenza.

(2)   Testijiet ta’ Mistoqsijiet b’Għażla Multipla (MCQ) fuq il-kompjuter

Jekk in-numru ta’ kandidati jaqbeż ċertu limitu għal kull qasam, kif definit mid-direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra, il-kandidati kollha li jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jkunu mistiedna jattendu sensiela ta’ testijiet MCQ fuq il-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.

Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. Tipikament, tiġi offrut diversi dati li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet, f’diversi postijiet. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar ikunu limitati.

Jekk in-numru ta’ kandidati jkun taħt il-limitu , dawn it-testijiet minflok jiġu organizzati fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni (punt 5).

It-testijiet MCQ fuq il-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:

It-testijiet

Lingwa

Mistoqsijiet

Durata

Marka

Marka minima meħtieġa

Raġunament verbali

Lingwa 1

20 mistoqsija

35 min

Minn 20

10/20

Raġunament numeriku

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

20 min

Minn 10

Numeriku + astratt flimkien: 10/20

Raġunament astratt

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

10 min

Minn 10

Dawn it-testijiet huma eliminatorji u ma jgħoddux għat-testijiet l-oħrajn li jsiru fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.

(3)   Kontrolli tal-eliġibilità

Ir-rekwiżiti tal-eliġibilità stabbiliti fit-taqsima “Jiena eliġibbli biex napplika?”t’hawn fuq se jiġu ċċekkjati mad-data provduta fl-applikazzjonijiet online tal-kandidati. L-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà filwaqt li l-bord ta’ selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà fit-Taqsimiet “Edukazzjoni u Taħriġ”, “Esperjenza Professjonali”u “Ħiliet Lingwistiċi”tal-applikazzjoni onlajn tal-kandidati.

Hemm żewġ (2) xenarji possibbli:

Jekk it-testijiet MCQ fuq il-kompjuter jiġu organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-marki miksuba f’dawk it-testijiet sakemm jintlaħaq il-limitu għan-numru ta’ kandidati eliġibbli definit qabel it-testijiet mid-direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala Awtorità tal-Ħatra. Il-fajls l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati.

Jekk it-testijiet MCQ fuq il-kompjuter ma jiġux organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati kollha li jkunu vvalidaw l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jiġu ċċekkjati għall-eliġibilità.

(4)   Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener)

Sabiex il-bord tas-selezzjoni jkun jista’ jwettaq valutazzjoni oġġettiva tal-merti komparattivi tal-kandidati kollha b’mod strutturat, il-kandidati kollha fl-istess qasam ta’ din il-kompetizzjoni jridu jwieġbu l-istess sett ta’ mistoqsijiet fit-Taqsima “Evalwatur tal-Kapaċitajiet”(Talent Screener) tal-formola ta’ applikazzjoni. L-għażla bbażata fuq il-kwalifiki ssir biss għal dawk il-kandidati li jitqies li jkunu eliġibbli kif deskritt hawn fuq fil-punt 3, bl-użu tal-informazzjoni pprovduta f’din it-Taqsima tal-“Evalwatur tal-Kapaċitajiet” biss . Għalhekk trid tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti fit-tweġibiet tiegħek fit-Taqsima Talent Screener”, anki jekk tkun diġà semmejtha f’taqsimiet oħra tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq il-kriterji tas-selezzjoni inklużi f’dan l-avviż.

Ara l-ANNESS II għal-lista ta’ kriterji.

Biex jagħmel l-għażla fuq il-bażi tal-kwalifiki, il-bord tas-selezzjoni l-ewwel jassenja piż lil kull kriterju tas-selezzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (minn 1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti. Il-punti jiġu mbagħad immultiplikati bil-piż għal kull kriterju u magħduda flimkien sabiex jiġu identifikati dawk il-kandidati li l-profili tagħhom jaqblu l-aħjar mad-dmirijiet li se jitwettqu.

Dawk il-kandidati li jkunu kisbu l-aħjar marki totali fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki biss se jgħaddu għall-istadju li jmiss.

(5)   Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni

Għal din il-fażi, se jiġi mistieden għadd ta’ kandidati li ma jkunx iktar minn tliet (3) darbiet daqs il-kandidati ammessi li jkunu qed jiġu mfittxija għall kull qasam. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek u jekk għandek waħda mill- ogħla marki totali fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, tiġi mistieden sabiex tagħmel jum (1) jew jumejn (2) f’ċentru ta’ evalwazzjoni, x’aktarx fi Brussell , sabiex tagħmel it-testijiet fil- lingwa 2 tiegħek.

Jekk it-testijiet MCQ fuq il-kompjuter deskritti fil-punt 2 ma jkunux ġew organizzati minn qabel , tagħmilhom fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. Dawn it-testijiet huma eliminatorji u l-marki miksuba ma jkunux miżjuda mal-marki tat-testijiet l-oħra li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni fil-kalkolu tal-punteġġ totali finali tiegħek.

Sakemm ma tkunx avżat mod ieħor, trid iġġib stikka USB li jkun fiha kopji skenjati tad-dokumenti ta’ sostenn tiegħek għaċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-EPSO se jniżżel il-fajls tiegħek matul it-testijiet fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni tiegħek u jagħtik lura l-istikka tal-USB fl-istess ġurnata.

Fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jiġu ttestjati tmien kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi marbutin mal-qasam meħtieġa għal kull qasam permezz ta’ erba’ testijiet (intervista ġenerali bbażata fuq il-kompetenza, intervista speċifika marbuta mal-qasam, eżerċizzju fi grupp u studju ta’ każ) kif deskritt fil-matriċijiet li ġejjin:

Kompetenza

It-testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Eżerċizzju fi grupp

Studju ta’ każ

2.

Komunikazzjoni

Studju ta’ każ

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

3.

Kwalità u riżultati

Studju ta’ każ

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

4.

Tagħlim u żvilupp

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Eżerċizzju fi grupp

Studju ta’ każ

6.

Reżiljenza

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

7.

Ħidma ma’ oħrajn

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

8.

Ħiliet ta’ tmexxija

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

Marki minimi meħtieġa: 3/10 għal kull kompetenza u 40/80 b’kollox.

Kompetenza

Taqsima

Marka minima meħtieġa

Kompetenzi relatati mal-qasam

Intervista relatata mal-qasam

50/100

(6)   Lista ta’ riżerva

Wara li jiċċekkja d-dokumenti ta’ sostenn u l-kwalifiki tal-kandidati (l-Evalwatur tal-Kapaċitajiet), il-bord tas-selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ riżerva għal kull qasam — sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati ammessi - minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa kollha kif ukoll l-ogħla marki totali wara ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.

Il-listi ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalitattiv mill-Bord tas-Selezzjoni, tal-kandidati ta’ suċċess jkunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tfissirx li għandek xi dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ.

OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠĠUSTAMENTI SPEĊJALI

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess ugwali lill-kandidati kollha.

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn.

Kun af aktar dwar il-politika ta’ opportunitajiet indaqs tagħna u l-proċedura biex titlob aġġustamenti speċjali fuq il-websajt tagħna (https://epso.europa.eu/how-to-apply/equal-opportunities_mt) u fir-regoli Ġenerali annessi ma’ dan l-avviż (taħt il-punt 1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali).

META U FEJN NISTA’ NAPPLIKA?

Sabiex tapplika, l-ewwel trid toħloq kont tal-EPSO. Innota li tista’ toħloq kont wieħed biss għall-applikazzjonijiet kollha tal-EPSO.

Applika online fuq is-sit tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sad-:

9 ta’ Lulju 2019 f’12.00 (nofsinhar), CET.


ANNESS I

KOMPITI

1.   Il-Liġi tal-Kompetizzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex uffiċjali tal-politika jew dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet b’għarfien sod u għarfien espert fil-liġi Ewropea dwar il-kompetizzjoni (anti-trust, fużjonijiet u/jew għajnuna mill-Istat) u esperjenza kkonfermata fl-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-kompetizzjoni. Il-kandidati għandu jkollhom ħila ppruvata li janalizzaw il-każijiet ta’ kompetizzjoni, filwaqt li jqisu l-aspetti ekonomiċi; jagħmlu valutazzjoni legali skont ir-regoli u l-proċeduri tal-kompetizzjoni u jippreżentaw abbozzi legali.

Id-dmirijiet ewlenin jikkonċernaw it-twettiq ta’ analiżijiet relatati mal-politika Ewropea dwar l-anti-trust, il-fużjonijiet u l-għajnuna mill-Istat u l-infurzar u t-twettiq ta’ kompiti amministrattivi, konsultattivi u superviżorji relatati mal-attivitajiet tal-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Id-dmirijiet tal-uffiċjali tal-politika jew ta’ dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet se jvarjaw skont jekk humiex se jaħdmu fil-qasam tal-anti-trust, il-fużjonijiet jew l-għajnuna mill-Istat jew fis-Servizz Legali. Madankollu, il-kompiti jistgħu jinkludu, pereżempju:

il-valutazzjoni ta’ jekk imġiba speċifika jew ftehim bejn il-kumpaniji jistax jammonta għal ksur tal-Artikoli 101 jew 102 TFUE;

il-valutazzjoni ta’ jekk konċentrazzjoni notifikata twassalx għal impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”) u jekk l-impenji offruti mill-partijiet ineħħux it-tħassib fir-rigward tal-kompetizzjoni, identifikat bħala riżultat ta’ konċentrazzjoni;

il-valutazzjoni ta’ kwistjonijiet ġurisdizzjonali matul il-ħajja ta’ każ, bħal jekk tranżazzjoni tikkostitwixxix konċentrazzjoni b’dimensjoni tal-UE li taqa’ taħt ir-Regolament dwar l-Għaqdiet;

il-valutazzjoni ta’ kwistjonijiet proċedurali inkluż fil-kuntest tal-għoti tal-aċċess għall-fajls;

il-valutazzjoni ta’ jekk ċerta miżura tistax tiġi kkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat skont id-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 107.1 tat-TFUE;

l-analiżi tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat skont ir-regoli disponibbli;

it-twettiq ta’ investigazzjonijiet tas-suq inkluż permezz ta’ kwestjonarji u intervisti ma’ parteċipanti fis-suq;

it-tħejjija u l-abbozzar ta’ noti interni, deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u dokumenti proċedurali oħra (bħal dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjonijiet);

it-tħejjija u l-abbozzar tal-leġiżlazzjoni, l-avviżi tal-Kummissjoni u dokumenti oħra ta’ politika fil-qasam tal-politika tal-UE dwar l-anti-trust, il-fużjonijiet u l-għajnuna mill-Istat;

l-assistenza jew ir-rappreżentanza tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea fit-trattament ta’ litigazzjoni quddiem il-Qrati tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-Liġi Finanzjarja

Il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex avukati b’għarfien sod u għarfien espert fil-liġi finanzjarja (primarjament fir-regolamentazzjoni bankarja, l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek, il-liġi dwar is-servizzi finanzjarji (tal-konsumatur), il-liġi applikabbli għat-titoli, l-infrastruttura tas-swieq finanzjarji, is-swieq ta’ wara n-negozjar u tal-kapital, ditti ta’ investiment u fondi, il-liġi dwar il-fondi tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet, il-liġi dwar l-insolvenza, il-liġi dwar il-finanzi korporattivi) u esperjenza kkonfermata fl-applikazzjoni ta’ jew pariri dwar il-leġiżlazzjoni rilevanti.

L-avukati għandu jkollhom abbiltà ppruvata li jabbozzaw opinjonijiet legali, strumenti u dokumenti legali, janalizzaw il-każijiet, jagħmlu valutazzjonijiet legali u jipprovdu pariri.

Id-dmirijiet ewlenin tal-avukati jinkludu l-iżvilupp, l-abbozzar u n-negozjar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni/it-traspożizzjoni ta’ dik il-leġiżlazzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, it-twettiq ta’ dmirijiet ta’ konsulenza, amministrattivi u ta’ koordinazzjoni kif ukoll il-parteċipazzjoni f’fora internazzjonali fl-oqsma ta’ politika rilevanti. Id-dmirijiet tal-avukati jistgħu jvarjaw skont il-qasam tal-liġi finanzjarja li fiha se jaħdmu u jistgħu jinkludu:

kontribut għad-definizzjoni tal-politika u l-iżvilupp ta’ oqsma speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar is-servizzi finanzjarji u l-iffaċilitar tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod partikolari billi jingħataw pariri u input legali;

l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari billi jabbozzaw proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni f’oqsma differenti tal-Liġi Finanzjarja u jiżguraw is-solidità legali u l-koerenza tal-atti legali proposti, inklużi dawk abbozzati mill-aġenziji Superviżorji Ewropej u approvati mill-Kummissjoni Ewropea;

il-parteċipazzjoni fin-negozjati interistituzzjonali għall-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-attendenza għal-laqgħat fil-Kunsill u l-Parlament Ewropew, il-preżentazzjoni ta’ proposti leġiżlattivi lir-regolaturi nazzjonali, il-partijiet interessati, il-gruppi ta’ interess u istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni;

it-twettiq ta’ riċerka legali estensiva fil-liġi tal-Unjoni Ewropea, nazzjonali jew internazzjonali, inkluża l-ġurisprudenza, bil-provvista ta’ analiżi dettaljata ta’ kwistjonijiet assenjati u t-tħejjija ta’ opinjonijiet legali, strumenti u dokumenti legali dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tar-regoli u l-proċeduri fil-qasam tas-servizzi finanzjarji kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni legali oħra applikabbli;

il-monitoraġġ tal-liġi nazzjonali għall-konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea (b’kuntatt miżmum mal-amministrazzjonijiet nazzjonali, it-tweġiba għall-mistoqsijiet miċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-awtoritajiet pubbliċi, l-immaniġġjar tal-mistoqsijiet tal-Parlament, tal-petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew, tat-talbiet għall-aċċess għad-dokumenti, it-trattar tal-ilmenti u l-immaniġġjar tal-istadji prekontenzjużi ta’ ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea);

it-twettiq ta’ dmirijiet fil-kuntest tal-istadji ta’ litigazzjoni, bħall-assistenza fit-tfassil ta’ dikjarazzjonijiet ta’ pożizzjoni/osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew il-Qorti Ġenerali;

il-parteċipazzjoni fin-negozjati ta’ ftehimiet internazzjonali jew il-kontribut għall-ħidma ta’ dawk li jistabbilixxu l-istandards internazzjonali (bħal pereżempju l-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni, il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja, eċċ.), b’mod partikolari biex tiġi żgurata l-konverġenza tal-oqfsa regolatorji u superviżorji;

l-attendenza għal laqgħat preparatorji u l-kollegament ma’ kontropartijiet rilevanti fi ħdan l-awtoritajiet superviżorji tas-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja, il-kontribuzzjoni għall-ħidma mwettqa fi gruppi ta’ ħidma internazzjonali rilevanti oħrajn, il-parteċipazzjoni f’seminars u konferenzi organizzati fuq il-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji;

il-kooperazzjoni mal-esperti u l-kontropartijiet fl-istituzzjonijiet tal-UE (il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE, il-Bank Ċentrali Ewropew), l-awtoritajiet nazzjonali u partijiet interessati oħra;

it-tħejjija ta’ briefings u linji tal-istampa, ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni f’laqgħat mal-Istati Membri u l-partijiet interessati (l-investituri, l-industrija, ir-regolaturi);

l-assistenza jew ir-rappreżentanza tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea fit-trattament ta’ litigazzjoni quddiem il-Qrati tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Liġi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja

Il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex avukati b’għarfien espert qawwi dwar il-qafas legali ekonomiku u monetarju tal-unjoni u esperjenza kkonfermata f’dan il-qasam.

Il-kandidati għandu jkollhom ħila ppruvata li jivvalutaw kwistjonijiet legali li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-kapitolu dwar l-UEM tat-Trattat u/jew leġiżlazzjoni sekondarja adottata abbażi tiegħu. Huma għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għat-tħejjija ta’ proposti u analiżi legali f’dan il-qasam u jipprovdu pariri xierqa lill-Maniġment.

Id-dmirijiet fdati lill-kandidati magħżula jistgħu jinkludu pereżempju:

il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-Leġiżlazzjonijiet tal-Bank Ċentrali mar-rekwiżiti tat-Trattat;

it-tħejjija tal-parti ġuridika tar-rapport ta’ konverġenza stabbilit bl-Artikolu 140 tat-Trattat (TFUE);

it-twettiq tal-valutazzjoni legali tal-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-qafas tal-UE għall-adeżjoni mal-UE;

il-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet għal proċeduri ta’ ksur fil-qasam tal-UEM;

il-kontribut għat-tfassil legali u n-negozjar leġiżlattiv/intergovernattiv tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-UEM;

l-assistenza jew ir-rappreżentanza tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea fit-trattament ta’ litigazzjoni quddiem il-Qrati tal-Unjoni Ewropea.

4.   Ir-Regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex uffiċjali legali b’għarfien qawwi u għarfien espert dwar ir-regoli u l-proċeduri finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE (primarjament ir-Regolament Finanzjarju, regoli settorjali applikabbli għal finanzjament tal-UE taħt ġestjoni kondiviża jew politiki interni jew għal relazzjonijiet esterni, regoli dwar strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji ffinanzjati mill-baġit tal-UE, regoli dwar il-ġlieda kontra l-frodi bħas-sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni) u esperjenza kkonfermata fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti jew pariri dwarha.

L-uffiċjali legali għandu jkollhom ħila ppruvata li jabbozzaw opinjonijiet legali, strumenti u dokumenti legali, janalizzaw il-każijiet, jagħmlu valutazzjonijiet legali u jipprovdu pariri.

Id-dmirijiet ewlenin tal-uffiċjali legali jinkludu l-iżvilupp, l-abbozzar u n-negozjar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni/it-traspożizzjoni ta’ dik il-leġiżlazzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, it-twettiq ta’ dmirijiet ta’ konsulenza, amministrattivi u ta’ koordinazzjoni, kif ukoll il-parteċipazzjoni f’fora internazzjonali fl-oqsma ta’ politika rilevanti. Id-dmirijiet tal-uffiċjali legali jistgħu jvarjaw skont il-qasam tal-liġi li fih se jaħdmu u jistgħu jinkludu:

il-kontribut għad-definizzjoni tal-politika u l-iżvilupp ta’ oqsma speċifiċi tar-regoli u l-proċeduri finanzjarji tal-Unjoni Ewropea applikabbli għall-baġit tal-UE u l-iffaċilitar tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, b’mod partikolari bil-provvista ta’ pariri u input legali;

l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari billi jiġu abbozzati proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni f’oqsma differenti ta’ regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE u billi tiġi żgurata s-solidità legali u l-koerenza tal-atti legali proposti, inklużi dawk abbozzati mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-aġenziji eżekuttivi l-oħrajn tal-UE jew fil-qafas tas-sħubiji pubbliċi-privati tal-UE;

l-għoti ta’ pariri dwar ir-regoli u l-proċeduri finanzjarji relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni u b’mod partikolari ta’ programmi ta’ nfiq permezz ta’ strumenti legali differenti (akkwist pubbliku, għotjiet, premjijiet, ġestjoni indiretta inklużi ftehimiet ta’ delega, Strumenti Finanzjarji u Garanziji Baġitarji) kif ukoll dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-ġlieda kontra l-frodi bħas-sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni;

l-abbozzar ta’ dokumenti legali standard (speċjalment kuntratti mudell u korrispondenza legali), gwida (Vade-mecum, noti ċirkulari) u l-għoti ta’ korsijiet ta’ taħriġ;

il-parteċipazzjoni fin-negozjati interistituzzjonali għall-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-attendenza għal-laqgħat fil-Kunsill u l-Parlament Ewropew, il-preżentazzjoni ta’ proposti leġiżlattivi lill-partijiet interessati, il-gruppi ta’ interess u istituzzjonijiet oħra tal-UE;

it-twettiq ta’ riċerka legali estensiva fil-liġi tal-UE, nazzjonali jew internazzjonali, inkluża l-ġurisprudenza, li tipprovdi analiżi dettaljata ta’ kwistjonijiet assenjati u t-tħejjija ta’ opinjonijiet legali, strumenti legali u dokumenti dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tar-regoli u l-proċeduri fil-qasam tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni legali oħra applikabbli;

il-monitoraġġ tal-konformità tar-regoli nazzjonali u internazzjonali mar-regoli u l-proċeduri finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE (jinżammu kuntatti mal-amministrazzjonijiet nazzjonali, tweġibiet ta’ mistoqsijiet miċ-ċittadini, kumpaniji u awtoritajiet pubbliċi, il-ġestjoni ta’ mistoqsijiet parlamentari, petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew, talbiet għal aċċess għal dokumenti, it-trattament ta’ lmenti u l-ġestjoni ta’ stadji prekontenzjużi ta’ ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea);

it-twettiq ta’ dmirijiet fil-kuntest tal-istadji ta’ litigazzjoni, bħall-assistenza fit-tfassil ta’ dikjarazzjonijiet ta’ pożizzjoni/osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew il-Qorti Ġenerali;

il-parteċipazzjoni fin-negozjati ta’ ftehimiet internazzjonali, b’mod partikolari biex tiġi żgurata l-konverġenza mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE;

l-attendenza ta’ laqgħat preparatorji u l-kollegament ma’ kontropartijiet rilevanti fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-aġenziji eżekuttivi tal-UE jew fil-qafas tas-sħubiji pubbliċi-privati tal-UE, organizzazzjonijiet internazzjonali, il-parteċipazzjoni f’seminars u konferenzi organizzati dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE;

il-kooperazzjoni mal-esperti u l-kontropartijiet fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-aġenziji eżekuttivi tal-UE jew fil-qafas tas-sħubijiet pubbliċi-privati tal-UE, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati;

it-tħejjija ta’ briefings u linji tal-istampa, ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni f’laqgħat mal-Istati Membri u l-partijiet interessati;

l-assistenza jew ir-rappreżentanza tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea fit-trattament ta’ litigazzjoni quddiem il-Qrati tal-Unjoni Ewropea.

5.   Il-Protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar

Il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex analisti b’għarfien sod u għarfien espert fil-protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar. Il-kandidati għandu jkollhom kapaċità ppruvata li jwettqu analiżi teknika u klassifikazzjoni ta’ muniti tal-euro suspettati li huma foloz. Esperjenza ta’ infurzar tal-liġi murija fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar tal-euro hija ta’ vantaġġ.

Id-dmirijiet fdati lill-kandidati magħżula jistgħu jinkludu:

it-twettiq ta’ analiżi teknika dwar muniti tal-euro suspettati li huma foloz u l-ikklassifikar ta’ kull tip ġdid ta’ munita tal-euro ffalsifikata skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001;

it-tħejjija ta’ intelligence relatata mal-muniti tal-euro ffalsifikati għall-użu mill-awtoritajiet speċjalizzati tal-infurzar tal-liġi;

l-assistenza u l-koordinazzjoni taċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Analiżi tal-Muniti (CNACs) fl-analiżi tal-muniti tal-euro ffalsifikati u t-tisħiħ tal-protezzjoni tal-euro kontra l-frodi u l-iffalsifikar;

il-kontribut għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar, b’mod partikolari bl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ taħriġ fil-qafas tal-programm “Pericles 2020” skont ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

l-iffaċilitar tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004;

il-koordinazzjoni tar-riżorsi rilevanti taz-Zekka Franċiża f’Pessac skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1507;

il-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-UE, l-awtoritajiet nazzjonali u partijiet interessati rilevanti oħra fl-iżvilupp ta’ politika effettiva għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar;

l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f’laqgħat regolari tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Iffalsifikar tal-Muniti (CCEG) u s-sottogrupp tiegħu;

it-tħejjija u l-abbozzar ta’ rapporti statistiċi u tekniċi, noti interni, tgħarrif (briefings) u dokumentazzjoni rilevanti oħra dwar il-muniti tal-euro;

ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni u l-ETSC f’kumitati, gruppi ta’ ħidma u laqgħat ma’ istituzzjonijiet oħra u mas-settur privat;

l-għoti ta’ preżentazzjonijiet fil-qafas ta’ konferenzi u laqgħat internazzjonali.

Tmiem tal-ANNESS I, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS II

KRITERJI TAS-SELEZZJONI

Il-Bord tas-Selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:

1.   Il-Liġi tal-Kompetizzjoni

(1)

Esperjenza professjonali fl-applikazzjoni ta’ regoli u proċeduri tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE jew tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri miksuba f’ditta legali.

(2)

Esperjenza professjonali fl-applikazzjoni ta’ regoli u proċeduri tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE jew tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri miksuba f’awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali jew internazzjonali.

(3)

Esperjenza professjonali fl-applikazzjoni ta’ regoli u proċeduri tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE jew tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri miksuba f’waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

kumpanija bħala avukat intern,

qorti nazzjonali jew internazzjonali.

(4)

Esperjenza professjonali fl-applikazzjoni ta’ regoli u proċeduri tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE jew tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri fl-oqsma speċifiċi li ġejjin:

fużjonijiet ta’ impriżi

anti-trust

għajnuna mill-Istat

kartelli

(5)

Esperjenza professjonali f’ditta legali, f’kumpanija bħala avukat intern, f’korp pubbliku nazzjonali/internazzjonali jew f’qorti nazzjonali/internazzjonali f’wieħed mill-oqsma li ġejjin:

Il-liġi kummerċjali

Il-liġi kuntrattwali

Il-liġi dwar il-proprjetà intellettwali

Il-liġi dwar is-swieq kapitali

Il-liġi dwar l-enerġija

Il-liġi dwar il-fużjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet

Il-liġi dwar it-tassazzjoni

L-akkwist pubbliku

(6)

Esperjenza professjonali, fil-qasam tal-liġi tal-kompetizzjoni, f’kumpanija ta’ konsultazzjoni ta’ strateġija u/jew f’kumpanija ta’ konsulenza ekonomika.

(7)

Lawrija ta’ Master’s u/jew tal-PhD bi speċjalizzazzjoni fil-liġi tal-kompetizzjoni.

(8)

Esperjenza relatata mal-liġi tal-kompetizzjoni (anti-trust: ftehimiet restrittivi, dominanza, kartelli; fużjonijiet u/jew għajnuna mill-Istat) f’waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

Tagħlim ta’ kors sħiħ (li jagħti lok għal eżami finali) f’istituzzjoni akkademika matul mill-inqas semestru wieħed

Pubblikazzjonijiet f’ġurnali akkademiċi riveduti mill-pari

Parteċipazzjoni f’konferenzi u workshops bħala kelliem

2.   Il-Liġi Finanzjarja

(1)

Esperjenza professjonali fil-liġi finanzjarja, kif deskritta fin-natura tad-dmirijiet, miksuba f’waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

a.

ditta legali;

b.

kumpanija jew organizzazzjoni tan-negozju;

c.

amministrazzjoni pubblika nazzjonali;

d.

awtorità superviżorja;

e.

qorti nazzjonali/internazzjonali jew organizzazzjoni jew korp.

(2)

Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ atti legali, jew dokumenti, deċiżjonijiet u opinjonijiet dwar kwistjonijiet rilevanti għal-liġi finanzjarja.

(3)

Esperjenza professjonali fir-rigward ta’ aspetti tal-liġi privata tal-finanzi (jiġifieri l-liġi kuntrattwali/tat-trusts, il-liġi dwar l-ekwità privata, l-istrutturar tal-finanzjament tad-dejn, il-liġi tal-investiment).

(4)

Esperjenza professjonali relatata mal-liġi finanzjarja f’kuntest internazzjonali.

(5)

Lawrija tal-Master’s u/jew tal-PhD bi speċjalizzazzjoni f’oqsma tal-liġi finanzjarja u/jew il-liġi tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Esperjenza professjonali li tappartjeni għal-liġi finanzjarja (primarjament fir-regolamentazzjoni bankarja, l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek, il-liġi tas-servizzi finanzjarji (tal-konsumatur), kif ukoll il-liġi applikabbli għat-titoli, l-infrastruttura tas-swieq finanzjarji, is-swieq ta’ wara n-negozjar u tal-kapital, ditti u fondi tal-investiment, il-liġi dwar il-fondi tal-assigurazzjoni u tal-pensjoni, il-liġi dwar l-insolvenza, il-liġi dwar il-finanzi tal-kumpaniji) f’waħda jew it-tnejn mill-attivitajiet li ġejjin:

it-twettiq ta’ riċerka akkademika

it-tagħlim ta’ kors sħiħ (li jagħti lok għal eżami finali) f’istituzzjoni akkademika matul mill-inqas semestru wieħed

(7)

Esperjenza professjonali li tappartjeni għal-liġi finanzjarja (primarjament fir-regolamentazzjoni bankarja, l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek, il-liġi tas-servizzi finanzjarji (tal-konsumatur), kif ukoll il-liġi applikabbli għat-titoli, l-infrastruttura tas-swieq finanzjarji, is-swieq ta’ wara n-negozjar u tal-kapital, ditti u fondi tal-investiment, il-liġi dwar il-fondi tal-assigurazzjoni u tal-pensjoni, il-liġi dwar l-insolvenza, il-liġi dwar il-finanzi tal-kumpaniji) f’waħda jew it-tnejn mill-attivitajiet li ġejjin:

pubblikazzjoni f’ġurnali akkademiċi riveduti mill-pari

parteċipazzjoni f’konferenzi u workshops bħala kelliem

(8)

Esperjenza professjonali f’-negozjati internazzjonali ta’ atti legali u/jew dokumenti oħra (bħal rakkomandazzjonijiet, linji gwida) maħruġa minn organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali.

3.   Il-Liġi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM)

(1)

Esperjenza professjonali dwar kwistjonijiet legali tal-UEM (primarjament f’analiżi legali, tħejjija ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv, u pariri legali lill-Gvernatur) f’Bank Ċentrali tal-UE.

(2)

Esperjenza professjonali dwar kwistjonijiet legali tal-UEM (primarjament fl-analiżi legali, it-tħejjija jew in-negozjar ta’ testi legali relatati mal-UEM, it-tħejjija tal-pożizzjoni legali tal-istituzzjoni jew il-korp tal-UE dwar kwistjonijiet legali tal-UEM) fi ħdan Istituzzjoni jew korp tal-UE.

(3)

Esperjenza professjonali dwar kwistjonijiet legali tal-UEM (primarjament f’analiżi legali, parteċipazzjoni diretta fin-negozjati ta’ testi legali tal-UEM, preparazzjoni ta’ pożizzjonijiet nazzjonali dwar kwistjonijiet legali tal-UEM) fi ħdan Ministeru tal-Finanzi tal-UE.

(4)

Esperjenza professjonali marbuta mal-liġi tal-UEM miksuba f’waħda minn dawn l-attivitajiet li ġejjin jew fit-tnejn li huma:

Tagħlim ta’ kors sħiħ (li jagħti lok għal eżami finali) f’istituzzjoni akkademika matul mill-inqas semestru wieħed

Pubblikazzjoni(jiet) f’ġurnali akkademiċi riveduti mill-pari

(5)

Lawrija ta’ Master’s jew tal-PhD bi speċjalizzazzjoni fil-liġi tal-UEM.

(6)

Esperjenza professjonali relatata mal-liġi tal-UEM miksuba f’kuntest internazzjonali.

(7)

Esperjenza professjonali fil-mandati relatati mal-UEM miksuba f’ditta legali.

4.   Ir-Regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE

Innota li r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju skont il-kriterji 1, 2 u 7 jirreferu għar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(1)

Esperjenza professjonali fir-regoli u l-proċeduri finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE, primarjament: (a) ir-Regolament Finanzjarju; (b) regoli u proċeduri finanzjarji speċifiċi għal korpi, aġenziji eżekuttivi jew sħubijiet pubbliċi-privati tal-Unjoni; (c) regoli u proċeduri finanzjarji settorjali applikabbli għall-finanzjament tal-UE b’ġestjoni kondiviża; (d) regoli u proċeduri finanzjarji applikabbli għall-finanzjament tal-UE ta’ politiki interni jew relazzjonijiet esterni; (e) regoli dwar għotjiet jew akkwist pubbliku; (f) regoli dwar strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji ffinanzjati mill-baġit tal-UE; (g) regoli dwar il-ġlieda kontra l-frodi (pereżempju, is-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni), miksuba f’waħda jew aktar mill-organizzazzjonijiet tal-UE li ġejjin:

a.

Istituzzjonijiet;

b.

Korpi, aġenziji eżekuttivi;

c.

Sħubiji pubbliċi-privati.

(2)

Esperjenza professjonali fir-regoli u l-proċeduri finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE, primarjament fir-rigward tal-oqsma li ġejjin: a) ir-Regolament Finanzjarju; b) regoli finanzjarji speċifiċi għal korpi, aġenziji eżekuttivi jew sħubijiet pubbliċi-privati tal-Unjoni; c) regoli settorjali applikabbli għal finanzjament tal-UE taħt ġestjoni kondiviża, għal politiki interni jew għal relazzjonijiet esterni; d) regoli dwar għotjiet jew akkwist pubbliku; e) regoli dwar strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji ffinanzjati mill-baġit tal-UE; f) regoli dwar il-ġlieda kontra l-frodi (pereżempju, is-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni), miksuba f’waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

a.

amministrazzjoni pubblika nazzjonali;

b.

kumpanija jew organizzazzjoni tan-negozju;

c.

qorti nazzjonali/internazzjonali jew organizzazzjoni jew korp.

(3)

Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ atti legali, deċiżjonijiet, opinjonijiet u dokumenti oħra dwar kwistjonijiet rilevanti għar-regoli u l-proċeduri finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE.

(4)

Esperjenza professjonali fl-aspetti tal-liġi privata tar-regoli u l-proċeduri finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE (primarjament fl-akkwist, ftehimiet ta’ għotja, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji, liġi kuntrattwali/tat-trusts, aspetti tal-liġi tal-ekwità privata, strutturar tal-finanzjament tad-dejn).

(5)

Esperjenza professjonali f’-negozjati ta’ atti legali u/jew dokumenti oħra (bħal rakkomandazzjonijiet, linji gwida) maħruġa minn organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali jew istituzzjonijiet finanzjarji.

(6)

Lawrija tal-Master’s u/jew tal-PhD bi speċjalizzazzjoni fil-liġi tal-Unjoni Ewropea u/jew il-liġi Kummerċjali.

(7)

Esperjenza professjonali fir-regoli u l-proċeduri finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE, primarjament fir-rigward tal-oqsma li ġejjin: a) ir-Regolament Finanzjarju; b) regoli finanzjarji speċifiċi għal korpi, aġenziji eżekuttivi jew sħubijiet pubbliċi-privati tal-Unjoni; c) regoli settorjali applikabbli għal finanzjament tal-UE taħt ġestjoni kondiviża, għal politiki interni jew għal relazzjonijiet esterni; d) regoli dwar għotjiet jew akkwist pubbliku; e) regoli dwar strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji ffinanzjati mill-baġit tal-UE; f) regoli dwar il-ġlieda kontra l-frodi (pereżempju, is-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni), miksuba f’waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

a.

Riċerka akkademika;

b.

It-tagħlim ta’ kors sħiħ (li jagħti lok għal eżami finali) f’istituzzjoni akkademika matul mill-inqas semestru wieħed;

c.

Pubblikazzjonijiet f’ġurnali akkademiċi riveduti mill-pari;

d.

Parteċipazzjoni f’konferenzi u workshops bħala kelliem.

5.   Il-Protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar

(1)

Esperjenza professjonali fl-applikazzjoni ta’ regoli u proċeduri tal-liġi nazzjonali u/jew tal-UE dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar. L-esperjenza professjonali trid tkun inkisbet filwaqt li wieħed ikun qed jaħdem f’waħda minn dawn li ġejjin jew fit-tnejn li huma, jew għal waħda minnhom jew għat-tnejn li huma:

a.

awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1338/2001;

b.

Istituzzjoni, Korp jew Aġenzija tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Esperjenza professjonali fl-analiżi teknika ta’ muniti tal-euro foloz.

(3)

Esperjenza professjonali fil-klassifikazzjoni ta’ muniti tal-euro foloz.

(4)

Esperjenza ta’ infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar tal-euro.

(5)

Esperjenza professjonali fl-użu ta’ għodod speċifiċi tal-IT għall-analiżi u l-klassifikazzjoni ta’ muniti tal-euro foloz, primarjament is-Sistema ta’ Monitorjar ta’ Falsifikazzjonijiet (CMS).

(6)

Esperjenza professjonali fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1210/2010 (“l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni”) u/jew tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 (“dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro”).

(7)

Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ rapporti statistiċi u tekniċi.

(8)

Esperjenza professjonali fil-kooperazzjoni internazzjonali fl-UE jew ma’ pajjiżi terzi fil-qasam tal-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar.

(9)

Esperjenza professjonali fil-konċepiment u l-organizzazzjoni, jew il-parteċipazzjoni bħala kelliem, f’laqgħat, konferenzi, taħriġ tekniku jew workshops tal-UE jew internazzjonali.

(10)

Il-parteċipazzjoni fit-taħriġ dwar id-detezzjoni, l-analiżi jew il-klassifikazzjoni ta’ munita falza.

Tmiem tal-ANNESS II, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS III

REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

INFORMAZZJONI ĠENERALI

Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.

Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.

Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.

1.   MIN JISTA’ JAPPLIKA?

1.1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi

Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.

Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jinħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”ta’ dan l-avviż li hija rilevanti għall-kompiti .

(a)

Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. F’dan ir-rigward, il-bord tas-selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni.

Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija.

(b)

L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u:

tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv;

tkun imħallsa;

tkun tinvolvi relazzjoni ta’ subordinazzjoni jew il-forniment ta’ servizz; kif ukoll

tkun suġġetta għal dawn il-kundizzjonijiet:

ħidma volontarja: jekk imħallsa u tinvolvi ħinijiet fil-ġimgħa u tul bħal impjieg normali;

apprendistati: jekk imħallsa;

servizz militari obbligatorju: magħmul qabel jew wara d-diploma meħtieġa għal perjodu li ma jaqbiżx it-tul ta’ żmien statutorju fl-Istat Membru tiegħek;

liv tal-maternità/tal-paternità/tal-adozzjoni: jekk kopert minn kuntratt ta’ impjieg;

dottorat: għal perjodu massimu ta’ tliet snin, bil-kundizzjoni li d-dottorat ikun effettivament inkiseb, u jekk ix-xogħol kienx imħallas jew le; kif ukoll

xogħol part-time: ikkalkulat pro rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma, pereżempju half-time għal sitt xhur ikun jiswa daqs tliet xhur.

1.2.   Dokumenti ta’ sostenn

Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).

Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:

dokumenti minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew

il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa;

(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti;

(għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem, u l-lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi.

B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.

Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta.

1.3.   Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabilità jew kundizzjoni tiżviluppa wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.

Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.

Jekk tiltaqa’ ma’ xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà, jew jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja t-tim tal-aċċessibbiltà tal-EPSO bil-:

posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu);

faks + 3222998081; jew

posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

EPSO accessibility

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

2.   MINN MIN NIĠI VVALUTAT?

Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.

Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom iridu jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.

L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).

L-ismijiet tal-membri tal-ġurija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.

3.   KOMUNIKAZZJONI

3.1.   Komunikazzjoni mal-EPSO

Jinħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament u esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.

F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.

L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, l-EPSO jirriserva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).

3.2.   Aċċess għall-informazzjoni

Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.

Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.

Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.

3.2.1.   Żvelar awtomatiku

Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:

It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament;

eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità li ma kinux issodisfati;

Talent Screener (Evalwatur tat-Talenti): ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek;

testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek;

testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss;

fażi/ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-bord tas-selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru/fil-fażi ta’ valutazzjoni.

Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunikax lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:

it-testijiet ikunu tlestew;

ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll

it-testi sors/l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri.

3.2.2.   Informazzjoni fuq talba

Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal eżerċizzji tal-e-tray u studji ta’ każijiet.

Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati.

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.

Kull talba għal informazzjoni jinħtieġ li tkun mibgħuta permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.

4.   ILMENTI U KWISTJONIJIET

4.1.   Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi

Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

F’kull korrispondenza, indika ismek (kif mogħti fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru tal-proċedura tas-selezzjoni.

Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet:

tavża lill-inviġilaturi immedjatament sabiex tkun tista’ tiġi investigata soluzzjoni fiċ-ċentru nnifsu. F’kull każ, itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll

ikkuntattja lill-EPSO mhux iktar tard minn tlett (3) ijiem kalendarji wara t-testijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju prinċipalment dwar il-proċess tal-ibbukkjar tat-test), segwi l-istruzzjonijiet fil-kont EPSO tiegħek u fuq is-sit web tal-EPSO jew ikkuntattja lill-EPSO minnufih permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

Għal kwistjonijiet bl-applikazzjoni tiegħek, trid tikkuntattja lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt). Mistoqsijiet mibgħuta inqas minn ħamest (5) ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet jistgħu ma jitweġbux qabel l-iskadenza.

4.2.   Proċeduri ta’ reviżjoni interna

4.2.1.   Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)

Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.

Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).

Taħt din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.

L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien tliet (3) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter;

tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun.

Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.

B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.

L-istess proċedura ta’ eżami mill-ġdid tapplika fir-rigward ta’ żbalji fl-eżerċizzju tal-e-tray.

4.2.2.   Talbiet għal rieżami

Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.

It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:

irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew

nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza.

Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li hija għamel żball. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.

L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.

Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.

4.3.   Forom oħra ta’ kontestazzjoni

4.3.1.   Ilmenti amministrattivi

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.

Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).

L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

4.3.2.   Appelli ġudizzjarji

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Innota li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tas-selezzjoni ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali biss jekk ikun ippreżentat ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 4.3.1). B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tal-għażla.

L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:

proċedura: ikkonsulta l-websajt tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/).

4.3.3.   L-Ombudsman Ewropew

Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew.

Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).

L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.

L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:

proċedura: Ikkonsulta l-websajt tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/).

4.4.   Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni

Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:

ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed;

applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli;

ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibilità;

għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa;

ma bbukkjajtx jew ma għamiltx wieħed jew iżjed mit-testijiet tiegħek;

qarraqt waqt it-testijiet;

ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwi meħtieġa f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, jew ma ddikjarajtx il-livell(i) minimu/i meħtieġ(a) għal dawn il-lingwi;

ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat;

inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni;

bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew tikketti/titoli ta’ diplomi); u/jew

iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi.

Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.

Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS IV

EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT IL-PAJJIŻ U L-GRAD LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET

Ikklikkja hawn għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji

PAJJIŻ

Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6

Minn AST 1 sa AST 7

Minn AST 3 sa AST 11

Minn AD 5 sa AD 16

Edukazzjoni sekondarja(li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post sekondarja)

Edukazzjoni post sekondarja (kors post sekondarju iżda mhux Universitarju jew kors Universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn)

Edukazzjoni universitarja (mill-anqas tliet snin)

Edukazzjoni universitarja (erba’ snin jew aktar)

Belgique —

België —

Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

Diplôme d’enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature/Kandidaat

Graduat/Gegradueerde

Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor

Bachelor académique (180 crédits)

Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS)

Licence/Licentiaat

Master

Diplôme d’études approfondies (DEA)

Diplôme d’études spécialisées (DES)

Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS)

Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur

Doctorat/Doctoraal diploma

България

Диплома за завършено средно образование

Специалист по …

 

Диплома за висше образование

Бакалавър

Магистър

Česká republika

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář)

Diplom o ukončení vysokoškolského studia

Magistr

Doktor

Danmark

Bevis for:

Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF)

Højere Handelseksamen (HHX)

Højere Afgangseksamen (HA)

Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser

= Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK)

Bachelorgrad (BA eller BS)

Professionsbachelorgrad

Diplomingeniør

Kandidatgrad/Candidatus

Master/Magistergrad (mag.art)

Licenciatgrad

ph.d.-grad

Deutschland

Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife

Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife

 

Fachhochschulabschluss

Bachelor

Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss/Master

Magister Artium/Magistra Artium

Staatsexamen/Diplom

Erstes Juristisches Staatsexamen

Doktorgrad

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Rakenduskõrghariduse diplom

Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

Magistrikraad

Arstikraad

Hambaarstikraad

Loomaarstikraad

Filosoofiadoktor

Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta/National Certificate

Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree

Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.)

Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS)

Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS)

Céim ollscoile/University degree

Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS)

Dochtúireacht/Doctorate

Ελλάδα

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (ΙΕΚ)

 

Πτυχίο ΑΕΙ (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕΙ)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

España

Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU)

Bachillerato

BUP

Diploma de Técnico especialista

FP grado superior (Técnico superior)

Diplomado/Ingeniero técnico

Licenciatura

Máster

Ingeniero

Título de Doctor

France

Baccalauréat

Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU)

Brevet de technicien

Diplôme d’études universitaires générales (DEUG)

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Licence

Maîtrise

Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d’études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles

Diplôme d’ingénieur

Doctorat

Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o završnom ispitu

Stručni pristupnik/pristupnica

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Stručni specijalist

Magistar struke

Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing)

Doktor struke

Doktor umjetnosti

Italia

Diploma di maturità (vecchio ordinamento)

Perito ragioniere

Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore

Diploma universitario (DU)

Certificato di specializzazione tecnica superiore

Attestato di competenza (4 semestri)

Diploma di laurea – L (breve)

Diploma di laurea (DL)

Laurea specialistica (LS)

Master di I livello

Dottorato di ricerca (DR)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory)

Higher Diploma

 

Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor

Master

Doctorat

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu)

Bakalaura diploms (160 kredītpunktu)

Profesionālā bakalaura diploms

Maģistra diploms

Profesionālā maģistra diploms

Doktora grāds

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Profesinio bakalauro diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Bakalauro diplomas

Magistro diplomas

Daktaro diplomas

Meno licenciato diplomas

Lussemburgu

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

BTS

Brevet de maîtrise

Brevet de technicien supérieur

Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Bachelor

Diplôme d’ingénieur technicien

Master

Diplôme d’ingénieur industriel

DESS en droit européen

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány

Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme)

Főiskolai oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits)

Egyetemi oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits)

Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés)

Doktori fokozat

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5

2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Bachelor’s degree

Bachelor’s degree

Master of Arts

Doctorate

Nederland

Diploma VWO

Diploma staatsexamen (2 diploma’s)

Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO)

Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Bachelor (WO)

HBO bachelor degree

Baccalaureus of “Ingenieur”

HBO/WO Master’s degree

Doctoraal examen/Doctoraat

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife- und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom/Akademiediplom

Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea

Universitätsdiplom

Fachhochschuldiplom

Magister/Magistra

Master

Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur

Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis

Doktortitel

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Licencjat/Inżynier

Magister/Magister inżynier

Dyplom doktora

Portugal

Diploma de Ensino Secundário

Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Bacharel Licenciado

Licenciado

Mestre

Doutorado

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire (colegiu universitar)

Învățământ preuniversitar

Diplomă de licență

Diplomă de licență

Diplomă de inginer

Diplomă de urbanist

Diplomă de master

Certificat de atestare (studii academice postuniversitare)

Diplomă de doctor

Slovenija

Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Univerzitetna diploma

Magisterij

Specializacija

Doktorat

Slovensko

Vysvedčenie o maturitnej skúške

Absolventský diplom

Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár)

Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

Bakalár (Bc.)

Magister

Magister/Inžinier

ArtD.

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus - Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto - Yrkesexamen på institutnivå

Kandidaatin tutkinto - Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto - Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa - studieveckor)

Maisterin tutkinto - Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto - Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa - studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen - antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

Lisensiaatti/Licentiat

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

Licentiatexamen

Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå:

Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå:

Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ)

Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

Honours Bachelor degree

Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

Doctorate

Tmiem tal-ANNESS IV, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali