27.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 181/2 |
SEJĦA GĦAL PROPOSTI
GR/002/19
Appoġġ għall-attivitajiet li jqajmu sensibilizzazzjoni dwar il-valur tal-proprjetà intellettwali u l-ħsara kkawżata mill-falsifikazzjoni u l-piraterija
(2019/C 181/02)
1. Objettivi u Deskrizzjoni
L-objettiv ġenerali tas-sejħa għal proposti huwa li titqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-valur u l-benefiċċji tal-proprjetà intellettwali (IP) u l-ħsara kkawżata minn ksur tad-drittijiet tal-IP.
Iż-żieda fl-għarfien u l-involviment tal-udjenzi prijoritarji sabiex jitrawwem ir-rispett għall-IP għandhom eventwalment ibiddlu l-imġiba tan-nies billi jnaqqsu x-xiri tagħhom ta’ oġġetti ffalsifikati u t-tniżżil min-naħa tagħhom ta’ kontenut diġitali minn sorsi illegali.
L-objettivi speċifiċi tas-sejħa huma li:
— |
jiżdied l-għarfien tal-valur tal-IP bħala għodda li tipproteġi l-kreattività u l-innovazzjoni billi tipprovdi informazzjoni konkreta u objettiva dwar l-IP f’dan il-kuntest u tiżdied s-sensibilizzazzjoni dwar il-ħsara kkawżata mill-ksur tad-drittijiet tal-IP; |
— |
jiġu involuti udjenzi prijoritarji rigward dawn il-kwistjonijiet, billi jitqiesu l-possibbiltajiet ta’ ingranaġġ rilevanti u speċjalment kif l-udjenzi jistennew li jiġu indirizzati dwar dawn il-kwistjonijiet (mhux patronizzanti, objettivi u newtrali) bl-għan li tinbidel l-imġiba u titnaqqas l-attrazzjoni tal-falsifikazzjoni u tal-piraterija. |
Ir-riżultati mistennija huma:
— |
jiġi żgurat l-ilħuq massimu tal-miri identifikati; |
— |
jinħoloq l-impenn ta’ influwenti rilevanti bħal bloggers, artisti u atturi oħrajn bħal għalliema u esperti akkademiċi jew multiplikaturi bħall-midja, awtoritajiet pubbliċi jew assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ, li huma kapaċi jilħqu udjenzi fil-mira permezz ta’ proċess definit u li jista’ jitkejjel b’mod ċar; |
— |
tiġi żgurata s-sostenibbiltà u l-iskalabbiltà tar-riżultati tal-proġett. |
Ir-riżultati tal-attivitajiet sejrin jitkejlu permezz ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) definiti minn qabel dwar il-volum u l-kwantità (skont in-natura tal-attività u l-mezzi użati).
Il-proġetti mmirati skont il-lott huma:
— |
Lott 1: li jintlaħqu t-tfal u l-għalliema/għalliema futuri permezz ta’ attivitajiet edukattivi f’ambjenti ta’ tagħlim akkademiċi u mhux akkademiċi; |
— |
Lott 2: jintlaħqu konsumaturi/ċittadini u speċjalment żgħażagħ. |
Attivitajiet transkonfinali se jirrappreżentaw kriterju preferenzjali fl-evalwazzjoni għal-Lott 1 u huma obbligatorji għal-Lott 2. Bi transkonfinali, nirreferu għal proġetti li huma implimentati f’mill-inqas żewġ Stati Membri.
Jekk jogħġbok sib l-informazzjoni rilevanti fil-Linji gwida għall-Applikanti Kapitolu I — Ħarsa Ġenerali tas-Sejħa għall-Proposta.
2. Applikanti Eleġibbli
L-applikanti kkunsidrati eliġibbli biex iwieġbu għal din is-sejħa għandhom:
— |
ikunu entità legali, pubblika jew privata. Bħalma huma:
Persuni fiżiċi ma jistgħux japplikaw għal għotja. |
— |
ikunu rreġistrati f’wieħed mit-28 Stat Membru u jipprovdu evidenza mill-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tagħhom li tiċċertifika li ilhom irreġistrati b’mod korrett għal aktar minn sentejn. |
L-entitajiet pubbliċi li jirċievu fondi jew appoġġ mill-EUIPO permezz ta’ miżuri finanzjarji oħrajn, bħal programmi ta’ kooperazzjoni, u li għandhom l-għan li jsegwu l-istess objettivi bħal din is-sejħa, mhumiex eliġibbli (eż. l-uffiċċji nazzjonali u reġjonali tal-IP, organizzazzjonijiet internazzjonali, eċċ.).
F’każ ta’ sħubiji, kull entità li tipparteċipa fi proposta, irrispettivament mir-rwol tagħha fil-proġett, għandha tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà applikabbli għall-applikant innifsu jew innifisha u għandha tiffirma ittra ta’ intenzjoni.
Applikazzjoni tista’ tkun ikkoordinata u sottomessa biss — f’isem il-parteċipanti kollha — minn applikant wieħed, li huwa r-rappreżentant legali tal-organizzazzjoni applikanta.
Għal applikanti Brittaniċi: jekk jogħġobkom kunu afu li l-konformità mal-kriterji ta’ eliġibilità għandha tkun għat-tul kollu tal-għotja. Jekk ir-Renju Unit jirtira mill-UE matul il-perjodu tal-għotja mingħajr ma jikkonkludi ftehim mal-UE li b’mod partikolari jiżgura li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, inti tieqaf tirċievi finanzjament mill-UE (filwaqt li, sa fejn ikun possibbli, tkompli tipparteċipa) jew tista’ tkun meħtieġ titlaq mill-proġett skont id-dispożizzjonijiet relevanti tal-ftehim tal-għotja dwar it-terminazzjoni.
Jekk jogħġbok sib l-informazzjoni rilevanti fil-Linji Gwida għall-Applikanti Kapitolu II punt 8.1. L-Applikanti Eliġibbli.
3. Azzjonijiet Eliġibbli
It-tul massimu (perjodu ta’ eliġibbiltà) huwa ta’ 12-il xahar mid-data tal-firma tal-ftehim tal-għotja.
L-azzjonijiet għandhom isiru f’pajjiż wieħed jew aktar mill-pajjiżi li ġejjin: 28 Stat Membru tal-UE.
Entità tista’ tapplika fil-lottijiet differenti u, b’mod awtomatiku, tingħata għotja fil-lottijiet differenti.
L-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati skont il-lottijiet mhumiex eżawrjenti u jistgħu jkopru, pereżempju:
— |
attivitajiet tal-midja u tal-midja soċjali; |
— |
produzzjoni u disseminazzjoni ta’ materjal jew pubblikazzjonijiet awdjoviżivi; |
— |
l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti, fieri, esibizzjonijiet u attivitajiet ta’ taħriġ li huma parti mill-proġett speċifiku; |
— |
inforikreazzjoni (dibattiti, programmi għaż-żgħażagħ, kwiżżijiet, logħob tal-vidjo jew programmi tal-mużika, eċċ.), |
— |
għodod, attivitajiet u soluzzjonijet ibbażati fuq il-web, eċċ. |
Għal-Lott 2, l-attivitajiet għandhom isiru f’mill-inqas żewġ Stati Membri tal-UE.
It-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin huma ineliġibbli:
— |
proġetti li jikkonsistu prinċipalment (jew biss) minn sponsorizzazzjoni individwali għall-attivitajiet ta’ parteċipazzjoni/taħdit f’sessjonijiet ta’ ħidma, seminars, konferenzi, kungressi jew kwalunkwe opportunità oħra ta’ taħdit; |
— |
proġetti li jikkonsistu prinċipalment (jew biss) minn boroż ta’ studju individwali għall-istudji jew korsijiet ta’ taħriġ. |
Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għall-Kapitolu II tal-Linji Gwida għall-applikanti punt 8.3. Attivitajiet eliġibbli.
4. Kriterji ta’ Esklużjoni u ta’ Għażla
L-applikanti m’għandhomx ikunu f’sitwazzjoni li teskludihom mill-parteċipazzjoni u/jew minn għotja kif definita mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
L-applikanti għandu jkollhom il-kapaċità finanzjarja u operazzjonali sabiex ilestu l-attivitajiet proposti.
Jekk jogħġbok irreferi għall-Kapitolu II tal-Linji Gwida għall-applikanti punt 9 — Kriterji ta’ Esklużjoni u punt 10 — Kriterji tal-Għażla għal aktar dettalji.
5. Kriterji tal-Għoti
Il-punteġġ għall-valutazzjoni u l-għoti ta’ proposti eliġibbli huwa allokat (minn total ta’ 100) abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
Limitu minimu |
Punteġġ massimu |
||
|
25 |
35 |
||
|
25 |
35 |
||
|
14 |
20 |
||
|
6 |
10 |
||
Total |
70 |
100 |
Sabiex jiġu kkunsidrati għal finanzjament, il-proposti jridu jġibu:
— |
mill-inqas 70 punt b’mod ġenerali, |
— |
il-punti minimi f’kull wieħed mis-subkriterji. |
Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għall-Kapitolu II tal-Linji Gwida għall-applikanti punt 11 — Kriterji tal-Għoti.
6. Baġit
Il-baġit totali disponibbli għall-kofinanzjament ta’ proġetti taħt din is-sejħa huwa ta’ EUR 1 000 000.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-EUIPO ma tistax taqbeż it-80 % tal-kostijiet totali eliġibbli sottomessi mill-applikant u għandha tkun bejn l-ammonti massimi u minimi li ġejjin f’konformità maż-żewġ lottijiet differenti disponibbli:
|
Għal-Lott 1 — Nilħqu lit-tfal u lill-għalliema/għalliema futuri permezz ta’ attivitajiet edukattivi f’ambjenti akkademiċi u mhux akkademiċi (baġit indikattiv disponibbli = EUR 400 000):
|
|
Għal-Lott 2 — Nilħqu liċ-ċittadini Ewropej u speċjalment liż-żgħażagħ (baġit indikattiv disponibbli = EUR 600 000):
|
L-EUIPO jirriżerva d-dritt li ma jqassamx il-fondi kollha disponibbli.
Jekk jogħġbok sib l-informazzjoni rilevanti fil-Linji gwida għall-Applikanti Kapitolu I punt 6. Baġit disponibbli.
7. Data ta’ Skadenza għas-Sottomissjoni tal-Applikazzjonijiet
Il-pakkett tal-applikazzjoni huwa disponibbli fuq l-Internet fl-indirizz li ġej: https://euipo.europa.eu/ohimportal/en/grants
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-EUIPO bl-użu ta’ formola ta’ applikazzjoni online (formola elettronika) mhux aktar tard mit-2 ta’ Lulju 2019 fis-13.00 (ħin lokali).
Mhu se jiġi aċċettat l-ebda metodu ieħor ta’ sottomissjoni ta’ applikazzjoni.
L-applikanti għandhom jiżguraw li d-dokumenti kollha mitluba u msemmija fil-Formola elettronika jiġu pprovduti.
L-applikazzjonijiet li ma jinkludux l-annessi kollha stipulati u li ma jiġux sottomessi qabel id-data ta’ skadenza mhux ser jiġu kkunsidrati.
Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għal-Linji Gwida għall-applikanti Kapitolu IV — Proċedura għall-Preżentazzjoni tal-Proposti.
8. Dettalji Sħaħ
Il-kundizzjonijiet iddettaljati ta’ din is-sejħa għal proposti jistgħu jinstabu fil-Linji Gwida għall-applikanti fl-indirizz tal-Internet li ġej: https://euipo.europa.eu/ohimportal/en/grants
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-termini kollha tal-Linji Gwida u għandhom jiġu sottomessi fuq il-formoli pprovduti.
9. Kuntatt
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja l-kaxxa postali li ġejja: grants@euipo.europa.eu