4.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 125/4 |
Sejħa għal proposti skont il-pjan ta’ ħidma tal-2019 għas-Sħubija Pubblika-Privata tal-Industriji bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi
(2019/C 125/04)
B’dan qed tingħata notifika tat-tnedija ta’ sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma tal-2019 għas-Sħubija Pubblika-Privata tal-Industriji bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi.
Qed jintlaqgħu proposti għal din is-sejħa: H2020-BBI-JTI-2019
Dan il-pjan ta’ ħidma, inkluż l-iskadenzi u l-baġits għall-attivitajiet, huwa disponibbli permezz tal-Portal tal-Finanzjament u tal-Offerti (https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home) flimkien mal-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa u l-attivitajiet relatati, kif ukoll il-gwida għall-applikanti dwar kif jistgħu jissottomettu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fl-istess Portal.