28.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/53


Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020

(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 568)

(2018/C 225/06)

Id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea, b’dan qed iniedi l-erba’ sejħiet għall-proposti li ġejjin sabiex jingħataw għotjiet għall-proġetti skont il-prijoritajiet u l-għanijiet definiti fil-Programm ta’ Ħidma tal-2018 fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020.

Il-proposti qed jintlaqgħu taħt dawn l-erba’ sejħiet:

 

CEF-TC-2018-4: Saħħa elettronika

 

CEF-TC-2018-4: Akkwist elettroniku

 

CEF-TC-2018-4: Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika

 

CEF-TC-2018-4: Soluzzjoni Online għat-Tilwim (ODR)

Il-baġit indikattiv totali kkombinat disponibbli għall-proposti magħżula taħt dawn l-erba’ sejħiet huwa ta’ EUR 12,4 miljun.

L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-proposti għal dawn l-erba’ sejħiet hija t-22 ta’ Novembru 2018.

Id-dokumentazzjoni rispettiva tas-sejħa tinsab fuq is-sit web tat-Telekomunikazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa:

https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-telecom/apply-funding/2018-cef-telecom-calls-proposals