16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/19


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 133/03)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : ir-Repubblika ta’ San Marino

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : il-500 anniversarju mit-twelid ta’ Tintoretto

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-munita tirriproduċi fiċ-ċentru dettall tal-pittura ta’ Tintoretto “Iż-Żjara” (il-laqgħa bejn il-Madonna u Eliżabbetta), u d-dati “1518-2018”; fil-madwar: fin-naħa ta’ fuq hemm miktub “SAN MARINO”, u fil-qiegħ “Tintoretto”; fuq ix-xellug l-inizjali tal-awtur Luciana de Simoni “LDS”, kif ukoll l-ittra “R”, li tidentifika z-Zekka ta’ Ruma.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu : 60 500 munita

Id-data tal-ħruġ : April tal-2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).