4.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/19


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 118/06)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : L-Italja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Is-60 Anniversarju mit-twaqqif tal-Ministeru tas-Saħħa Taljan

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri rappreżentazzjoni allegorika tas-Saħħa b’xi simboli tal-attivitajiet tal-Ministeru: L-Ambjent, ir-Riċerka, in-Nutrizzjoni u l-Mediċina. Fuq in-naħa tax-xellug il-logo “RI”, akronimu tar-Repubblika Taljana; fuq in-naħa ta’ fuq, il-marka taz-zekka taz-Zekka ta’ Ruma “R”; taħt il-figura femminili, l-inizjali tal-awtriċi Silvia Petrassi. Mix-xellug għal-lemin, f’għamla ta’ nofs tond, l-iskrizzjoni “MINISTERO DELLA SALUTE” u d-dati “1958-2018”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Marzu 2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).