28.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/7


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2017/C 321/05)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ : Il-Prinċipat ta’ Andorra

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Andorra – Il-pajjiż tal-Pirinej

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn jirriproduċi fil-parti ta’ fuq tiegħu trijangolu, li jikkonsisti minn tliet strippi immewġa li jirrappreżentaw verżjoni ssimplifikata tal-mappa tal-pajjiż, bl-iskrizzjonijiet “Andorra” u “EL PAÍS DELS PIRINEUS” (“il-pajjiż tal-Pirinej”).

Dawn it-tliet elementi jiffurmaw il-marka tal-Gvern ta’ Andorra, li tintuża biex tiġi pprovduta immaġini uniformi, konsistenti u kkoordinata għall-komunikazzjoni grafika kollha u, fl-istess ħin, tinkiseb identifikazzjoni instantanja u li ma tħalli l-ebda dubju.

Il-parti ta’ isfel tad-disinn juri s-sena tal-ħruġ “2017”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Diċembru 2017


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).