8.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/8


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2017/C 111/08)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ : L-Italja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : L-400 Anniversarju tat-tlestija tal-Bażilika ta’ San Mark f’Venezja

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-faċċata tal-Bażilika ta’ San Mark f’Venezja; id-dati “1617” u “2017”, is-sena tat-tlestija tal-Bażilika u s-sena tal-ħruġ tal-munita rispettivament, huma miktuba fejn il-logo tar-Repubblika Taljana “RI”; taħthom l-iskrizzjoni “SAN MARCO”; fuq il-lemin “LDS”, l-inizjali tal-awtur Luciana De Simoni; fuq in-naħa ta’ fuq l-iskrizzjoni “VENEZIA”, u l-marka taz-zekka taz-Zekka ta’ Ruma “R”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu : 1,5 miljun

Data tal-ħruġ : Jannar 2017


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).