8.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 457/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

EPSO/AD/332/16 — Ġuristi-lingwisti tal-lingwa Spanjola (ES) (AD 7)

EPSO/AD/333/16 — Ġuristi-lingwisti tal-lingwa Griega (EL) (AD 7)

EPSO/AD/334/16 — Ġuristi-lingwisti tal-lingwa Taljana (IT) (AD 7)

EPSO/AD/335/16 — Ġuristi-lingwisti tal-lingwa Litwana (LT) (AD 7)

EPSO/AD/336/16 — Ġuristi-lingwisti tal-lingwa Maltija (MT) (AD 7)

EPSO/AD/337/16 — Ġuristi-lingwisti tal-lingwa Żvediża (SV) (AD 7)

(2016/C 457 A/01)

Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: it-12 ta’ Jannar 2017 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet ġenerali, ibbażati fuq testijiet, sabiex jinħolqu listi ta’ riżerva u li minnhom il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirreklutaw membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “ġuristi-lingwisti” (grupp ta’ funzjoni AD).

Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal dawn il-proċeduri tal-għażla.

Ara l-ANNESS III għar-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali.

Numru ta’ kandidati magħżula għal kull kompetizzjoni:

EPSO/AD/332/16 – ES:

8

EPSO/AD/333/16 – EL:

8

EPSO/AD/334/16 – IT:

8

EPSO/AD/335/16 – LT:

9

EPSO/AD/336/16 – MT:

9

EPSO/AD/337/16 – SV:

10

Dan l-avviż jirrigwarda diversi kompetizzjonijiet. Tista’ tapplika għal waħda biss. Din l-għażla trid issir fil-ħin tal-applikazzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek b’mod elettroniku.

LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ?

Il-ġuristi-lingwisti rreklutati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma mistennija li jirrevedu testi ġuridiċi/leġiżlattivi fil-lingwa tal-kompetizzjoni, minn tal-inqas żewġ lingwi oħra kif ukoll jagħtu pariri dwar l-abbozzar leġiżlattiv.

Ara l-ANNESS 1 għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jitwettqu.

JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?

Inti trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet KOLLHA meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek:

Kundizzjonijiet ġenerali

Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari

Tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet involuti

Kundizzjonijiet speċifiċi:

lingwi

Lingwa 1: livell minimu – C2 fil-lingwa tal-kompetizzjoni

Lingwa 2: livell minimu – C1 fl-Ingliż;

Lingwa 3: livell minimu – C1 fil-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, il-Pollakk, jew l-Ispanjol; din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwa 1

Il-lingwa 2 trid tkun l-Ingliż. Il-formola ta’ applikazzjoni tiegħek trid timliha bil-Lingwa 2 tiegħek.

Il-verżjonijiet oriġinali tad-dokumenti ttrattati mis-servizzi kkonċernati huma mfassla kważi esklużivament bl-Ingliż u jintużaw bħala bażi għar-reviżjoni ġuridika-lingwistika fil-lingwi l-oħra.

Għaldaqstant il-kandidati li jgħaddu u jiġu reklutati minn dawn il-kompetizzjonijiet se jaħdmu prinċipalment b’dokumenti bil-lingwa Ingliża. L-għażliet l-oħra tal-lingwi għal-lingwa 3 jirriflettu l-ħtiġijiet operattivi tas-servizz.

Għal informazzjoni dwar il-livelli tal-lingwa, ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (http://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)

Kundizzjonijiet speċifiċi:

kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol

Ara l-ANNESS II għall-kwalifiki speċifiċi meħtieġa għal kull kompetizzjoni.

ebda esperjenza professjonali mhi meħtieġa

KIF NINTGĦAŻEL?

1)    Testijiet ta’ Mistoqsijiet b’Għażla Multipla (MCQ) fuq il-kompjuter

Jekk tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek fi żmien id-data tal-għeluq, tiġi mistieden sabiex tagħmel serje ta’ testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ) fuq il-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.

It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:

Testijiet

Lingwa

Mistoqsijiet

Tul ta’ ħin

Marka minima meħtieġa

Raġunament verbali

Lingwa 1

20 mistoqsija

35 minuta

10/20

Raġunament numeriku

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

20 minuta

Numeriku + astratt flimkien: 8/20

Raġunament astratt

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

10 minuti

Fehim Lingwistiku

Lingwa 2

12-il mistoqsija

25 minuta

7/12

Dawn it-testijiet huma eliminatorji u ma jgħoddux għat-testijiet l-oħrajn li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni.

Bejn wieħed u ieħor seba’ (7) darbiet, iżda mhux aktar minn tmien (8) darbiet , in-numru ta’ kandidati ta’ suċċess meħtieġa għal kull kompetizzjoni jiġu mistiedna jagħmlu t-test tat-traduzzjoni.

2)    Test tat-traduzzjoni

Jekk tissodisfa r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà skont id-dejta fl-applikazzjoni onlajn tiegħek, u jekk ġibt waħda mill- ogħla marki totali għat-testijiet MCQ bil-kompjuter, tiġi mistieden għal test tat-traduzzjoni f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.

Test

Lingwa

Tul ta’ ħin

Marka minima meħtieġa

Traduzzjoni ta’ test ġuridiku

Mil-lingwa 2 għal-lingwa 1

Sagħtejn

40/80

Il-marka miksuba għat-test ta’ traduzzjoni se tingħadd flimkien mal-marki miksuba fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni biex il-kandidati jingħataw il-punteġġ globali tagħhom.

Trid tikseb waħda mill- ogħla marki totali f’dan it-test sabiex tikkwalifika għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni.

Massimu ta’ erba’ (4) darbiet in-numru ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull kompetizzjoni jiġu mistiedna għat-testijiet fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.

3)    Iċ-Ċentru ta’ Valutazzjoni

Jekk ġibt waħda mill- ogħla marki totali fit-testijiet tat-traduzzjoni, tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata u nofs (1.5) fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, x’aktarx fi Brussell , sabiex tagħmel testijiet fil- lingwi 1, 2 u 3 tiegħek.

Tmien kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għal din il-kompetizzjoni se jiġu ttestjati fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni permezz ta’ 4 testijiet (intervista bbażata fuq il-kompetenza u eżerċizzju fi grupp (fil-lingwa 2 tiegħek), preżentazzjoni orali segwita minn sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet relatati mal-kompetenzi speċifiċi għall-impjieg tiegħek, inkluż l-għarfien tiegħek tal-liġi tal-Unjoni, sabiex jiġu vvalutati l-kompetenzi ġenerali u speċifiċi tiegħek (lingwa 1) u sommarju ta’ test (mil-lingwa 3 għal-lingwa 1)) kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenzi

Testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Preżentazzjoni orali

Eżerċizzju fi grupp

2.

Komunikazzjoni

Preżentazzjoni orali

Intervista bbażata fuq il-kompetenza

3.

Kwalità u riżultati

Preżentazzjoni orali

Intervista bbażata fuq il-kompetenza

4.

Tagħlim u żvilupp

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenza

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Preżentazzjoni orali

Eżerċizzju fi grupp

6.

Reżiljenza

Preżentazzjoni orali

Intervista bbażata fuq il-kompetenza

7.

Ħidma ma’ oħrajn

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenza

8.

Ħiliet ta’ tmexxija

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenza

Marka minima meħtieġa

3/10 għal kull kompetenza u 40/80 b’kollox


Kompetenzi

Testijiet

Kompetenzi f’oqsma speċifiċi

Preżentazzjoni orali

Sommarju fil-lingwa 1 ta’ test fil-lingwa 3

Marki minimi meħtieġa

20/40

30/60

4)    Lista ta’ riżerva

Wara li jiġu ċċekkjati d-dokumenti ta’ prova tal-kandidati, il-bord tas-selezzjoni joħloq lista ta’ riżerva għal kull kompetizzjoni tal-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-ogħla marki globali wara ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni sakemm in-numru ta’ kandidati ammessi mixtieq jintlaħaq. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.

META U FEJN NISTA’ NAPPLIKA?

Applika onlajn fuq is-sit tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sal-:

sat-12 ta’ Jannar 2017 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell


ANNESS I

ID-DMIRIJIET

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jirreklutaw ġuristi bi kwalifiki għoljin ħafna, li jridu jkunu kapaċi jirrevedu testi ġuridiċi tal-Unjoni Ewropea fil-lingwa tal-kompetizzjoni, minn tal-inqas żewġ lingwi oħra u jipprovdu pariri dwar l-abbozzar leġiżlattiv sabiex jiżguraw il-kwalità tal-abbozzar ta’ atti ġuridiċi tal-Unjoni Ewropea. Sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, il-ġuristi-lingwisti jużaw għodda standard tal-informatika kif ukoll għodda teknoloġiċi tal-uffiċċju.

Il-ġuristi-lingwisti jsegwu l-proċeduri leġiżlattivi matul il-proċess kollu u jaġixxu bħala konsulenti, jivverifikaw il-kwalità tal-abbozzar u l-konformità mar-regoli formali dwar il-preżentazzjoni ta’ testi leġiżlattivi. Barra minn hekk, jikkontrollaw li hemm konsistenza lingwistika u ġuridika tat-testi leġiżlattivi (li diġà ġew tradotti u riveduti) fil-lingwa tal-kompetizzjoni mal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn ta’ dawn it-testi. In-natura tad-dmirijiet tagħhom tfisser li hemm kuntatt frekwenti mal-atturi differenti kkonċernati fil-proċedura leġiżlattiva.

Tmiem tal-ANNESS I, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS II

IL-KWALIFIKI MEĦTIEĠA GĦAL KULL KOMPETIZZJONI

EPSO/AD/332/16 – Ġuristi-lingwisti tal-lingwa spanjola (ES) AD 7

Għandu jkollok livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti u ċċertifikati b’waħda mid-diplomi li ġejjin fil-liġi Spanjola:

Graduado en Derecho o Licenciado en Derecho.

Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat kisibx livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji kompluti, il-bord tas-selezzjoni se jikkunsidra r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih tkun inkisbet id-diploma.

Ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

EPSO/AD/333/16 – Ġuristi-lingwisti tal-lingwa griega (EL) AD 7

Għandu jkollok livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti fil-liġi bil-lingwa Griega u ċċertifikati bid-diploma li ġejja:

Πτυχίο νομικής.

Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat kisibx livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji kompluti, il-bord tas-selezzjoni se jikkunsidra r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih tkun inkisbet id-diploma.

Ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

EPSO/AD/334/16 – Ġuristi-lingwisti tal-lingwa taljana (IT) AD 7

Għandu jkollok livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti u ċċertifikati b’waħda mid-diplomi li ġejjin fil-liġi Taljana:

Laurea in giurisprudenza (laurea di vecchio ordinamento, laurea specialistica, laurea magistrale).

Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat kisibx livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji kompluti, il-bord tas-selezzjoni se jikkunsidra r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih tkun inkisbet id-diploma.

Ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

EPSO/AD/335/16 – Ġuristi-lingwisti tal-lingwa litwana (LT) AD 7

Għandu jkollok livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti u ċċertifikati b’waħda mid-diplomi li ġejjin fil-liġi Litwana:

Teisės bakalauro ar teisės magistro diplomas arba juos atitinkantis diplomas, suteikiantis teisininko kvalifikaciją.

Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat kisibx livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji kompluti, il-bord tas-selezzjoni se jikkunsidra r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih tkun inkisbet id-diploma.

Ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

EPSO/AD/336/16 – Ġuristi-lingwisti tal-lingwa maltija (MT) AD 7

Għandu jkollok livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti u ċċertifikati b’waħda mid-diplomi li ġejjin fil-liġi Maltija:

Diploma ta’ Nutar Pubbliku (N.P.)

Dottorat fil-Liġi (LL.D)

Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat kisibx livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji kompluti, il-bord tas-selezzjoni se jikkunsidra r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih tkun inkisbet id-diploma.

Ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

EPSO/AD/337/16 – Ġuristi-lingwisti tal-lingwa żvediża (SV) AD 7

Għandu jkollok livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti fil-liġi bil-lingwa Żvediża u ċċertifikati b’waħda mid-diplomi li ġejjin:

Juridisk universitetsutbildning på svenska: jur.kand.-examen, juristexamen eller motsvarande.

Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat kisibx livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji kompluti, il-bord tas-selezzjoni se jikkunsidra r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih tkun inkisbet id-diploma.

Ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

Tmiem tal-ANNESS II, agħfas hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS III

REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ sess maskil għandha tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ sess femminil.

WERREJ

1.

MIN JISTA’ JAPPLIKA? 9

1.1.

Kompetenzi ġenerali 9

1.2.

Kundizzjonijiet ġenerali 10

1.3.

Kundizzjonijiet speċifiċi 10

1.4.

Għarfien ta’ lingwi 11

2.

KIF TAPPLIKA? 11

2.1.

Agħmel it-testijiet interattivi 11

2.2.

Oħloq kont tal-EPSO 11

2.3.

Applika onlajn 11

2.4.

Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali 12

3.

PROĊEDURA TAS-SELEZZJONI 12

3.1.

Il-bord tas-selezzjoni 12

3.2.

Mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ) fuq il-kompjuter u testijiet ta’ preselezzjoni 13

3.3.

Kontrolli tal-eliġibbiltà 13

3.4.

Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki – (Talent Screener) 14

3.5.

Testijiet intermedji 14

3.6.

Fażi/ċentru ta’ Valutazzjoni 14

3.7.

Konferma tal-eliġibbiltà 15

4.

KANDIDATI LI GĦADDEW/REKLUTAĠĠ 15

4.1.

Lista ta’ riserva 15

4.2.

Passaport ta’ kompetenza 16

5.

KOMUNIKAZZJONI 16

5.1.

Komunikazzjoni mal-EPSO 16

5.2.

Komunikazzjoni mal-bordijiet tas-selezzjoni 16

5.3.

Protezzjoni tad-data 16

5.4.

Aċċess għall-informazzjoni 16

5.5.

Żvelar awtomatiku 17

5.6.

Informazzjoni wara talba 17

6.

ILMENTI 17

6.1.

Biex tikkuntattja lill-EPSO 17

6.2.

Kwistjonijiet tekniċi 18

6.3.

Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs) 18

6.4.

Talbiet għal reviżjoni 18

6.5.

Ilmenti amministrattivi 19

6.6.

Appelli ġudizzjarji 19

6.7.

Ombudsman Ewropew 20

6.8.

Skwalifika 20

INTRODUZZJONI

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UE) jirreklutaw uffiċjali permezz tal-kompetizzjonijiet ġenerali abbażi ta’ eżamijiet kompetittivi li jiżguraw it-trattament ugwali u s-selezzjoni bbażata fuq il-mertu u li l-kandidati eliġibbli kollha jingħataw l-opportunità li juru l-ħiliet tagħhom.

L-għażla tal-uffiċjali ġodda hija kondiviża bejn l-EPSO (l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal), li huwa responsabbli għall-aspetti kollha tal-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ġenerali, u l-bordijiet tas-selezzjoni, li jistabbilixxu u japprovaw it-testijiet, u jivvalutaw il-kandidati. Il-prinċipju ġenerali li fuqu hija bbażata din is-sistema huwa li d-deċiżjonijiet ta’ selezzjoni għandhom jittieħdu b’mod indipendenti, ħielsa minn kull forma ta’ influwenza mhux xierqa.

1.   MIN JISTA’ JAPPLIKA?

1.1.   Kompetenzi ġenerali

L-istituzzjonijiet tal-UE jfittxu kandidati b’talenti, motivati u kkwalifikati ħafna fil-qasam tagħhom, u li jistgħu juru li għandhom dawn il-kompetenzi ġenerali li ġejjin:

analiżi u soluzzjoni tal-problemi: jidentifikaw il-fatti kritiċi fi kwistjonijiet kumplessi u jiżviluppaw soluzzjonijiet kreattivi u prattiċi;

komunikazzjoni: jikkomunikaw b’mod ċar u preċiż, kemm verbalment kif ukoll bil-miktub;

kwalità u riżultati: jieħdu r-responsabbiltà personali u juru inizjattiva sabiex jipprovdu xogħol ta’ kwalità għolja fi proċeduri stabbiliti;

tagħlim u żvilupp: jiżviluppaw u jtejbu l-kompetenzi personali tagħhom u l-għarfien tagħhom tal-organizzazzjoni u l-ambjent tagħha;

prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni: jipprijoritizzaw il-kompiti l-aktar importanti, jaħdmu b’mod flessibbli u jorganizzaw b’mod effiċjenti x-xogħol tagħhom;

reżiljenza: jibqgħu effettivi f’każ ta’ pressjoni għolja ta’ xogħol, jegħlbu d-diffikultajiet marbutin mal-organizzazzjoni b’mod pożittiv u jadattaw ruħhom għal ambjent tax-xogħol li jinbidel;

ħidma ma’ oħrajn: jaħdmu b’kooperazzjoni mal-oħrajn f’timijiet u lil hinn mill-fruntieri tal-organizzazzjoni u jirrispettaw id-differenzi bejn il-persuni; kif ukoll

tmexxija (għall-amministraturi biss): imexxu, jiżviluppaw u jimmotivaw lin-nies biex jiksbu r-riżultati.

1.2.   Kundizzjonijiet ġenerali

Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà huma komuni għall-kompetizzjonijiet ġenerali kollha, sakemm ma jkunux imsemmija eżenzjonijiet speċifiċi fl-avviż tal-kompetizzjoni, pereżempju għall-pajjiżi li jidħlu fl-UE; il-kandidati għandhom:

ikunu jgawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE;

ikunu jissodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari; kif ukoll

jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar il-karattru meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet rilevanti.

L-uniku limitu tal-età biex tapplika għal kompetizzjoni ġenerali hija l-età tal-irtirar għall-uffiċjali tal-UE stabbilita mir-Regolamenti tal-Persunal (ara s-sit web tal-EPSO: www.eu-careers.eu).

Ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek, pereżempju passport jew karta tal-identità, li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet. B’mod ġenerali, huma meħtieġa dokumenti ta’ sostenn fir-rigward taż-żewġ punti l-oħra ta’ hawn fuq biss fl-istadju tar-reklutaġġ.

1.3.   Kundizzjonijiet speċifiċi

Il-kundizzjonijiet speċifiċi dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali jvarjaw skont il-profil meħtieġ u huma stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni. Fl-applikazzjoni tiegħek, għandek tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ), sabiex il-bord tas-selezzjoni jkun jista’ jevalwa r-rilevanza tagħhom għad-dmirijiet speċifiċi.

(a)

Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi maħruġa f’pajjiżi li mhumiex fl-UE għandhom ikunu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju l-Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ pajjiżek. Se jsiru konċessjonijiet għad-differenzi bejn is-sistemi edukattivi.

Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija.

(b)

L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u:

tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv;

tkun imħallsa;

tkun tinvolvi relazzjoni ta’ subordinazzjoni jew il-forniment ta’ servizz; kif ukoll

tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

ħidma volontarja: jekk imħallsa u tinvolvi ħinijiet fil-ġimgħa u tul bħal impjieg normali;

apprendistati: jekk imħllsa;

servizz militari obbligatorju: magħmul qabel jew wara d-diploma meħtieġa għal perjodu li ma jaqbiżx id-durata statutorja fl-Istat Membru tiegħek;

liv tal-maternità/tal-paternità/tal-adozzjoni: jekk kopert minn kuntratt ta’ impjieg;

dottorat: għal perjodu massimu ta’ tliet snin, bil-kundizzjoni li d-dottorat ikun effettivament inkiseb, u jekk ix-xogħol kienx imħallas jew le; kif ukoll

xogħol part-time: ikkalkulat pro rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma, pereżempju half-time għal sitt xhur ikun jiswa daqs tliet xhur.

Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali għandhom ikunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:

referenzi minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew

(jekk ma tistax tehmeż referenzi) il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa;

(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti;

(għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem, u l-lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi.

1.4.   Għarfien ta’ lingwi

F’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal, ikollok bżonn tal-anqas għarfien profond (livell C1 tal-QKERL (1)) ta’ lingwa uffiċjali waħda tal-UE u għarfien sodisfaċenti (livell B2 tal-QKERL) ta’ lingwa oħra.

Il-ħtiġijiet lingwistiċi speċifiċi jvarjaw skont il-profil u se jiġu deskritti fl-avviż ta’ kompetizzjoni. Fil-każ ta’ profili lingwistiċi b’mod partikolari, l-għarfien ta’ lingwi addizzjonali jista’ jkun meħtieġ.

B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti (ara t-Taqsima 1.3) jew speċjalisti.

2.   KIF TAPPLIKA?

2.1.   Agħmel it-testijiet interattivi

Skont il-kompetizzjoni li tapplika għaliha, tista’ tintalab li tagħmel kwestjonarju interattiv ta’ awto-selezzjoni jew test/ijiet ta’ awto-valutazzjoni. Dawn għandhom jagħtuk idea tal-livell meħtieġ biex tgħaddi mill-eżamijiet ta’ pre-selezzjoni kif ukoll jekk intix adattat għal karriera fl-istituzzjonijiet tal-UE.

2.2.   Oħloq kont tal-EPSO

Tista’ toħloq il-kont tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu). Dan jintuża għal:

l-applikazzjoni u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni(jiet) tiegħek;

biex tirċievi l-komunikazzjonijiet mill-EPSO; kif ukoll

il-ħażna tad-data personali.

Tista’ toħloq kont tal-EPSO wieħed biss għal kull applikazzjoni. Tista’ tiġi skwalifikat f’kull fażi tal-proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li għandek aktar minn kont wieħed (ara t-Taqsima 6.8).

2.3.   Applika onlajn

Għandek tapplika permezz tas-sit web tal-EPSO fil-lingwi speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni. Għal xi oqsma jew profili ppubblikati fl-istess ħin, tista’ tapplika biss għal qasam jew profil wieħed. Dan huwa indikat b’mod ċar fl-avviż tal-kompetizzjoni.

Skont il-kompetizzjoni, tista’ tintalab għal informazzjoni dwar:

id-diplomi/il-kwalifiki;

l-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa);

il-motivazzjoni għall-applikazzjoni;

l-għarfien ta’ lingwi uffiċjali tal-UE;

l-esperjenza u l-kwalifiki speċifiċi (ara t-Taqsima 3.4); jew

l-aġġustamenti speċjali meħtieġa biex tagħmel it-testijiet (ara t-Taqsima 2.4).

Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi ta’ eliġibbiltà kollha jridu jiġu ssodisfati sad-data/i ta’ skadenza speċifikat/i fl-avviż tal-kompetizzjoni. Huwa permezz tal-validazzjoni tal-applikazzjoni tiegħek li tiċċertifika fuq l-unur tiegħek li tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet. Meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista’ tibqa’ tagħmel bidliet oħra. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tara li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek sal-iskadenza.

2.4.   Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali

L-EPSO konsistentement japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs fil-proċeduri tas-selezzjoni tiegħu sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-kandidati kollha.

L-EPSO jieħu l-miżuri raġjonevoli kollha biex jiżgura li kandidati b’diżabilità jew bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet fuq bażi ugwali mal-kandidati l-oħra.

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabilità jew kundizzjoni tiżviluppa wara l-iskadenza għall-applikazzjonijiet, għandek tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.

Innota li se jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ prova tiegħek se jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.

Għandek issib l-informazzjoni kollha li għandek bżonn fl-applikazzjoni tiegħek u fuq il-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu).

Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lil EPSO accessibility Team permezz ta’:

l-e-Mail (EPSO-accessibility@ec.europa.eu);

il-faks (+32 22998081); jew

il-posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

EPSO accessibility

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

Belgique/België

3.   PROĊEDURA TAS-SELEZZJONI

3.1.   Il-bord tas-selezzjoni

Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni. Il-bordijiet ta’ selezzjoni huma magħmula minn uffiċjali, nofshom maħtura mill-amministrazzjoni (servizzi tal-HR) u n-nofs l-ieħor mill-kumitati tal-persunal. L-ismijiet tal-membri tal-bord tas-selezzjoni huma ppubblikati fuq il-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu)

3.2.   Mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ) fuq il-kompjuter u testijiet ta’ preselezzjoni

Il-bord tas-selezzjoni jiddetermina l-livell ta’ diffikultà tat-testijiet MCQ u japprova l-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO. It-testijiet jiġu mmarkati bil-kompjuter.

Fil-kompetizzjonijiet għal profili speċjalizzati, li jinkludu għażla bbażata fuq il-kwalifiki (ara t-Taqsima 3.4), it-testijiet MCQ huma organizzati bħala fażi ta’ preselezzjoni biss jekk l-għadd ta’ kandidati li japplikaw ikun ogħla minn ċertu limitu. Dan il-limitu jkun stabbilit mid-Direttur tal-EPSO, fil-kwalità tiegħu bħala awtorità tal-ħatra wara l-iskadenza għar-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet u jkun ippubblikat fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu). F’kompetizzjonijiet li jkopru diversi oqsma, dan jista’ jvarja minn qasam għall-ieħor. Fejn in-numru ta’ kandidati jibqa’ taħt il-limitu, it-testijiet MCQ se jsiru matul iċ-ċentru/il-fażi tal-valutazzjoni.

Skont il-profil, l-MCQ jistgħu jkopru:

ir-raġunament verbali: sabiex jivvaluta l-abbiltà tiegħek li taħseb b’mod loġiku u tifhem l-informazzjoni verbali;

ir-raġunament numeriku: sabiex jivvaluta l-abbiltà tiegħek li taħseb b’mod loġiku u tifhem l-informazzjoni numerika;

ir-raġunament astratt: sabiex jivvaluta l-abbiltà tiegħek li taħseb b’mod loġiku u tifhem ir-relazzjonijiet bejn il-kunċetti li ma jinvolvu l-ebda elementi lingwistiċi, spazjali jew numeriċi;

il-valutazzjoni sitwazzjonali: sabiex jivvaluta l-komportament tipiku tiegħek f’kuntest tax-xogħol:

il-kompetenzi lingwistiċi; kif ukoll

il-kompetenzi professjonali speċifiċi.

Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet fil-kont tal-EPSO tiegħek u fuq il-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu).

Normalment tiġi offrut diversi dati li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet, f’diversi postijiet. Il-perjodi tal-prenotazzjoni u l-ittestjar huma limitati. Jekk ma tibbukkjax jew ma tmurx għat-testijiet se tkun skwalifikat mill-kompetizzjoni (ara t-Taqsima 6.8).

3.3.   Kontrolli tal-eliġibbiltà

L-EPSO jivverifika jekk int, skont l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni tiegħek, tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ eliġibbiltà stipulati fl-avviż tal-kompetizzjoni. Il-bord ta’ selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà. L-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni tiegħek tiġi eżaminata kontra d-dokumenti ta’ sostenn tiegħek fi stadju aktar tard (sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fl-avviż tal-kompetizzjoni). Il-kandidati li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà kollha indikati fl-avviż tal-kompetizzjoni se jiġu esklużi.

Jekk il-kompetizzjoni tinkludi testijiet ta’ preselezzjoni MCQ (ara t-Taqsima 3.2), il-kontrolli ta’ eliġibbiltà jseħħu wara li jsiru dawk it-testijiet, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

L-għadd ta’ kandidati li jkunu mistiedna għall-istadju li jmiss tal-proċess tas-selezzjoni huwa stabbilit fl-avviż tal-kompetizzjoni jew mid-Direttur tal-EPSO li jagixxi bħala l-awtorità tal-ħatra.

Jekk it-testijiet MCQ jiġu organizzati minn qabel, il-fajls tal-kandidati jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-marki miksuba sakemm jintlaħaq il-limitu għan-numru ta’ kandidati eliġibbli definit għal kull qasam mill-EPSO li taġixxi bħala awtorità tal-ħatra. Il-fajls l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter ma jiġux organizzati minn qabel, il-fajls tal-kandidaturi kollha jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà.

Fejn ikun hemm kandidati li kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn se jiġu mistiedna t-tnejn/kollha). L-applikazzjonijiet tal-kandidati li jiġu kklassifikati taħt dan il-limitu ma jiġux eżaminati.

3.4.   Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener)

Għall-biċċa l-kbira tal-profili speċjalisti, trid tgħaddi minn fażi tat-Talent Screener imfassla biex tagħżel il-kandidati li l-kwalifiki tagħhom, speċjalment diplomi u esperjenza professjonali, l-aktar joqorbu lejn id-dmirijiet meħtieġa.

Il-kandidati kollha f’kompetizzjoni jwieġbu l-istess sett ta’ mistoqsijiet fit-taqsima Talent Screener tal-formola ta’ applikazzjoni. B’dan il-mod, il-bord tas-selezzjoni jkun jista’ jwettaq valutazzjoni oġġettiva tal-merti komparattivi tal-kandidati kollha b’mod strutturat.

Il-fażi tat-Talent Screener tiġi wara l-kontrolli tal-eliġibbiltà, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fl-avviż tal-kompetizzjoni. Il-bord tas-selezzjoni jivvaluta biss dawk il-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-eliġibbiltà. L-evalwazzjoni ssir biss skont ir-risposti tiegħek għall-mistoqsijiet tat-Talent Screener. Għalhekk għandek tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti hawnhekk, anki jekk tkun diġà semmejtha f’taqsimiet oħra tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek.

Il-bord tas-selezzjoni l-ewwel jiddeċiedi dwar il-piż li jagħti (minn 1 sa 3) għal kull mistoqsija skont l-importanza tagħha u mbagħad jagħti marka minn 0 sa 4 għal kull tweġiba tiegħek. Dawn il-punti jiġu mmultiplikati skont il-piż li jingħata lil kull mistoqsija u jingħaddu.

L-għadd ta’ kandidati bl-ogħla marki jgħaddu għall-istadju li jmiss. In-numru ta’ kandidati jiġi speċifikat fl-avviż tal-kompetizzjoni u jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-EPSO. Il-kandidati li jiġu fl-aħħar post disponibbli f’daqqa se jgħaddu t-tnejn/kollha.

3.5.   Testijiet intermedji

Il-kontenut ta’ dawn it-testijiet huwa vvalidat mill-bord tas-selezzjoni. Skont il-kompetizzjoni, dawn jistgħu jinkludu:

e-tray: test ibbażat fuq il-kompjuter li fih int tintalab twieġeb serje ta’ mistoqsijiet bl-użu tad-dokumentazzjoni pprovduta f’inbox tal-posta elettronika;

test preliminari tal-interpretazzjoni: li jinvolvi l-interpretazzjoni simultanja ta’ diskors irreġistrat, u possibbilment bl-użu ta’ materjal awdjoviżiv;

testijiet tal-interpretazzjoni: testijiet konsekuttivi u simultanji tal-interpretazzjoni;

intervista mill-bogħod: biex tivvaluta l-kompetenzi speċifiċi tiegħek fil-qasam u/jew il-ħila tiegħek li tikkomunika bil-fomm f’lingwa partikolari;

testijiet preliminari tat-traduzzjoni: it-traduzzjoni fil-lingwa tal-kompetizzjoni ewlieni ta’ test abbozzat f’lingwa(i) magħżula oħra/oħrajn; u/jew

testijiet tal-komprensjoni tal-lingwa li jinkludu mistoqsijiet b’għażla multipla.

3.6.   Fażi/Ċentru ta’ Valutazzjoni

Iċ-ċentru/Il-fażi ta’ valutazzjoni normalment isir fi Brussell jew il-Lussemburgu, u jista’ jsir matul jum wieħed jew aktar. Sabiex tirċievi passaport ta’ kompetenza u tkun eliġibbli għal din il-lista, trid tipparteċipa fit-testijiet kollha. Kemm il-kompetenzi ġenerali tiegħek (ara t-Taqsima 1.1) kif ukoll il-kompetenzi speċifiċi (relatati mad-dmirijiet ikkonċernati) se jkunu ttestjati.

Il-kontenut tat-testijiet tal-fażi/taċ-ċentru ta’ valutazzjoni huwa vvalidat mill-bord tas-selezzjoni. Skont il-kompetizzjoni, dawn jistgħu jinkludu:

studju ta’ każ partikolari: eżami bil-miktub fuq il-bażi ta’ xenarju rilevanti, fejn għandek tirreaġixxi jew issolvi diversi problemi billi tibbaża biss fuq il-materjal ipprovdut;

preżentazzjoni orali: eżami individwali ta’ analiżi u ta’ preżentazzjoni li fih trid tħejji proposta biex issolvi problema immaġinarja marbuta ma’ sitwazzjoni professjonali. Wara analiżi tad-dokumentazzjoni li tingħatalek, inti tippreżenta l-ideat tiegħek lil grupp żgħir ta’ nies;

intervista/i bbażata/i fuq il-kompetenzi: eżerċizzju individwali mmirat biex jiġbor, b’mod strutturat, informazzjoni rilevanti dwar il-kompetenzi ġenerali u/jew (fil-każ ta’ kompetizzjonijiet speċjalizzati) speċifiċi fuq il-bażi tal-esperjenza tiegħek fil-passat;

eżerċizzju fi grupp: wara li tassorbi ċertu ammont ta’ informazzjoni waħdek, inti titqiegħed fi grupp ma’ numru ta’ parteċipanti oħra biex tiddiskuti magħhom ir-riżultati tiegħek u taslu għal deċiżjoni kollettiva;

e-tray: test ibbażat fuq il-kompjuter li fih int tintalab twieġeb serje ta’ mistoqsijiet bl-użu tad-dokumentazzjoni pprovduta f’inbox tal-posta elettronika;

eżamijiet prattiċi fil-lingwa;

eżerċizzji oħra biex jittestjaw kompetenzi speċifiċi;

testijiet verbali, numeriċi, tar-raġunament astratt u tal-valutazzjoni sitwazzjonali (jekk dawn ma sarux fl-istajdu tal-preselezzjoni);

3.7.   Konferma tal-eliġibbiltà

L-eliġibbiltà tiegħek se tiġi kkonfermata skont id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek qabel ma titqiegħed fuq il-lista ta’ riżerva (ara 4.1). Il-lista hija stabbilita billi tiġi ċċekkjata l-eliġibbiltà tal-kandidati f’ordni dixxendenti ta’ mertu, abbażi tal-punteġġi tagħhom wara l-fażi/iċ-ċentru ta’ valutazzjoni, sakemm jintlaħaq in-numru ta’ kandidati li jikkwalifikaw. Il-fajls tal-kandidati li jiġu kklassifikati taħt dan il-limitu ma jiġux eżaminati.

Aħna se ninfurmawk liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta. Jekk tiġi mistieden fiċ-ċentru/fil-fażi ta’ valutazzjoni fi Brussell, normalment tkun trid iġġib miegħek id-dokumenti oriġinali tiegħek li niskennjawhom u nagħtuhomlok lura fl-istess ġurnata. Għal testijiet taċ-ċentru/tal-fażi ta’ valutazzjoni f’post ieħor, se tirċievi struzzjonijiet dettaljati mal-istedina.

Jekk l-informazzjoni fl-applikazzjoni tiegħek ma tkunx appoġġata mid-dokumenti xierqa, tista’ tiġi eskluż mill-kompetizzjoni. Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura.

4.   KANDIDATI LI GĦADDEW/REKLUTAĠĠ

4.1.   Lista ta’ riserva

L-għan ta’ kompetizzjoni, mhuwiex li jimtela post speċifiku, iżda li tiġi stabbilita bażi tad-data (“il-lista ta’ riżerva”) li minnha l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jirreklutaw l-uffiċjali futuri tagħhom.

Il-bord tas-selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ riżerva li tiġbor fiha l-ismijiet tal-kandidati eliġibbli li jkunu ġabu l-ogħla punteġġi. L-għadd ta’ kandidati magħżula huwa stabbilit fl-avviż tal-kompetizzjoni. Fejn kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli, dawn jiġu inklużi t-tnejn/kollha fil-lista ta’ riżerva. Imbagħad, din il-lista tintbagħat lill-istituzzjonijiet tal-UE. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tfissirx li għandek xi dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ.

Il-lista ta’ riżerva, kif ukoll id-data tal-iskadenza tagħha jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. F’ċerti każi, huwa possibbli li l-validità tal-lista tiġi estiża. Kull deċiżjoni dwar l-estensjoni ta’ lista tiġi ppubblikata biss fuq is-sit web tal-EPSO.

Il-kandidati magħżula jistgħu jitolbu li isimhom ma jiġix ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali. Din it-talba għandha tasal għand l-EPSO sa mhux iktar tard minn għaxart (10) ijiem kalendarji wara d-data li fiha l-kandidati jiġu notifikati dwar ir-riżultati tagħhom permezz tal-kont tal-EPSO tagħhom.

4.2.   Passaport ta’ kompetenza

Il-kandidati kollha li jlestu t-testijiet tal-fażi/taċ-ċentru ta’ valutazzjoni kollha u ma jiġux skwalifikati (ara t-Taqsima 6.8) se jirċievu “passaport ta’ kompetenza”) li jipprovdi informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar kif ikunu marru fil-fażi/fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni.

Il-passaporti ta’ kompetenza tal-kandidati ta’ suċċess se jkunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp tal-karriera futura.

5.   KOMUNIKAZZJONI

5.1.   Komunikazzjoni mal-EPSO

Għandek tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika fis-sit web tal-EPSO, għandek tinfurmana immedjatament permezz tat-Taqsima “Contact us” (Ikkuntattjana) fis-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu).

Aħna nirriżervaw id-dritt li ma nagħtux informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar fl-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu, u fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.

F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fl-applikazzjoni tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.

L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba http://ec.europa.eu/transparency/code/index_mt.htm (kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, aħna nirriservaw id-dritt li nwaqqfu kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).

5.2.   Komunikazzjoni mal-bordijiet tas-selezzjoni

Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għal kull persuna barra mill-bord tas-selezzjoni, inklużi l-kandidati, li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.

Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom għandhom jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.

L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO se jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-taqsima 6.8).

5.3.   Protezzjoni tad-data

L-EPSO jiggarantixxi l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tad-data personali tal-kandidati f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali. Id-data anonimizzata tat-testijiet tista’ tintuża għar-riċerka xjentifika. Aktar tagħrif jista’ jinstab fid-dikjarazzjoni ta’ privatezza tal-protezzjoni tad-data fil-kont tal-EPSO tiegħek.

5.4.   Aċċess għall-informazzjoni

Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċertu informazzjoni personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell jekk deċiżjoni ta’ rifjut ma tkunx fondata.

Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni għandu jkun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza u l-oġġettività. Bħala riżultat, l-attitudnijiet adottati mill-membri individwali tal-bordijiet tas-selezzjoni jew il-valutazzjonijiet komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.

Dawn id-drittijiet huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtix lok għal drittijiet minbarra dawk speċifikati f’din it-taqsima.

5.5.   Żvelar awtomatiku

Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni:

It-testijiet MCQ: Ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament;

eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà li ma kinux issodisfati.

Talent Screener: ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek;

testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek;

testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek;

fażi/ċentru ta’ Valutazzjoni: ir-riżultati tiegħek u l-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kummenti tal-bord tas-selezzjoni.

Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunikax lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:

it-testijiet ikunu tlestew;

ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll

it-testi sors/l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri.

5.6.   Informazzjoni wara talba

Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal studji ta’ każijiet.

Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati.

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni se jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.

Kull talba għal informazzjoni għandha tkun mibgħuta permezz tat-taqsima “Contact us” (Ikkuntattjana) tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.

6.   ILMENTI

6.1.   Biex tikkuntattja lill-EPSO

Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament:

preferibbilment permezz tal-formola ta’ kuntatt onlajn fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu — ara “Contact us” (Ikkuntattjana)); jew

bil-posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

Belgique/België

F’kull korrispondenza, jekk jogħġbok indika ismek (kif mogħti fl-applikazzjoni tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru tal-proċedura tas-selezzjoni.

6.2.   Kwistjonijiet tekniċi

Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju dwar il-proċess ta’ applikazzjoni jew tal-ibbukkjar), ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 6.1) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet:

informa lill-inviġilaturi u itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll

ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 6.1) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

6.3.   Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)

Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.

Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).

Il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss se jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fl-avviż tal-kompetizzjoni.

L-arranġamenti għal ilmenti huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 6.1) biss permezz tal-formola ta’ kuntatt onlajn;

data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter;

referenza:“complaint procedure”;

tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun.

Kull ilment li jindika biss problemi allegati ta’ traduzzjoni, pereżempju, mingħajr aktar dettalji mhux se jiġi aċċettat.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball mhux se jiġu kkunsidrati.

6.4.   Talbiet għal reviżjoni

Tista’ titlob reviżjoni ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.

It-talbiet għal reviżjoni jistgħu jkunu bbażati fuq:

irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew

nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza.

Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li hija għamel żball. It-talbiet għal rieżami sottomessi fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.

L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO (ara t-Taqsima 6.1);

data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek;

referenza:“request for review”;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

Għandek tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Skont id-deċiżjoni kkontestata, jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO se janalizzaw it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.

Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, se terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż.

6.5.   Ilmenti amministrattivi

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.

Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 6.4).

L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO (ara t-Taqsima 6.1);

data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret;

referenza:“complaint procedure”.

6.6.   Appelli ġudizzjarji

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tippreżenta appell ġudizzjarju quddiem il-Qorti Ġenerali.

Jekk tixtieq tappella kontra deċiżjoni meħuda mill-EPSO, l-ewwel għandek tagħmel ilment amministrattiv (ara t-Taqsima 6.5).

L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:

proċedura: Jekk jogħġbok ikkonsulta l-websajt tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/).

6.7.   Ombudsman Ewropew

Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jagħmlu lment għand l-Ombudsman Ewropew.

Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel għandek tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 6.1–6.5).

L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ ilmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.

L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:

proċedura: Jekk jogħġbok ikkonsulta l-websajt tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/).

6.8.   Skwalifika

Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:

ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed;

applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli (ara t-Taqsima 2.3);

għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew mingħajr sostenn;

ma bbukkjajtx jew ma għamiltx it-testijiet tiegħek;

qarraqt waqt it-testijiet;

ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat;

inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni;

bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni; u/jew

iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi.

Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE għandhom juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.

Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


(1)  Il-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi; https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr


ANNESS IV

EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET

 

minn AST-SC 1 sa AST-SC 6

minn AST 1 sa AST 7

minn AST 3 sa AST 11

minn AD 5 sa AD 16

PAJJIŻ

Edukazzjoni sekondarja(li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post sekondarja)  (1)

Edukazzjoni post sekondarja (kors post sekondarju iżda mhux Universitarju jew kors Universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn)  (1)

Edukazzjoni ta’ livell Universitarju (mill-anqas 3 snin)  (2)

Edukazzjoni ta’ livell Universitarju (erba’ snin jew aktar)  (2)

Belgique — België — Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/

Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

Diplôme d’enseignement professionnel

Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature — Kandidaat

Graduat — Gegradueerde

Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor

Bachelor académique (180 crédits)

Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS)

Licence/Licentiaat

Master

Diplôme d’études approfondies (DEA)

Diplôme d’études spécialisées (DES)

Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS)

Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur

Doctorat/Doctoraal diploma

България

Диплома за завършено средно образование

Специалист по …

 

Диплома за висше образование

Бакалавър

Магистър

Česká republika

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Diplom o ukončení

bakalářského studia (Bakalář)

Diplom o ukončení vysokoškolského studia

Magistr

Doktor

Danmark

Bevis for:

Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF)

Højere Handelseksamen (HHX)

Højere Afgangseksamen (HA)

Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser

= Bevis for = Eksamensbevis som (erhversakademiuddannelse AK)

Bachelorgrad (BA or BS)

Professionsbachelorgrad

Diplomingeniør

Kandidatgrad/Candidatus

Master/Magistergrad (mag.art)

Licenciatgrad

ph.d.-grad

Deutschland

Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife

Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife

 

Fachhochschulabschluss

Bachelor

Hochschulabschluss/ Fachhochschulabschluss/ Master

Magister Artium/Magistra Artium

Staatsexamen/Diplom

Erstes Juristisches Staatsexamen

Doktorgrad

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Rakenduskõrghariduse diplom

Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

Magistrikraad

Arstikraad

Hambaarstikraad

Loomaarstikraad

Filosoofiadoktor

Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht Grád D3 i 5 ábhar

Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)

Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta

National Certificate

Céim bhaitsileara

Ordinary bachelor degree

Dioplóma naisiunta (ND, Dip.)

National diploma (ND, Dip.)

Dámhachtain Ardteastas Ardoideachais (120 ECTS)

Higher Certificate (120 ECTS)

Céim onorach bhaitsileara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Céim onorach bhaitsileara (4 bliana/240 ECTS)

Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS) Céim ollscoile

University degree

Céim mhaistir (60-120 ECTS)

Master’s degree (60-120 ECTS)

Céim dochtura

Doctorate

Ελλάδα

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνικού -

Επαγγελματικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου Απολυτήριο Τεχνολογικού

Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (I.Ε.Κ.)

 

Πτυχίο (ΑΕΙ πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕΙ)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

España

Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU)

Bachillerato

BUP

Diploma de Técnico especialista

FP grado superior (Técnico superior)

Diplomado/ Ingeniero técnico

Licenciatura

Máster

Ingeniero

Título de Doctor

France

Baccalauréat

Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU)

Brevet de technicien

Diplôme d’études universitaires générales (DEUG)

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Licence

Maîtrise

Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d’études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles

Diplôme d’ingénieur

Doctorat

Italia

Diploma di maturità (vecchio ordinamento)

Perito ragioniere

Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore

Diploma universitario (DU)

Certificato di specializzazione tecnica superiore/

Attestato di competenza (4 semestri)

Diploma di laurea – L (breve)

Diploma di laurea (DL)

Laurea specialistica (LS)

Master di I livello

Dottorato di ricerca (DR)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory)

Higher Diploma

 

Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor

Master

Doctorat

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Bakalaura diploms (min. 120 kredīti)

Bakalaura diploms (160 kredīti)

Profesionālā bakalaura diploms

Maģistra diploms

Profesionālā maģistra diploms

Doktora grāds

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Profesinio bakalauro diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Bakalauro diplomas

Magistro diplomas

Daktaro diplomas

Meno licenciato diplomas

Lussemburgu

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

BTS

Brevet de maîtrise

Brevet de technicien supérieur

Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Bachelor

Diplôme d’ingénieur technicien

Master

Diplôme d’ingénieur industriel

DESS en droit européen

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

Szakközépiskolai érettségi-képesítő

bizonyítvány

Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme)

Főiskolai oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits)

Egyetemi oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits)

Mesterfokozat (Master degree)

(Osztatlan mesterképzés)

Doktori fokozat

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5

2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Bachelor’s degree

Bachelor’s degree

Master of Arts

Doctorate

Nederland

Diploma VWO

Diploma staatsexamen (2 diploma’s)

Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs

(Diploma staatsexamen VWO)

Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Bachelor (WO)

HBO bachelor degree

Baccalaureus of “Ingenieur”

HBO/WO Master’s degree

Doctoraal examen/Doctoraat

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife- und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom/ Akademiediplom

Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea

Universitätsdiplom/ Fachhochschuldiplom/

Magister/Magistra

Master

Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur

Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis

Doktortitel

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Licencjat/Inżynier

Magister/Magister inżynier

Dyplom doktora

Portugal

Diploma de Ensino Secundário/

Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Bacharel Licenciado

Licenciado

Mestre

Doutorado

Repubblika Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o završnom ispitu

Stručni pristupnik/pristupnica

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Stručni specijalist

Magistar struke

Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing)

Doktor struke

Doktor umjetnosti

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire

(Colegiu universitar)

învățământ preuniversitar

Diplomă de licenţă

Diplomă de licenţă

Diplomă de inginer

Diplomă de urbanist

Diplomă de master

Certificat de atestare (studii academice postuniversitare)

Diplomă de doctor

Slovenija

Maturitetno spričevalo

(spričevalo o poklicni maturi)

(spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Univerzitetna diploma/magisterij/specializacija/doktorat

Slovensko

vysvedčenie o maturitnej skúške

absolventský diplom

diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (bakalár)

diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

bakalár (Bc.)

magister

magister/inžinier

ArtD

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus — Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

(Betyg över avlagd yrkesexamen på andra stadiet)

Todistus yhdistelmäopinnoista

(Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto — Yrkesexamen på institutnivå

Kandidaatin tutkinto — Kandidatexamen/ Ammattikorkeakoulututkinto —

Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa — studieveckor)

Maisterin tutkinto — Magisterexamen/

Ammattikorkeakoulututkinto —

Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa — studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen — antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

Lisensiaatti/Licentiat

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan

(3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå:

Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

Licentiatexamen

Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå:

Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå:

Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ)

Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

Honours Bachelor degree

Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

Doctorate

Tmiem tal-ANNESS IV, agħfas hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


(1)  L-aċċess għall-gruppi tal-funzjoni AST-SC u AST jista’ jkun soġġett għall-kundizzjoni addizzjonali li tkun inkisbet esperjenza professjonali adattata ta’ mill-inqas tliet snin.

(2)  L-aċċess għall-gradi AD6 sa AD16 huwa soġġett għall-kundizzjoni addizzjonali li tkun inkisbet esperjenza professjonali xierqa ta’ mill-inqas sena.