20.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7537 — ARDIAN France / F2i SGR / F2i Aeroporti)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 93/09)

1.

Fit-12 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha ARDIAN France SA (“ARDIAN”, Franza), parti mill-Ardian Group (Franza), u F2i SGR S.p.A. (“F2i SGR”, l-Italja), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ F2i Aeroporti S.p.A. (“FA”, l-Italja), li bħalissa hija kkontrollata biss minn F2i SGR, permezz ta' xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal ARDIAN: attivitajiet ta' ekwità privata u ta’ ġestjoni tal-assi, li jinkludu wkoll investimenti fis-settur tat-trasport fiż-ŻEE,

—   għal F2i SGR: attivitajiet ta' ekwità privata u ta’ ġestjoni tal-assi, b’mod partikolari fis-setturi tat-trasport, l-enerġija, it-telekomunikazzjonijiet u l-kura tas-saħħa,

—   għal FA: iż-żamma ta’ investimenti, jew direttament jew permezz tas-sussidjarji tagħha, f’kumpaniji li joperaw fis-settur tal-ajruporti fl-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7537 — ARDIAN France / F2i SGR / F2i Aeroporti, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).