21.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/7


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2014/C 417/05

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Ġermanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinni tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Ġermanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : 25 sena tal-Unità Ġermaniża

Deskrizzjoni tad-disinn : In-nies fuq quddiem, li jirrapreżentaw bidu ġdid u l-progress lejn futur aħjar, jinsabu bilwieqfa quddiem il-Bieb ta’ Brandenburg, simbolu tal-unità Ġermaniża. Id-dikjarazzjoni Wir sind ein Volk (“aħna poplu wieħed”) — espressjoni kollettiva ta’ rieda taċ-ċittadini Ġermaniżi — tirrappreżenta t-triq ‘il quddiem lejn l-unifikazzjoni mill-ġdid tal-Ġermanja. Il-parti ta’ ġewwa fiha wkoll il-marka taz-zekka tal-marka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”) kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż tal-ħruġ “D” u l-marka tal-inċiżur (l-inizjali “BW” — Bernd Wendhut).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Numru ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 30 miljun

Data tal-ħruġ : It-30 ta’ Jannar 2015


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).