21.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/6


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2014/C 417/04

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Ġermanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Ġermanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Niedersachsen mis-sensiela “Lander”

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-Knisja ta’ San Mikiel f’Hildesheim, fis-Sassonja t’Isfel, li ilha fil-lista tal-Wirt Kulturali Dinji tal-Unesco mill-1985. Fin-naħa ta’ fuq is-sena tal-ħruġ “2014” u fuq ix-xellug il-marka taz-zekka (A, D, F, G, J). Fin-naħa t’isfel l-iskrizzjoni “NIEDERSACHSEN” u taħtha l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “D”. Fin-naħa tal-lemin ta’ fuq, l-inizjali tal-inċiżur OE (Ott Erich).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 30 miljun

Data tal-ħruġ : Jannar 2014


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).