12.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/5


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2014/C 262/05)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jridu jkunu muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Lussemburgu

Is-Suġġett tal-kommemorazzjoni : il-50 anniversarju mill-bidu tat-renju tal-Gran Duka Jean

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-parti ta’ ġewwa tal-munita turi x-xbieha tal-Altezzi Rjali Tagħhom, il-Gran Duka Henri u l-Gran Duka Jean, it-tnejn iħarsu lejn ix-xellug. Fil-parti ta’ fuq tidher is-sena “1964” fuq ix-xbieha tal-Gran Duka Jean kif ukoll kuruna. Fil-qiegħ, l-ismijiet “Jean” u “Henri” jidhru taħt ix-xbieha rispettiva kif ukoll is-sena “2014”.

L-iskrizzjoni “50e ANNIVERSAIRE DE L’ACCESSION AU TRÔNE DU GRAND-DUC JEAN” tagħlaq f’forma tonda il-parti ta’ fuq ta’ ġewwa tal-munita.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 1,4 miljun

Data tal-ħruġ : Ottubru 2014


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).