2.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/4


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2014/C 252/03)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jimmaniġġaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jridu jkunu muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Pajjiżi l-Baxxi

Is-Suġġett tal-kommemorazzjoni : It-tislima uffiċjali lil ex-Reġina Beatrix

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-parti interna tal-munita turi x-xbihat tar-Re Willem-Alexander u tal-ex-Reġina Beatrix. Fuq ix-xellug, f’nofs tond, l-iskrizzjoni “WILLEM-ALEXANDER KONING DER NEDERLANDEN” u fuq il-lemin, f’nofs tond, l-iskrizzjoni “BEATRIX PRINSES DER NEDERLANDEN”. Bejn żewġ skrizzjonijiet, fil-quċċata, is-simbolu tal-kuruna u fil-qiegħ il-marka tal-mastru taz-zekka, il-marka taz-zekka u bejniethom is-sena tal-ħruġ “2014”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu : miljun

Data tal-ħruġ : Mejju 2014


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).