15.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/34


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7306 — Triton/GEA heat exchanger business)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 224/08

1.

Fis-7 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Triton Managers IV Limited u TFF IV Limited fil-kapaċità tagħhom bħala maniġers ta’ Triton Fund IV, parti minn Triton Group (“Triton”, Jersey), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju kollu kemm hu fl-iskabjatur tas-sħana tal-GEA Group Aktiengesellschaft (il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Triton: investiment f’negozji żgħar u ta’ daqs medju li għandhom il-kwartieri fit-Tramuntana tal-Ewropea, u b’mod partikulari fl-Awstrija, il-Ġermanja, l-Isvizzera u l-Pajjiżi Nordiċi;

—   għan-negozju fl-iskambjatur tas-sħana tal-GEA Group Aktiengesellschaft: produzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ skambjaturi tas-sħana.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7306 — Triton/GEA heat exchanger business, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.