14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/36


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7041 – Clariant/Tasnee/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/C 366/10)

1.

Fis-6 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Clariant Participations Limited (l-Isvizzera), sussidjarja posseduta kollha minn Clariant AG (“Clariant”, l-Isvizzera), u Rowad National plastic Co. Ltd (“Rowad”, l-Arabja Sawdija), sussidjarja posseduta kollha minn National Industrialisation Company (“Tasnee”, l-Arabja Sawdija), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt tat-totalità ta' Clariant Masterbatches (Saudi Arabia) Limited (“CMBSA”, l-Arabja Sawdija) permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Clariant hija attiva globalment fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ kimiċi ta’ speċjalità,

Tasnee tibni, tmexxi, topera u tippossjedi proġetti petrokimiċi, kimiċi, plastiċi, tal-inġinerija u metalliiċi u tipprovdi servizzi industrijali globalment,

CMBSA hija attiva fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ taħlita prinċipali (masterbatches) primarjament lill-klijenti fuq il-Peninsula Għarbija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7041 – Clariant/Tasnee/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).