3.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/8


It-tieni sejħa għall-proposti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7499 li tistabbilixxi l-kriterji u l-miżuri għall-finanzjament ta' proġetti kummerċjali ta' dimostrazzjoni li l-għan tagħhom huwa l-qbid u l-ħżin ġeoloġiku ta' CO2, f'kundizzjonijiet ta' sigurtà għall-ambjent, kif ukoll ta' proġetti ta' dimostrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, fl-ambitu tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2013/C 94/07

Permezz ta' dan qed titħabbar it-tnedija tat-tieni sejħa għall-proposti skont id-Deċiżjoni msemmija hawn fuq tat-3 ta' Novembru 2010.

Jintlaqgħu proposti għas-sejħa. L-iskadenza tas-sejħa, l-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa u l-linji gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea li ġej:

http://ec.europa.eu/clima/funding/ner300/index_en.htm