14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6438 – Saria/Teeuwissen/Jagero II/Quintet/Bioiberica)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 12/07

1.

Fis-6 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni rċiviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Saria Bio-Industries AG & Co. KG (Saria, il-Ġermanja), li tappartjeni għal Rethmann AG & Co. KG (the Rethmann Group, il-Ġermanja), tikseb fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriżi Teeuwissen Holding B.V. (Teeuwissen, il-Pajjiżi l-Baxxi), Jagero Holding II, S.L. (Jagero II, Spanja), Quintet Beheer B.V. (Quintet, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Bioibérica, SA (Bioibérica, Spanja), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Għal Saria: ġbir u proċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali f’għalf bi proteini u xaħmijiet kif ukoll ġbir u proċessar ta' fdalijiet tal-ikel li jintużaw bħala materjal li jiddaħħal għal produzzjoni tal-bijogass,

Għal Teeuwissen: produzzjoni ta’ kejsings u xiri u pproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-biċċeriji li jintużaw minn industriji differenti,

Għal Jagero II: kumpanija holding li hi sid ta’ kumpaniji attivi fil-produzzjoni ta’ kejsings u l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-biċċeriji li jintużaw minn industriji differenti,

Għal Quintet: kumpanija holding li għandha interess f’kumpaniji b’attivitajiet limitati ħafna fil-proċessar ta' prodotti sekondarji tal-biċċerija barra mill-UE,

Għal Bioibérica: produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta’ Ingredjenti Farmaċewtiċi Attivi (APIs) u prodotti farmaċewtiċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6438 – Saria/Teeuwissen/Jagero II/Quintet/Bioiberica, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).