12.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 10/2


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2012/C 10/02

Image

Il-wiċċ nazzjonali ta' munita kommemorattiva ġdida taż-żewġ (2) euro intenzjonata għaċ-ċirkulazzjoni u maħruġa mill-Ġermanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti tal-euro ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), Stati Membri taż-żona tal-euro u pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti euro huma awtorizzati li joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni, b’ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż tal-ħruġ: Il-Ġermanja

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Bayern mis-serje “Lander”

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn kommemorattiv tal-“Bavaria” ġie ddisinjat minn Erich Ott u juri l-iżjed xena famuża tal-Kastell Neuschwanstein. Id-disinn juri x-xena min-naħa tal-Lvant li jaraw il-viżitaturi meta jkunu telgħin lejn il-kastell, fejn fuq quddiem tidher l-entratura u t-torrijiet u t-turretti fl-istil medjevali. Il-muntanja panoramika li tinsab wara l-kastell tidher sew, biex il-kastell jidher li qiegħed poġġut fuq għolja li tħares lejn ix-xenarju romantiku ta' Pöllatschlucht. L-isem “BAYERN” jorbot il-kostruzzjoni murija tal-“Kastell Neuschwanstein” mal-Istat. Il-marka taz-zekka taz-zekka rispettiva (A, D, F, G jew J) tinsab fil-parti ċentrali tal-lemin u l-inizjali tal-artist fil-parti ċentrali tax-xellug.

Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-tnax (12)-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea. Bejn l-istilel, fil-qiegħ, hemm is-sena “2012” u fuq nett l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “D”.

Għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 30 miljun

Data tal-ħruġ: Jannar 2012


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).