9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6240 – Temasek/E. OPPENHEIMER/Tana JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 203/12

1.

Fid-29 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Temasek Holdings (Private) Limited (“Temasek”, Singapor) u E. OPPENHEIMER & Son International Ltd (“E. OPPENHEIMER”, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regoalment dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Impriża Konġunta li tinkludi żewġ kumpaniji, Tana Africa Capital Limited u Tana Africa Investment Managers Limited (li kollettivament magħrufa bħala Tana) permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Temasek: kumpanija holding tal-investiment. Il-portafoll tagħha jkopri firxa wiesa’ ta’ industriji: servizzi finanzjarji; telekomunikazzjonijiet, midja u teknoloġiji; trasportazzjoni & industrijali; xjenza tal-ħajja, konsumatur & beni immobbli; riżorsi & enerġija,

għal E. OPPENHEIMER: strument ta’ investiment għall-familja li l-assi ewlenin tagħha huwa qatgħa ta’ ishma sostanzjali f’De Beers, flimkien ma’ interessi oħrajn miżmuma fuq bażi ta’ investimenti,

għal Tana: impriża konġunta ġdida li se tinvesti f’kumpaniji privati u pubbliċi fis-settur li jinbidel malajr tal-prodotti għall-konsumatur fl-Afrika. Tana bħalissa m’għandha l-ebda negozju jew attivitajiet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6240 – Temasek/E. OPPENHEIMER/Tana JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).