25.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6220 – General Mills/Yoplait)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 155/07

1.

Fit-18 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża General Mills Inc. (“General Mills”, l-Istati Uniti tal-Amerika), kumpanija nnegozjata pubblikament fil-Borsa ta’ New York, takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta' Yoplait group (“Yoplait”, Franza) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal General Mills: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tal-ikel għall-konsumatur bħal ċereali lesti biex jittieklu, ikliet prinċipali, ikel iffriżat, kontorni, deżerti, ġelati, tqiq u taħlitiet għall-forn, u kolazzjonijiet ħfief. Fl-Istati Uniti, General Mills kienet il-kumpanija konċessjonarja ta’ Yoplait sa mill-1977,

għal Yoplait: produzzjoni u bejgħ ta’ prodotti magħmulin mill-ħalib frisk bħal yogħurts, deżerti magħmulin bil-ħalib, ġobon frisk u krema.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6220 – General Mills/Yoplait, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).