28.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 261/1


Rettifika għall-Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/178-179/10

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 110 A tad-29 ta' April 2010 )

(2010/C 261 A/01)

F'paġna 5, fit-Taqsima VI:

minflok:

“1.

Stedina għaċ- ċentru ta' evalwazzjoni

Int se tkun mistieden f'ċentru ta' evalwazzjoni, li fil-prinċipju jsir Brussell u li jdum ġurnata, jekk int tkun wieħed mill-kandidati li (4):

jkunu kisbu waħda mill-aħjar marki fit-testijiet ta' dħul (jekk dawn kienu organizzati, ara taqsima IV) u l-minimu meħtieġ għal dawn it-testijiet

u

skont id-dikjarazzjonijiet tagħhom fl-iskrizzjoni elettronika, jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni ġenerali u speċifiċi tat-taqsima III

u

li kisbu waħda mill-aħjar marki fl-għażla tal-kwalifiki.”

aqra:

“1.

Stedina għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni

Jekk int tkun wieħed mill-kandidati li

jkunu kisbu waħda mill-aħjar marki fit-testijiet ta' dħul (4) (jekk dawn kienu organizzati, ara taqsima IV) u l-minimu meħtieġ għal dawn it-testijiet

u

skont id-dikjarazzjonijiet tagħhom fl-iskrizzjoni elettronika, jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni ġenerali u speċifiċi tat-taqsima III

u

li kisbu waħda mill-aħjar marki fl-għażla tal-kwalifiki

int se tkun mistieden

tipparteċipa fl-istudju tal-każ fil-qasam magħżul, li fil-prinċipju se jsir fi Brussell u li jdum nofstanhar,

u

tipparteċipa f'elementi oħra f'ċentru ta' evalwazzjoni, li fil-prinċipju se jsiru fi Brussell u li jdumu ġurnata.”