31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 75/36


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5500 — General Motors/Delphi Steering Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 75/13)

1.

Fit-23 ta' Marzu 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)li permezz tagħha l-impriża General Motors (“GM”, l-Istati Uniti) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1) (b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll tan-negozju globali tal-isteering (“Delphi Steering Business”) tad-Delphi Corporation (l-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta' ishma u assi.

2.

L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal GM: manifattura u bejgħ ta' vetturi tal-mutur,

għal Delphi Steering Business: manifattura u bejgħ ta' prodotti tal-isteering u komponenti ta' nofs xaft għal vetturi awtomatiċi.

3.

Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni issib li t-tranżizzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Iżda, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-terzi parti nteressati biex iressqu l-osservazzjonijiet possibbli tagħhom fuq l-operazzjoni lill-Kummissjoni.

Osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5500 — General Motors/Delphi Steering Business, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.