7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5475 — Atlantia/Acciona/Itínere Chilean assets)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 31/12)

1.

Fit-30 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Atlantia S.p.A. (l-Italja) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill u flimkien mal-impriża Acciona (Spain), il-kontroll konġunt ta' parti mill-impriża Itínere (Spanja).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Atlantia: Awtostradi fejn titħallas taxxa għall-użu tat-triq fl-Italja u barra mill-Italja,

għall-impriża Acciona: L-infrastrutturi, l-enerġija, l-ilma u s-servizzi konċessjonarji,

ġħall-impriża Itínere: L-assi li għalihom tirreferi n-notifika huma l-awtostradi fejn titħallas taxxa għall-użu tat-triq fiċ-Ċili.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqulha kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5475 — Atlantia/Acciona/Itínere Chilean assets, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.