7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/15


Sejħa għal proposti 2009 — Azzjoni Preparatorja MEDIA International

(2009/C 31/10)

1.   L-għanijiet u d-deskrizzjoni

L-Azzjoni Preparatorja MEDIA International hija maħsuba biex teżamina u tittestja attivitajiet ta' kooperazzjoni bejn il-professjonisti Ewropej tal-films u l-professjonisti minn pajjiżi terzi. Tkopri:

appoġġ għat-taħriġ,

appoġġ għad-distribuzzjoni,

appoġġ għall-promozzjoni,

appoġġ għall-iżvilupp ta' netwerks taċ-ċinema,

appoġġ għad-domanda dejjem akbar tal-udjenza.

Fl-ambitu tal-Programm ta' Ħidma għall-Azzjoni Preparatorja MEDIA International għall-2009, il-Kummissjoni qed tistieden lill-kandidati biex iressqu l-proposti.

2.   Il-Kandidati Eliġibbli

Is-sejħa hija miftuħa għal proposti minn entitajiet ġuridiċi fis-27 Stat Membru tal-UE u kwalunkwe pajjiż terz. Il-kundizzjonijiet speċifiċi huma stabbiliti fil-Programm ta' Ħidma għall-Azzjoni Preparatorja MEDIA International għall-2009.

3.   Il-Baġit għall-proġetti

L-ammont massimu disponibbli li jaqa' taħt din is-sejħa għal proposti huwa ta' EUR 4,96 miljun.

L-appoġġ finanzjarju mill-Kummissjoni ma jistax jaqbeż 50 %, 75 % jew 80 % tal-ispejjez totali eliġibbli, skond in-natura tal-attività.

Il-kontribut finanzjarju se jingħata fil-forma ta' għotja.

4.   L-evalwazzjoni u l-għażla

Il-proposti mressqa se jiġu evalwati mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta' esperti indipendenti. Il-kriterji użati fl-evalwazzjoni huma definiti fil-Programm ta' Ħidma għall-Azzjoni Preparatorja MEDIA International għall-2009. Il-proposti li jgħaddu mill-evalwazzjoni b'suċċess jiġu kklasifikati f'ordni skond il-kwalità.

Il-proċess ta' evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet mill-Kummissjoni huwa stipulat fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1).

5.   Id-data tal-għeluq biex jintbagħtul-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard mit-2 ta' Ġunju 2009 lil:

Ms Aviva Silver

European Commission

Directorate-General Information Society and Media

Directorate A — Audiovisual, Media and Internet

Unit A2 — MEDIA programme and media literacy

Office BU33 02/005

B-1049 Brussels

6.   Id-dettalji kollha

It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti, flimkien mal-Programm ta' Ħidma għall-Azzjoni Preparatorja MEDIA International għall-2009, il-linji gwida u l-formoli tal-applikazzjoni, jinsabu fl-indirizz tal-Internet li ġej:

http://ec.europa.eu/media

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-termini kollha tas-sejħa għall-proposti u għandhom jitressqu fuq il-formola pprovduta.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).