10.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 315/8 |
Uċuħ nazzjonali ġodda tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni
(2008/C 315/04)
L-uċuħ nazzjonali tal-muniti kommemorattivi taż-2 euro fiċ-ċirkolazzjoni maħruġa mill-Istati Membri taż-żona tal-euro biex jiċċelebraw 10 snin ta' unjoni ekonomika u monetarja
Il-muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni għandhom l-istatus ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika d-disinji l-ġodda kollha tal-muniti (1) euro bil-ħsieb li tinforma l-partijiet kollha li jridu jużaw il-muniti waqt xogħolhom kif ukoll il-pubbliku inġenerali. Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2003 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew Ftehim Monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta' muniti euro għaċ-ċirkolazzjoni jistgħu joħorġu kwantitajiet determinati ta' muniti euro kommemorattivi għaċ-ċirkolazzjoni, bil-kundizzjoni li tintuża biss id-denominazzjoni taż-2 euro. Il-muniti kommemorattivi għandhom il-karatteristiċi tekniċi tal-muniti taż-2 euro normali fiċ-ċirkulazzjoni, iżda għandhom disinn kommemorattiv fuq il-wiċċ nazzjonali.
Għaċ-ċelebrazzjoni tal-10 snin tal-unjoni ekonomika u monetarja u l-ħolqien tal-euro fl-1 ta' Jannar 1999, il-Ministri tal-Eurogroup iddeċidew li l-Istati Membri taż-żona tal-euro għandhom jaqtgħu munita kommemorattiva taż-2 euro billi jużaw disinn komuni fuq il-wiċċ nazzjonali. Iċ-ċittadini u r-residenti tal-Unjoni Ewropea ġew mistiedna biex jivvutaw fuq l-internet biex jagħżlu dan id-disinn nazzjonali komuni. Huma għażlu d-disinn maħluq mis-Sur G. Stamatopoulos, skultur fid-Dipartiment taż-Żekka tal-Bank Ċentrali Grieg.
Il-Pajjiż tal-Ħruġ: Il-Belġju, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, iċ-Ċipru, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja.
Suġġett tal-kommemorazzjoni: Għaxar snin ta' Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) u l-ħolqien tal-euro.
Deskrizzjoni fattwali tad-disinn: Iċ-ċentru tal-munita juri figura ta' bniedem stilizzata li driegħu x-xellugija tittawwal bis-simbolu tal-euro. L-inizjali ΓΣ tal-artist jidhru taħt is-simbolu tal-euro. L-isem tal-pajjiż tal-ħruġ fil-lingwa(i) nazzjonali jidher fuq in-naħa ta' fuq, filwaqt li l-indikazzjoni 1999-2009 u l-akronimu UEM tradott fil-lingwa(i) nazzjonali jidhru fin-naħa t'isfel.
Iċ-ċirku estern tal-munita jirrappreżenta t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Data approssimativa tal-ħruġ: Jannar 2009
IL-BELĠJU
|
Kitba: BELGIE BELGIQUE BELGIEN/EMU 1999-2009 Il-marka taż-żekka: Il-marka ewlenija taz-żekka u l-marka taż-żekka jidhru rispettivament fuq in-naħat tax-xellug u tal-lemin tal-ismijiet tal-pajjiżi Volum tal-ħruġ: 5 miljun munita Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: 2★★, ripetuti għal sitt darbiet, darba weqfin u darba bil-maqlub |
IL-ĠERMANJA
|
Kitba: BUNDESREPUBLIK DEUTSCHLAND/WWU 1999-2009 Il-marka taż-żekka: Il-marka taż-żekka (A, D, F, G, jew J) tidher fuq in-naħa tal-lemin tad-disinn Volum tal-ħruġ: 30 miljun munita Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: EINIGKEIT UND RECHT UND FREIHEIT u d-disinn tal-ajkla federali |
L-IRLANDA
|
Kitba: ÉIRE/AEA1999-2009 EMU Il-marka taż-żekka: Xejn Volum tal-ħruġ: Massimu ta' 5 miljun munita Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: 2★★, ripetuti għal sitt darbiet, darba weqfin u darba bil-maqlub |
IL-GREĊJA
|
Kitba: ΕΛΛΗΝΙΚΗ ΔΗΜΟΚΡΑΤΙΑ/ΟΝΕ 1999-2009 Il-marka taż-żekka: Il-marka taż-żekka tidher fuq in-naħa tal-lemin tad-disinn Volum tal-ħruġ: 4 miljun munita Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: ΕΛΛΗΝΙΚΗ ΔΗΜΟΚΡΑΤΙΑ ★ |
SPANJA
|
Kitba: ESPAÑA/UEM 1999-2009 Il-marka taż-żekka: Il-marka taż-żekka tidher fuq in-naħa tax-xellug tad-disinn Volum tal-ħruġ: 8 miljun munita Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: 2★★, ripetuti għal sitt darbiet, darba weqfin u darba bil-maqlub |
FRANZA
|
Kitba: RÉPUBLIQUE FRANÇAISE/UEM 1999-2009 Il-marka taż-żekka: Il-marka ewlenija taż-żekka u l-marka tal-inċiżur jidhru rispettivament fuq in-naħa tax-xellug u tal-lemin tal-marka tas-sena Volum tal-ħruġ: 10 miljun Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: 2★★, ripetuti għal sitt darbiet, darba weqfin u darba bil-maqlub |
L-ITALJA
|
Kitba: REPUBBLICA ITALIANA/UEM 1999-2009 Il-marka taż-żekka: Il-marka taż-żekka “R” tidher fuq in-naħa tal-lemin tad-disinn Volum tal-ħruġ: 2,5 miljun munita Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: 2★, ripetuti għal sitt darbiet, darba weqfin u darba bil-maqlub |
ĊIPRU
|
Kitba: ΚΥΠΡΟΣ KIBRIS/ΟΝΕ 1999-2009 Il-marka taż-żekka: Xejn Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: “2 ΕΥΡΩ 2 EURO” ripetuti għal darbtejn |
IL-LUSSEMBURGU
|
Kitba: LËTZEBUERG/UEM 1999-2009 Il-marka taż-żekka: Il-marka ewlenija taż-żekka u l-marka taż-żekka jidhru rispettivament fuq in-naħat tax-xellug u tal-lemin tal-istilla tan-naħa t'isfel Volum tal-ħruġ: 1,4 miljun munita Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: 2★★, ripetuti għal sitt darbiet, darba weqfin u darba bil-maqlub Skont il-liġi nazzjonali, il-munita turi xbiha tal-Gran Duka bħala xbieha fl-isfond |
MALTA
|
Kitba: MALTA/UEM 1999-2009 Il-marka taż-żekka: Il-marka ewlenija taż-żekka u l-marka taż-żekka jidhru rispettivament fuq in-naħat tax-xellug u tal-lemin tal-istilla tan-naħa t'isfel Volum tal-ħruġ: 700 000Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: 2★★, ripetuti għal sitt darbiet, darba weqfin u darba bil-maqlub |
L-OLANDA
|
Kitba: NEDERLAND/EMU 1999-2009 Il-marka taż-żekka: Il-marka ewlenija taż-żekka u l-marka taż-żekka jidhru rispettivament fuq in-naħat tax-xellug u tal-lemin tal-istilla tan-naħa t'isfel Volum tal-ħruġ: 5,3 miljun munita Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: GOD ★ ZIJ ★ MET ★ ONS ★ |
L-AWSTRIJA
|
Kitba: REPUBLIK ÖSTERREICH/WWU 1999-2009 Il-marka taż-żekka: Xejn Volum tal-ħruġ: 5 miljun munita Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: 2 EURO ★★★, ripetuti erba' darbiet, darba wieqaf darba maqlub |
IL-PORTUGALL
|
Kitba: PORTUGAL/UEM 1999-2009 Il-marka taż-żekka: Il-marka taż-żekka tidher fuq in-naħa tal-lemin tad-disinn Volum tal-ħruġ: 1,285 miljun munita Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: Ħames armi u seba' kastelli spazjati b'mod ugwali |
IS-SLOVENJA
|
Kitba: SLOVENIJA/EMU 1999-2009 Il-marka taż-żekka: Xejn Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: SLOVENIJA, segwita b'tikka inċiża |
IS-SLOVAKKJA
|
Kitba: SLOVENSKO/HMÚ 1999-2009 Il-marka taż-żekka: Il-marka taż-żekka tidher fuq in-naħa tal-lemin tad-disinn Volum tal-ħruġ: 2,5 miljun munita Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: SLOVENSKÁ REPUBLIKA, segwita bi tliet simboli: stilla — werqa tas-siġra tal-lajm — stilla |
IL-FINLANDJA
|
Kitba: SUOMI FINLAND/2009/EMU 1999-2009 Il-marka taż-żekka: Il-marka taż-żekka tidher fuq in-naħa tal-lemin tad-disinn Volum tal-ħruġ: 1,4 miljun munita Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: TALOUS-JA RAHALIITTO EMU |
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għal referenza għall-uċuħ kollha nazzjonali li nħarġu fl-2002.
(2) Ara wkoll il-Konklużjonijijet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali tat-8 ta' Diċembru 2003 dwar it-tibdil fid-disinn tal-uċuħ nazzjonali tal-muniti euro fiċ-ċirkulazzjoni li japprovaw ir-rakkomandazzjoni tal-Kummisjoni (ĠU L 264, 15.10.2003, p. 38).