9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/11


Sejħa għal proposti skond il-programm ta' ħidma “Kapaċitajiet” tas-7 Programm Kwadru tal-KE għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni

(2008/C 314/05)

B'dan qed tingħata notifika tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti skond il-programm ta' ħidma tas-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostraz-zjoni (mill-2007 sa l-2013).

Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja.

Il-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet”:

Parti

:

Infrastrutturi ta' Riċerka

Identifikazzjoni tas-Sejħa

:

FP7-INFRASTRUCTURES-2009-1

Din is-sejħa għal proposti hija konnessa mal-programm ta' ħidma adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4566 tas-26 ta' Awwissu 2008.

L-informazzjoni dwar is-sejħa tal-baġit, it-terminu ta' żmien u l-modalitajiet, il-programm ta' ħidma u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti hija disponibbli fuq il-websajt tal-Cordis: http://cordis.europa.eu/fp7/calls/