28.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 165/6


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti ta' l-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

(2008/C 165/04)

Image

Il-muniti ta' l-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha ta' l-euro. Bl-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li minn taħt idejhom jgħaddu l-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti ġodda kollha ta' l-euro (1). Skond il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2003 (2), l-Istati Membri taż-żona ta' l-euro u dawk il-pajjiżi li kkonkludew Ftehim Monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ tal-muniti ta' l-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma awtorizzati li joħorġu ċerti kwantitajiet ta' muniti euro kommemorattivi għaċ-ċirkolazzjoni, bil-kundizzjoni li ma joħroġx iktar minn disinn wieħed ġdid ta' muniti f'kull pajjiż kull sena u li tintuża biss id-denominazzjoni taż-żewġ euro. Dawn il-muniti għandhom il-karatteristiċi tekniċi tal-muniti ta' l-euro normali fiċ-ċirkolazzjoni, iżda għandhom disinn kommemorattiv fuq il-wiċċ nazzjonali.

Pajjiż ta' ħruġ: Il-Portugall

Suġġett ta' kommemorazzjoni: 60 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti ta' ġewwa tal-munita turi l-arma Portugiża fuq in-naħa ta' fuq, 'il fuq mill-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita (“PORTUGAL”), il-marka tas-sena “2008” u disinn ġeometriku fil-parti t' isfel. Il-kliem “60 ANOS DA DECLARAÇÃO UNIVERSAL DOS DIREITOS HUMANOS” jidher tul it-tarf ta' qiegħ il-munita fiċ-ċirku ta' ġewwa fuq tliet kwarti minnu u wara dan il-kliem hemm l-iskrizzjoni “Esc. J. Duarte INCM” miktubin b'karattri żgħar ħafna.

Fuq iċ-ċirku ta' barra tal-munita jidhru t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd massimu ta' muniti li se jinħarġu: 1 035 000 munita

Data approssimattiva tal-ħruġ: Settembru 2008

Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: ħames armi u seba' kastelli spazjati ugwalment.


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali kollha tal-muniti li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill (Affarijiet Ġenerali) tat-8 ta' Diċembru 2003 dwar il-bidliet fid-disinn ta' l-uċuħ nazzjonali tal-muniti ta' l-euro. Ara wkoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2003 dwar prattika komuni għat-tibdil fid-disinn ta' l-uċuħ nazzjonali tal-muniti ta' l-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 264, 15.10.2003, p. 38).