31.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 134/41


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5173 — STM/NXP/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 134/12)

1.

Fit-23 ta' Mejju 2008 l-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriżi STMicroelectronics N.V. (“STM”, ta' l-Olanda), u NXP B.V. (“NXP”, ta' l-Olanda), takkwista fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' kumpanija mwaqqfa ġdida, li tikkostitwixxi negozju konġunt.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

għal STM: prodotti ta' semiconductors,

għal NXP: prodotti ta' semiconductors,

għal Negozju Konġunt: prodotti ta' semiconductors għat-telekommunikazzjonijiet mobbli.

3.

Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni tara li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' tidħol fil-qasam tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5173 — STM/NXP/JV, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.