8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 297/27


Talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja) fl-4 ta' Ottubru 2007 — Health Research Inc.

(Kawża C-452/07)

(2007/C 297/44)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Health Research Inc.

Domandi preliminari

1.

Id-“data li fiha l-prodott, inkwantu prodott mediċinali, kiseb l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 3(b)”, prevista fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92 tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-ħolqien ta' ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (1), hija stabbilita b'mod konformi mad-dritt Komunitarju jew din id-dispożizzjoni tirreferi għad-data li fiha l-awtorizzazzjoni ssir effettiva skond id-dritt ta' l-Istat Membru kkonċernat?

2.

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja twieġeb li d-data prevista fid-domanda 1 hija stabbilita b'mod konformi mad-dritt Komunitarju: liema hija d-data li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni f'dan ir-rigward?


(1)  ĠU L 182, p. 1.